Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə26/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   22   23   24   25   26   27   28   29   ...   32

5. L-Artikolu 15.06(4)(d) — Il-bibien

Ir-rekwiżiti għall-arranġament taż-żona ta’ madwar il-bibien maħsuba għall-użu minn persuni b'mobilità mnaqqsa għandhom jiżguraw li persuni li jiddependu, pereżempju, minn mezzi ta’ għajnuna għall-mixi, ikunu jistgħu jiftħu dawn il-bibien b'mod sikur.



6. L-Artikolu 15.06 (5)(c) — Il-kurituri ta' konnessjoni

Ara l-punt 4 ta’ din l-Istruzzjoni amministrattiva.



7. L-Artikolu 15.06(9) — It-trombi tat-taraġ u l-liftijiet

Ir-rekwiżiti għall-arranġament fiż-żoni tat-trombi tat-taraġ għandhom, minbarra l-possibbiltà ta' mobilità mnaqqsa, jikkunsidraw ukoll lill-persuni neqsin mid-dawl.



8. L-Artikolu 15.06(10)(a u b) — Il-murati u l-puġġamani ta’ sikurezza

Ir-rekwiżiti għall-murata u l-puġġamani ta’ sikurezza tal-gvieret maħsubin għall-użu minn persuni b'mobilità mnaqqsa għandhom jipprovdu għal aktar għoli minħabba li fil-każ ta’ dawn il-persuni, il-probabbiltà li jitilfu l-bilanċ jew ma jkunux jistgħu jżommu biex ma jaqgħux, hija ikbar.

Ara wkoll il-punt 4 ta’ din l-Istruzzjoni amministrattiva.

9. L-Artikolu 15.06(13) — Iż-żoni traffikużi

Għal diversi raġunijiet, persuni b'mobilità mnaqqsa jeħtieġu jgħinu lilhom infushom jew iżommu biex ma jaqgħux aktar ta’ spiss, u għaldaqstant il-ħitan fiż-żoni traffikużi maħsuba għall-użu minn persuni b'mobilità mnaqqsa għandhom ikunu mgħammra b’puġġamani mwaħħla f’għoli xieraq.

Ara wkoll il-punt 4 ta’ din l-Istruzzjoni amministrattiva.

10. L-Artikolu 15.06(17) — It-tojlits

Il-persuni b'mobilità mnaqqsa għandhom ukoll ikunu jistgħu jużaw u jiċċaqilqu fit-tojlits b'mod sikuru, u għal din ir-raġuni almenu tojlit wieħed għandu jkun addattat f’dan is-sens.



11. L-Artikolu 15.08(3)(a u b) — Is-sistemi ta’ allarm

Huwa aktar probabbli li persuni b'mobilità mnaqqsa jiġu wiċċ imb’wiċċ ma’ sitwazzjonijiet li fihom ikunu dipendenti mill-għajnuna li jagħtihom ħaddieħor. Fil-kmamar li fihom, bħala regola ġenerali, il-membri tal-ekwipaġġ, il-persunal ta’ abbord jew il-passiġġieri ma jkunux jistgħu jaraw lil dawn il-persuni, għandha għalhekk tiġi pprovduta l-possibbiltà għall-iskattar ta’ allarm. Dan japplika għat-tojlits maħsuba għall-użu minn persuni b'mobilità mnaqqsa.

Il-persuni b'mobilità mnaqqsa jinkludu persuni neqsin mid-dawl jew mis-smigħ. B’konsegwenza ta’ dan, almenu fiż-żoni maħsuba għall-użu minn persuni b'mobilità mnaqqsa, is-sistema ta’ allarm tal-passiġġieri għandha tipprovdi allarmi viżwali u li jinstemgħu b'mod xieraq.

12. L-Artikolu 15.10(3)(d) — Dawl suffiċjenti

Persuni b'mobilità mnaqqsa jinkludu wkoll persuni neqsin mid-dawl. Hu essenzjali għalhekk li fiż-żoni maħsuba għall-użu ta’ persuni b'mobilità mnaqqsa jkun hemm dawl suffiċjenti u dawn iż-żoni għandhom jissodisfaw rekwiżiti aktar eżiġenti minn dawk għat-tidwil ta’ żoni oħra tal-passiġġieri.



13. L-Artikolu 15.13(1) — Ir-rutina ta' sikurezza

Il-miżuri ta’ sikurezza speċjali meħtieġa għall-persuni b'mobilità mnaqqsa li għandhom jiġu kkunsidrati fir-rutina ta’ sikurezza għandhom iqisu kemm il-possibbiltà ta’ mobilità mnaqqsa kif ukoll in-nuqqas ta’ smigħ u dawl. Għal persuni bħal dawn, b’żieda mal-miżuri fl-eventwalità ta’ emerġenzi, għandhom jitqiesu miżuri għal operazzjoni normali.



14. L-Artikolu 15.13(2) — Il-pjan tas-sikurezza

Għandhom jiġi speċifikati ż-żoni koperti mill-punt 3 ta’ din l-Istruzzjoni amministrattiva.



15. L-Artikolu 15.13(3)(b) — Il-wiri tar-rutina ta’ sikurezza u l-pjan ta’ sikurezza f’post fejn jidhru

Tal-inqas il-kopji tar-rutina u l-pjan ta' sikurezza mwaħħla fejn jidhru fiż-żoni maħsuba għall-użu minn persuni b'mobilità mnaqqsa għandhom ikunu tali li, fejn possibbli, jkunu wkoll jistgħu jinqraw minn persuni nieqsa mid-dawl. Dan jista’ jinkiseb, pereżempju, permezz tal-użu xieraq tal-kuntrast u d-daqs tat-tipa.

Barra minn hekk, il-pjanijiet għandhom jitwaħħlu fejn jidhru f’għoli li jkun tajjeb biex l-utenti ta’ siġġijiet bir-roti jkunu jistgħu jaqrawhom ukoll.

16. L-Artikolu 15.13(4) — Il-kodiċi tal-kondotta għall-passiġġieri

Il-punt 15 ta’ din l-Istruzzjoni amministrattiva għandu japplika f’dan is-sens.



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 23
L-applikazzjoni tal-magna koperta mill-approvazzjoni tat-tip xierqa


(L-Artikolu 8a.03(1) tal-Anness II)

1. Introduzzjoni

Skont l-Artikolu 8a.03(1), l-approvazzjonijiet tat-tip skont id-Direttiva 97/68/KE u l-approvazzjonijiet tat-tip, li skont id-Direttiva 97/68/KE huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti, huma rikonoxxuti, sakemm l-applikazzjoni tal-magna hija koperta mill-approvazzjoni tat-tip xierqa.

Barra minn hekk, huwa possibbli li magni abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandhom iservu iktar minn applikazzjoni waħda.

It-Taqsima 2 ta’ din l-Istruzzjoni amministrattiva tispjega meta l-applikazzjonijiet tal-magna jistgħu jitqiesu bħala li huma koperti mill-approvazzjoni tat-tip xierqa. Fit-Taqsima 3 tingħata kjarifika rigward id-domanda dwar kif ikunu trattati magni li matul operazzjonijiet abbord ikollhom jiġu allokati għal iktar minn applikazzjoni tal-magna waħda.



2. Approvazzjoni tat-tip xierqa

L-applikazzjonijiet tal-magni jitqiesu i li huma koperti mill-approvazzjoni tat-tip xierqa jekk il-magna kienet allokata għall-approvazzjoni tat-tip fuq il-bażi tat-tabella li ġejja. Il-kategoriji tal-magni, l-istadji tal-valuri ta’ limitu u ċ-ċikli ta’l-ittestjar huma indikati skont id-denominazzjonijiet tan-numru ta’ approvazzjoni tat-tip.



Applikazzjoni tal-magna

Bażi legali

Kategorija tal-magna

Stadju tal-valur ta’ limitu

Test



















rekwiżit

ċiklu ISO 8178

Magni tal-propulsjoni b’karatteristiċi ta’ skrun

I

Id-Direttiva 97/68/KE

V

IIIA

C63

E3

RVIR



I, II64



E3

Magni tal-propulsjoni ewlenin b’veloċità kostanti (inklużi installazzjonijiet bi propulsjoni elettrika bid-diżill u skrun b'angolu tal-qala' varjabbli)

II

Id-Direttiva 97/68/KE

V

IIIA

C65

E2

RVIR



I, II66



E2

Magni awżiljari

b'Veloċità kostanti

III

Id-Direttiva 97/68/KE

D, E, F,G

II

(b)

D2

H, I, J, K

IIIA

V67

RVIR



I, II68



D2

Veloċità varjabbli u tagħbija varjabbli

IV

Id-Direttiva 97/68/KE

D,E,F,G

II

A

C 1

H, I, J, K

IIIA

V69

L, M, N, P

IIIB

Q, R

IV

RVIR



I, II70



C1

3. Applikazzjonijiet speċjali tal-magni

3.1. Il-magni li matul operazzjonijiet abbord ikollhom jiġu allokati għal iktar minn applikazzjoni tal-magni waħda għandhom ikunu trattati kif ġej:

(a) il-magni awżiljari li jħaddmu unitajiet jew makkinarju li, skont it-tabella fit-Taqsima 2, għandhom ikunu allokati għall-applikazzjonijiet III jew IV jeħtieġ li jkunu kisbu approvazzjoni tat-tip għal kull waħda mill-applikazzjonijiet rispettivi stabbiliti f’din it-tabella;

(b) il-magni ta’ propulsjoni ewlenin li jħaddmu unitajiet addizzjonali jew makkinarju jeħtieġu biss li jkunu kisbu l-approvazzjoni tat-tip neċessarja għat-tip rilevanti ta’ propulsjoni ewlenija skont it-tabella fit-Taqsima 2, safejn l-applikazzjoni ewlenija tal-magna hija l-propulsjoni tal-inġenju. Jekk il-ħin użat mill-applikazzjoni awżiljara waħedha jaqbeż it-30 %, jeħtieġ li l-magna tkun kisbet, minbarra l-approvazzjoni tat-tip għall-applikazzjoni ta’ propulsjoni ewlenija, approvazzjoni tat-tip oħra fir-rigward tal-applikazzjoni awżiljari.

3.2. Il-magni li jħaddmu apparat fil-pruwa għall-immanuvrar, kemm direttament jew permezz ta’ ġeneratur bi:

(a) veloċità u tagħbija tal-magna varjabbli jistgħu jiġu allokati għall-applikazzjonijiet I jew IV skont it-tabella fit-Taqsima 2;

(b) veloċità ta’ magna kostanti jistgħu jiġu allokati għall-applikazzjonijiet II jew III skont it-tabella fit-Taqsima 2.

3.3. Il-magni għandhom ikunu installati b’output ta’ qawwa kif awtorizzata skont l-approvazzjoni tat-tip u indikati fuq il-magna permezz ta’ identifikazzjoni tat-tip. Jekk dawn il-magni ikollhom iħaddmu unitajiet jew makkinarju ta’ konsum ta’ enerġija iktar baxx, l-enerġija tista’ tkun imnaqqsa biss b’miżuri esterni għall-magna, sabiex ikun miksub il-livell ta’ enerġija neċessarju għall-applikazzjoni.



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 24

It-tagħmir xieraq ta’ twissija kontra l-gass

(l-Artikolu 15.15(9) tal-Anness II)

1. Skont it-Taqsimiet 24.02(2) u 24.06(5) (f’kull każ dispożizzjoni tranżitorja għat-Taqsima 15.01(2)(e)) sistemi tal-gass tal-pitrolju likwifikat (LPG) għal għanijiet domestiċi abbord bastimenti tal-passiġġieri eżistenti jistgħu jitħaddmu biss sal-ewwel tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzoni interna wara l-1 ta’ Jannar 2045, sakemm ikun disponibbli tagħmir ta’ twissija għal kontra l-gass skont it-Taqsima 15.15(9). Skont it-Taqsima 15.15(9), is-sistemi tal-LPG għal għanijiet domestiċi jistgħu, fil-ġejjieni, jiġu installati wkoll abbord bastimenti tal-passiġġieri maħruġa biex joperaw għall-ewwel darba u li t-tul tagħhom ma jaqbiżx il-45 m, jekk dan it-tagħmir ta’ twissija jiġi installat fl-istess żmien.

2. Skont it-Taqsimiet 24.02(2) u 24.06(5) (f’kull każ dispożizzjoni tranżitorja għat-Taqsima 15.15(9)) dan it-tagħmir ta’ twissija għal kontra l-gass għandu jiġi installat meta jsir l-ewwel tiġdid taċ-ċertifikat skont it-Taqsima 14.15.

3. It-tagħmir ta' twissija kontra l-gass jikkonsisti f'sensuri, tagħmir u pajpijiet u għandu jitqies xieraq jekk tal-inqas jissodisfa r-rekwiżiti preskritti li ġejjin:

3.1. Ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mis-sistema (is-sensuri, it-tagħmir, il-pajpijiet):

3.1.1. L-aħħar mument possibbli li fih għandha tingħata t-twissija kontra l-gass hu meta jintlaħaq jew jinqabeż wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:

(a) 10 % tal-limitu l-baxx ta’ splużjoni (LEL) ta’ taħlita ta’ propan u arja u u

b) 30 ppm CO (monossidu tal-karbonju).

3.1.2. Il-ħin sal-attivazzjoni tal-allarm għas-sistema kollha ma jridx jaqbeż l-20s.

3.1.3. Il-valuri tal-limiti msemmija fin-numri 3.1.1 u 3.1.2 ma jridux ikunu aġġustabbli.

3.1.4. Il-produzzjoni tal-gass għall-ittestjar għandha tiġi ddisinjata b’tali mod li kwalunkwe interruzzjoni jew ostaklu ikunu jistgħu jiġu osservati. Kwalunkwe falsifikazzjoni minħabba d-dħul tal-arja jew tnaqqis fl-ammont ta’ gass tal-ittestjar bħala konsegwenza ta' tnixxija għandha tiġi evitata jew osservata u rrappurtata.

3.1.5. L-apparat għandu jitfassal għal temperaturi li jvarjaw fuq firxa ta’ –10 sa 40 °C u umdità tal-arja li tvarja fuq firxa ta’ 20-100 %.

3.1.6. It-tagħmir ta’ twissija kontra l-gass għandu jkollu l-monitoraġġ proprju. Għandu jkun impossibbli li jintefa' t-tagħmir mhux awtorizzat.

3.1.7. It-tagħmir ta’ twissija kontra l-gass fornut min-netwerk ta’ provvista ta’ enerġija ta’ fuq abbord għandu jiġi protett mill-impatt ta’ qtugħ fil-provvista tad-dawl. Għandu jiġi pprovdut apparat li jaħdem bil-batteriji b’tagħmir ta’ twissija li jipprovdi indikazzjoni meta l-vultaġġ tal-batterija jitbaxxa.

3.2. Ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-apparat:

3.2.1. It-tagħmir għandu jkun magħmul minn skrin għall-wiri u l-evalwazzjoni.

3.2.2. L-allarm li jindika li l-valuri tal-limiti fil-punti 3.1.1 a) u b) ikunu ntlaħqu jew inqabżu għandu jingħata ottikament u akustikament, it-tnejn fil-kamra ssorveljata u fil-kabina tat-tmuniera jew fi kwalunkwe post ieħor li jkun taħt għassa permanenti. L-allarm għandu jkun viżibbli b’mod ċar u jinstema’ tajjeb anke f'kundizzjonijiet operattivi bl-ogħla livell ta’ ħsejjes. Għandu jkun jista’ jingħażel mingħajr l-iċken diffikultà minn sinjali akustiċi u ottiċi oħra fil-kamra li tkun trid tiġi protetta. L-allarm akustiku wkoll għandu jinsema b’mod ċar bil-bibien li jikkollegaw fl-entraturi u l-kmamar fil-viċin kollha magħluqin. L-allarm akustiku jista’ jitwaqqaf wara l-attivazzjoni filwaqt li l-allarm ottiku jista’ jiġi kkanċellat biss jekk il-valuri tal-limiti jaqgħu aktar ’l isfel minn dawk mogħtija kif imsemmi fil-punt 3.1.1.

3.2.3. Għandu jkun possibbli li jiġu osservati separatament u assenjati b’mod ċar ir-rapporti li jindikaw li l-valuri tal-limiti fil-punt 3.1.1 a) u b) ikunu ntlaħqu jew inqabżu.

3.2.4. Jekk l-apparat ikollu status speċjali (imqabbad, bil-ħsara, kalibrazzjoni, parametrizzazzjoni, manutenzjoni eċċ.), dan għandu jiġi indikat. Il-falliment tas-sistema kollha jew ta’ wieħed mill-komponenti għandu jiġi indikat permezz ta’ allarm skont il-punt 3.2.2. L-allarm akustiku jista’ jitwaqqaf wara l-attivazzjoni filwaqt li l-allarm ottiku jista’ jiġi kkanċellat biss jekk titneħħa l-ħsara.

3.2.5. Jekk ikun possibbli li jinħarġu rapporti differenti (valuri ta’ limiti, status speċjali) għandu jkun possibbli wkoll li dawn jingħażlu minn xulxin separatament u li jiġu assenjati b’mod ċar. Jekk ikun meħtieġ, għandu jintwera sinjal kollettiv li jkun jindika li mhux possibbli li jinħarġu r-rapporti kollha. F’dan il-każ, ir-rapporti għandhom jinħarġu b’ordni ta’ prijorità, hekk li fuq quddiem nett jiġi r-rapport bl-ogħla relevanza għas-sikurezza. Il-wiri tar-rapporti li ma jistgħux jinħarġu għandu jkun possibbli b'għafsa ta' buttuna. L-ordni ta' prijorità għandu jkun evidenti mid-dokumentazzjoni tal-apparat.

3.2.6. It-tagħmir għandu jkun iddisinjat b’mod li ma tkun possibbli l-ebda interferenza mhux awtorizzata.

3.2.7. Fil-każijiet kollha fejn jitħaddem apparat tad-detezzjoini u allarm, l-unità ta’ kontroll tal-allarm u t-tagħmir tal-indikaturi għandhom jitħaddmu minn postijiet barra mill-ispazji li fihom ikun hemm il-gass maħżun u tagħmir li jikkonsma l-enerġija.

3.3. Ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mis-sensuri/it-tagħmir tat-teħid tal-kampjuni:

3.3.1. F’kull kamra fejn hemm tagħmir li jikkonsma l-enerġija, għandhom jiġu pprovduti sensuri tal-apparat ta’ twissija kontra l-gass li jiġu installati qrib dan it-tagħmir. Is-sensuri/it-tagħmir tat-teħid ta' kampjuni għandhom jiġu installati b’tali mod li l-akkumulazzjoni tal-gass tkun tista’ tiġi osservata qabel ma jintlaħqu l-valuri tal-limiti mogħtija li jissemmew fil-punt 3.1.1. L-arranġament u l-installazzjoni tas-sensuri għandhom jiġu ddokumentati. L-għażla tal-postijiet għandha jiġi ssostanzjata mill-manifattur jew mid-ditta speċjalizzata li tkun installat it-tagħmir. Il-pajpijiet tat-tagħmir tat-teħid tal-kampjuni għandhom ikunu tal-iqsar tul possibbli.

3.3.2. L-aċċess għas-sensuri għandu jkun faċli sabiex ikun possibbli li jsiru l-kalibrazzjonji, l-manutenzjoni u l-kontrolli ta’ sikurezza fuq bażi regolari.

3.4. Ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-installazzjoni:

3.4.1. It-tagħmir kollu ta’ twissija kontra l-gass għandu jiġi installat minn ditta speċjalizzata.

3.4.2. Rigward l-installazzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati l-aspetti li ġejjin:

(a) is-sistemi ta’ ventilazzjoni lokali;

(b) l-arranġamenti strutturali (id-disinn tal-ħitan, tad-diviżorji eċċ.) li jiffaċilitaw jew jikkumplikaw l-akkumulazzjoni tal-gassijiet; u

(c) il-prevenzjoni ta’ effetti negattivi dovuti għal ħsarat mekkaniċi u ħsara mill-ilma jew is-sħana.

3.4.3. Il-pajpijiet kollha tat-tagħmir tat-teħid tal-kampjuni għandhom jiġu irranġati b’tali mod li ma jkunx possibbli li jifforma l-kondensat.

3.4.4. L-installazzjoni għandha titwettaq b’tali mod li ma tkun possibbli l-ebda interferenza mhux awtorizzata.

4. Il-kalibrazzjoni u l-ispezzjoni tad-detteturi tat-tnixxija tal-gass, it-tibdil ta' partijiet b'ħajja tas-servizz limitata

4.1 Id-detteturi tat-tnixxija tal-gass għandhom jiġu kkalibrati u spezzjonati minn espert jew minn persuna kompetenti skont istruzzjonijiet mogħtija mill-manifattur:

(a) qabel jiddaħħlu fis-servizz għall-ewwel darba,

(b) qabel jiddaħħlu lura fis-servizz wara kull modifika jew tiswija kbira,

(c) regolarment,

Għandu jinħareġ ċertifikat tal-kalibrar u tal-ispezzjoni, li jkun iffirmat mill-espert jew minn persuna kompetenti u li jkun juri d-data tal-ispezzjoni.

4.2 Il-partijiet tat-tagħmir tat-twissija kontra l-gass li jkollhom ħajja tas-servizz limitata għandhom jinbidlu kif xieraq qabel tiskadi l-ħajja operattiva speċifikata tagħhom.

5. L-immarkar

5.1. Fuq l-apparat kollu għandha almenu tidher l-informazzjoni li ġejja li tkun tista’ tinqara ċar u li tkun miktuba f’forma li ma titħassarx:

(a) l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

(b) l-immarkar legali;

(c) id-desinjazzjoni tas-serje u t-tip;

(d) jekk ikun possibbli, in-numru tas-serje;

(e) jekk ikun mitlub, kwalunkwe parir indispensabbli għal użu sikur; u

(f) għal kull sensur, l-indikazzjoni tal-gass ta’ kalibrazzjoni.

5.2. L-elementi tat-tagħmir ta’ twissija kontra l-gass li jservu għal żmien limitat għandhom jiġu mmarkati f’dan is-sens b’mod ċar.

6. Id-dettalji pprovduti mill-manifattur marbuta mat-tagħmir ta’ twissija kontra l-gass:

(a) l-istruzzjonijiet, illustrazzjonijiet u dijagrammi komprensivi dwar tħaddim xieraq u sikur kif ukoll dwar l-installazzjoni, it-tqabbid u l-manutenzjoni tat-tagħmir ta’ twissija kontra l-gass;

(b) l-istruzzjonijiet operattivi li, tal-inqas, ikunu jinkludu:

(aa) il-miżuri li jridu jittieħdu f’każ ta’ allarm jew indikazzjoni ta’ żball;

(bb) il-miżuri ta’ sikurezza fil-każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà (pereżempju l-kalibrazzjoni, l-ispezzjoni, l-interruzzjoni); u

(cc) il-persuni responsabbli għall-installazzjoni u l-manutenzjoni;

(c) l-istruzzjonijiet dwar il-kalibrazzjoni qabel ma jitqabbad l-apparat, u dwar il-kalibrazzjoni ta’ rutina inkluż l-intervalli ta’ żmien li jridu jiġu osservati,

(d) il-provvista tal-vultaġġ;

(e) it-tip u t-tifsira tal-allarm u l-viżwalizzazzjonijiet (pereżempju, l-istatus speċjali);

(f) l-informazzjoni dwar l-osservazzjoni ta’ problemi operattivi u dwar it-tiswija tal-ħsarat;

(g) it-tip u l-ambitu tat-tibdil tal-komponenti li jservu għal żmien limitat; u

(h) it-tip, l-ambitu u l-intervall ta’ żmien tal-ispezzjonijiet.

STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 25

Il-kejbils tal-elettriku

(l-Artikoli 9.15 u 15.10(6) tal-Anness II)

Ġenerali (il-bastimenti kollha) — l-Artikolu 9.15

1. Meta jiġi applikat l-Artikolu 9.15, it-Taqsima 5, għandha tiġi kkunsidrata l-ventilazzjoni mnaqqsa ta’ kejbil(s) f’għata protettiva jew kejbils kompletament magħluqin fil-kondjuwit.

2. Fl-Artikolu 9.15, it-Taqsima 9 l-għadd ta’ ġonot fil-kejbils għandu jkun żgħir kemm jista' jkun. Il-ġonot jistgħu jintużaw għal skopijiet ta’ tiswija jew ta’ bdil ma’ kejbil ieħor u kif ukoll, f’każi eċċezzjonali, għas-simplifikazzjoni tal-installazzjoni. Il-ġonot fil-kejbil magħmula skont 3.28 u l-Anness D tal-IEC 60092-352:2005, jew skont regolamentazzjoni ekwivalenti rikonoxxuta minn wieħed mill-Istati Membri, għandhom jiġu kkunsidrati bħala aċċettabbli.

Il-bastimenti tal-passiġġieri — l-Artikolu 15.10(6)

1. Abbord il-bastimenti tal-passiġġieri, il-kejbils u r-rotot mnejn ikunu għaddejja jitqiesu bħala sodisfaċenti jekk ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti 2 u 3.

2. Fir-rigward ta’ kejbils li jipprovdu l-elettriku f’każ ta’ emerġenza lil tagħmir elenkat fl-Artikolu 15.10, it-Taqsima 4, il-konformità mal-Artikolu 15.10, it-Taqsima 6 it-tieni paragrafu titlob li:

(a) il-kejbils jiġu mgħoddija b’tali mod li jiġi evitat li jisfaw inutli għas-servizz minħabba tisħin tal-paratiji u l-gvieret li jista' jiġi kkawżat minn nar fi spazju biswit;

(b) meta l-kejbils ikunu qed jissupplixxu tagħmir installat f’żoni fejn ir-riskju ta’ nar ikun għoli, il-mogħdijiet tal-kejbils f’dawn iż-żoni jridu jevitaw rotot li jgħaddu minn fuq jew qrib in-naħa ta' fuq ta' magni tad-diżil u apparat li jaħdem biż-żejt, jew minn qrib uċuħ jaħarqu, pereżempju, sistemi tal-egżost minn magni tad-diżil. Meta ma tkunx teżisti rotta alternattiva, il-kejbils iridu jitħarsu minn ħsarat dovuti għas-sħanat u n-nirien. Dan il-ħarsien kontra n-nar jista’ jkun fil-forma ta’ pjanċi jew kondjuwits tal-azzar;

(c) il-kejbils u tagħmir assoċjat magħhom li hu fornut mis-sors ta' enerġija tal-emerġenza għandhom, safejn huwa prattikabbli, jinżammu fl-ambitu taż-żona sikura;

(d) is-sistemi tal-kejbils għandhom jiġi organizzati b’mod li nar fi kwalunkwe żona mdawra minn ħitan diviżorji tat-Tip A kif muri fl-Artikolu 15.11, it-Taqsma 2 ma joħloqx interferenza f'servizzi li huma essenzjali għas-sikurezza fi kwalunkwe żona oħra bħal din. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi ssodisfat jekk kejbils ewlenin u ta’ emerġenza ma jkunux għaddejjin mill-istess żona. Jekk jinzertaw għaddejja mill-istess żona, ir-rekwiżit għandu jiġi ssodisfat jekk:

aa) ikunu mifrudin minn xulxin għal distanza wiesgħa safejn jippermetti l-ispazju; jew

bb) il-kejbil ta’ emerġenza jkun tat-tip reżistenti għan-nar.

3. Għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-organizzazzjoni ta’ tulijiet ta’ kejbils miġbura mazz biex jiġi żgurat li l-karatteristiċi ta’ reżistenza għan-nar tal-kejbils ma jiddgħajfux. Dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat jekk il-kejbils ikunu konformi mal-IEC 60332-3:2000. Jekk ma tiġix osservata konformità mal-IEC 60332-3:2000, jew ma’ regolamentazzjoni ekwivalenti rikonoxxuta minn wieħed mill-Istati Membri, għandu jiġi kkunsidrat l-użu ta’ klampijiet ('firestops') biex irażżnu l-firxa tan-nar ma' tulijiet twal ta' kejbils miġbura mazz (’il fuq minn 6 m vertikali u 14-il m orizzonali), sakemm il-kejbils ma jkunux kompletament magħluqin fil-kondjuwit. L-użu ta’ żebgħa, kondjuwit u kisi tal-protezzjoni li ma jkunux adatti jista’ jaffettwa b’mod sinifikanti l-karatteristiċi ta’ kontra t-tifrix tan-nar li għandu l-kejbil u għaldaqstant għandu jiġi evitat. L-użu ta’ tip speċjali ta’ kejbils bħalma huma l-kejbils tal-frekwenza tar-radju jista’ jiġi awtorizzat mingħajr konformità mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq.



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 26

L-esperti/il-persuni kompetenti

(l-Artikolu 1.01, il-paragrafi 106 u 107 tal-Anness II)

L-esperti

L-esperti huma mitluba jwettqu testijiet għall-approvazzjoni li jitolbu għal għarfien speċjalizzat abbażi tal-kumplessità tas-sistemi jew abbażi tal-livell ta' sikurezza meħtieġ. Il-persuni jew l-istituzzjonijiet li ġejjin huma fost dawk li huma awtorizzati biex iwettqu dawn it-testijiet għall-approvazzjoni:


  1. Soċjetajiet ta' klassifikazzjoni li jkollhom il-kompetenzi interni meħtieġa jew li jerfgħu r-responsabbiltà, abbażi tal-awtorizzazzjoni tagħhom, sabiex isejħu persuni jew istituzzjonijiet esterni u jkollhom is-sistemi meħtieġa ta' kontroll tal-kwalità fis-seħħ fir-rigward tal-għażla ta' dawn il-persuni jew istituzzjonijiet;

  2. Membri tal-korpi ta' spezzjoni jew impjegati tal-awtoritajiet rilevanti;

  3. Persuni jew istituzzjonijiet approvati uffiċjalment b'kompetenzi rikonoxxuti għall-kamp ta' applikazzjoni tal-ispezzjoni fil-qasam rilevanti, fejn il-korpi ta' spezzjoni tal-bastiment ikunu jistgħu joħorġu wkoll din l-approvazzjoni fil-kapaċità tagħhom bħala aġenziji pubbliċi, idealment abbażi ta' sistema ta' assigurazzjoni tal-kwalità. Persuna jew istituzzjoni titqies ukoll bħala li hija approvata jekk din tal-aħħar tkun għaddiet minn proċedura tal-għażla uffiċjali li tevalwa speċifikament il-pussess tal-kompetenzi u l-esperjenza meħtieġa.

Il-persuni kompetenti

Il-persuni kompetenti huma mitluba, pereżempju, li jwettqu kontrolli viżivi u kontrolli tal-operat regolari fuq it-tagħmir tas-sikurezza. Dawn li ġejjin għandhom jiġu kklassifikati bħala persuni kompetenti:



  1. Persuni li, abbażi tat-taħriġ u l-esperjenza professjonali tagħhom, ikollhom biżżejjed kompetenza biex ikunu jistgħu jivvalutaw is-sitwazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi, pereż. il-kaptani tal-bastimenti, l-uffiċjali tas-sikurezza fil-kumpaniji tat-trasport marittimu, il-membri tal-ekwipaġġ b'esperjenza rilevanti;

  2. Kumpaniji li jkunu akkwistaw biżżejjed għarfien speċjalizzat abbażi tal-ħidma regolari tagħhom, eż. tarzni jew impriżi tal-installazzjoni;

  3. Manifatturi ta' sistemi għal skop speċjali (eż. sistemi tat-tifi tan-nar, tagħmir tal-kontroll).

Terminoloġija

Ġermaniż

Ingliż

Franċiż

Olandiż

Sachverständiger

expert

expert

erkend deskundige

Sachkundiger

competent person

Spécialiste

deskundige

Fachfirma

competent firm

société spécialisée

deskundig bedrijf

It-testijiet għall-approvazzjoni

It-tabella ta' hawn taħt tiġbor fil-qosor l-iskeda tat-testijiet għall-approvazzjoni, inkluż il-frekwenza tagħhom u t-tip ta' spettur meħtieġ biex iwettaqhom. Din it-tabella hija għal skopijiet ta' informazzjoni biss.



Regola

Suġġett

Intervall massimu tat-test

Spettur

Artikolu 6.03(5)

Ċilindri idrawliċi, pompi u

muturi


8 snin

Impriża kompetenti

Artikolu 6.09(3)

Tagħmir ta' kontroll li jopera bil-mutur

3 snin

Persuna kompetenti

Artikolu 8.01(2)

Kontenituri tal-pressjoni

5 snin

Espert

Artikolu 10.03(5)

L-apparati għat-tifi tan-nar li jinġarru

2 snin

Persuna kompetenti

Artikolu 10.03a (6) (d)

Sistemi tat-tifi tan-nar fissi

2 snin

Persuna kompetenti jew impriża kompetenti

Artikolu 10.03b (9) (b) (dd)

Sistemi tat-tifi tan-nar fissi

2 snin

Persuna kompetenti jew impriża kompetenti

Artikolu 10.04(3)

Laneċ li jintefħu

Kif speċifikat mill-manifattur




Artikolu 10.05(3)

Ġgieget ta’ salvataġġ

Kif speċifikat mill-manifattur




Artikolu 11.12(6)

Krejnijiet

10 snin

Espert

Artikolu 11.12(7)

Krejnijiet

(1) sena

Persuna kompetenti

Artikolu 14.13

Installazzjonijiet tal-gass likwifikat

3 snin

Espert

Artikolu 15.09(9)

It-tagħmir tas-salvataġġ

Kif speċifikat mill-manifattur




Artikolu 15.10(9)

Reżistenza għall-iżolazzjoni, l-ertjar

qabel tiskadi l-validità taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna




Struzzjoni amministrattiva Nru 17

Is-sistemi ta' allarm kontra n-nar

2 snin

Espert jew persuna kompetenti

Struzzjoni amministrattiva Nru 21

Sistemi ta' gwida tas-sikurezza

5 snin

Espert jew persuna kompetenti

Struzzjoni amministrattiva Nru 24

Tagħmir tat-twissija kontra l-gass

Kif speċifikat mill-manifattur

Espert jew persuna kompetenti

STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 27

L-inġenju rikreattivi

(L-Artikolu 21.02 (2) flimkien mal-Artikolu 7.02, l-Artikolu 8.05 (5), l-Artikolu 8.08 (2) u l-Artikolu 8.10 tal-Anness II)



1. Ġenerali

L-inġenji rikreattivi twal sa 24 metru, li jitqiegħdu fis-suq, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 94/25/KE*, kif emendata mid-Direttiva 2003/44/KE. Skont l-Artikolu 3 flimkien mal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, l-inġenji rikreattivi li jkollhom tul ta' 20 metru jew aktar għandu jkollhom ċertifikat tal-Unjonii għan-navigazzjoni interna li jiċċertifika l-konformità tal-inġenju mar-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II. Minħabba li l-ispezzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni doppja għal ċerti tagħmir, arranġamenti u installazzjonijiet ta' inġenji rikreattivi mibnija ġodda li jistgħu jirriżultaw minn ċerti dispożizzjonijiet fl-Artikolu 21.02 tal-Anness II għandha tiġi evitata, din l-Istruzzjoni Amministrattiva tagħti informazzjoni fuq dawk ir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 21.02 li huma koperti biżżejjed skont id-Direttiva 94/25/KE.



2. Ir-rekwiżiti fl-Artikolu 21.02 li huma diġà koperti skont id-Direttiva 94/25/KE

Għal inġenji rikrearrivi soġġetti għad-Direttiva 94/25/KE, fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna (l-ispezzjoni inizjali), il-korp ta' spezzjoni ma għandux jitlob li ssir spezzjoni jew ċertifikazzjoni ulterjuri tar-rekwiżiti li ġejjin tal-Artikolu 21.02(2), tal-Anness II sakemm l-inġenju ppreżentat għall-ispezzjoni jkun tqiegħed fis-suq mhux aktar minn 3 snin qabel id-data tal-preżentazzjoni lill-korp ta' spezzjoni u ma tkun saret l-ebda modifika fl-inġenju, filwaqt li d-Dikjarazzjoni ta' Konformità tirreferi għall-istandards armonizzati li ġejjin jew l-ekwivalenza tagħhom:



  • l-Artikolu 7.02 : EN ISO 11591:2000, (Il-veduta libera)

  • L-Artikolu 8.05 (5): EN ISO 10088:2001, (It-tankijiet tal-fjuwil u l-pajpijiet)

  • L-Artikolu 8.08 (2): EN ISO 15083:2003, (Il-pompi tas-sentina)

  • l-Artikolu 8.10 : EN ISO 14509, (L-emissjonijiet tal-istorbju)

(*) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15.

Appendiċi III

Il-Mudell tan-Numru Uniku ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej

A

A

A

x

x

x

x

x

[Kodiċi tal-awtorità kompetenti li tassenja n-numru ta’ identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej]

[Numru tas-Serje]

Fil-mudell, “AAA” jirrappreżenta l-kodiċi bi tliet figuri maħruġ mill-awtorità kompetenti li tassenja n-numru ta’ identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej skont il-firxa ta’ numri li ġejjin:

001-019

Franza

020-039

Il-Pajjiżi l-Baxxi

040-059

Il-Ġermanja

060-069

Il-Belġju

070-079

L-Isvizzera

080-099

irriżervat għal inġenji minn pajjiżi li mhumiex parti mill-Konvenzjoni ta' Mannheim li jkun inħarġilhom ċertifikat ta' Bastiment tar-Renu qabel l-1 ta' April 2007

100-119

In-Norveġja

120-139

Id-Danimarka

140-159

Ir-Renju Unit

160-169

L-Islanda

170-179

L-Irlanda

180-189

Il-Portugall

190-199

riżervat

200-219

Il-Lussemburgu

220-239

Il-Finlandja

240-259

Il-Polonja

260-269

L-Estonja

270-279

Il-Litwanja

280-289

Il-Latvja

290-299

riżervat

300-309

L-Awstrija

310-319

Liechtenstein

320-329

Ir-Repubblika Ċeka

330-339

Is-Slovakkja

340-349

riżervat

350-359

Il-Kroazja

360-369

Is-Serbja

370-379

Il-Bożnja-Ħerzegovina

380-399

L-Ungerija

400-419

Il-Federazzjoni Russa

420-439

L-Ukraina

440-449

Il-Bjelorussja

450-459

Ir-Repubblika tal-Moldova

460-469

Ir-Rumanija

470-479

Il-Bulgarija

480-489

Il-Ġeorġja

490-499

riżervat

500-519

It-Turkija

520-539

Il-Greċja

540-549

Ċipru

550-559

L-Albanija

560-569

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

570-579

Is-Slovenja

580-589

Il-Montenegro

590-599

riżervat

600-619

L-Italja

620-639

Spanja

640-649

Andorra

650-659

Malta

660-669

Monaco

670-679

San Marino

680-699

riżervat

700-719

L-Isvezja

720-739

Il-Kanada

740-759

L-Istati Uniti tal-Amerika

760-769

L-Iżrael

770-799

riżervat

800-809

L-Azerbajġan

810-819

il-Kazakistan

820-829

Il-Kirgiżtan

830-839

It-Taġikistan

840-849

It-Turkmenistan

850-859

L-Uzbekistan

860-869

L-Iran

870-999

riżervat.

“xxxxx” jirrappreżenta n-numru tas-serje b'ħames ċifri maħruġ mill-awtorità kompetenti.

Appendiċi IV

Id-Dejta għall-Identifikazzjoni ta’ Bastiment

A. Il-bastimenti kollha

1. In-Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej skont l-Artikolu 2.18 ta’ dan l-Anness (l-Anness V, il-Parti 1, il-kaxxa 3 tal-mudell, u l-Anness VI, il-ħames kolonna)

2. Isem l-inġenju/il-bastiment (l-Anness V, il-Parti 1, il-kaxxa 1 tal-mudell, u l-Anness VI, ir-raba’ kolonna)

3. It-tip ta’ bastiment kif definit fl-Artikolu 1.01, il-punti 1-28, ta’ dan l-Anness (l-Anness V, il-Parti 1, il-kaxxa 2 ta’ dan il-mudell)

4. It-tul globali kif definit fl-Artikolu 1.01, il-punt 70, ta’ dan l-Anness (l-Anness V, il-Parti 1, il-kaxxa 17a)

5. Il-wisa’ globali kif definita fl-Artikolu 1.01, il-punt 73, ta’ dan l-Anness (l-Anness V, il-Parti 1, il-kaxxa 18a)

6. Il-fundar kif definit fl-Artikolu 1.01, il-punt 76, ta’ dan l-Anness (l-Anness V, il-Parti 1, il-kaxxa 19)

7. Is-sors tad-dejta ( = iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna)

8. Il-piż mejjet (l-Anness V, il-Parti 1, il-kaxxa 21 u l-Anness VI, il-11-il kolonna) tal-bastimenti tal-merkanzija

9. L-ispostament kif definit fl-Artikolu 1.01 il-punt 60, ta’ dan l-Anness (l-Anness V, il-Parti 1, il-kaxxa 21 u l-Anness VI, il-11-il kolonna) għal bastimenti li mhumiex bastimenti tal-merkanzija

10. L-operatur (is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu, l-Anness II, il-Kapitolu 2)

11. L-Awtorità tal-Ħruġ (l-Anness V, il-Parti 1, u l-Anness VI)

12. In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Unjoni għan-Navigazzjoni Interna (l-Anness V, il-Parti 1 u l-Anness VI, l-ewwel kolonna tal-mudell)

13. Id-data ta’ skadenza (l-Anness V, il-Parti 1, il-kaxxa 11 tal-mudell, u l-Anness VI, is-17-il kolonna tal-mudell)

14. Min ħoloq is-sett tad-dejta

B. Fejn disponibbli

1. In-numru nazzjonali

2. It-tip ta’ bastiment skont l-Ispeċifiċikazzjoni Teknika għar-Rappurtaġġ Elettroniku tal-Bastiment fin-navigazzjoni interna

3. Buq wieħed jew doppju skont l-ADN/ADNR

4. L-għoli kif definit fl-Artikolu 1.01 Nru 75

5. It-tunnellaġġ gross (għal bastimenti marittimi)

6. In-numru tal-IMO (għal bastimenti marittimi)

7. Il-Kodiċi tas-sejħa (għal bastimenti marittimi)

8. In-numru tal-MMSI

9. Il-kodiċi ATS



10. It-tip, in-numru, l-awtorità tal-ħruġ u d-data ta’ skadenza ta’ ċertifikati oħra

Appendiċi V

Il-protokoll dwar il-parametri tal-magna

0

Ġenerali

0.1

L-informazzjoni dwar il-magna

0.1.1

Id-ditta

0.1.2

Id-deskrizzjoni tal-manifattur:

0.1.3

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip

0.1.4

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-magna:






0.2

Id-dokumentazzjoni




Il-parametri tal-magna għandhom ikunu ttestjati u r-riżultati tat-test iddokumentati. Id-dokumentazzjoni għandha tikkonsisti f’folji separati, innumerati individwalment, iffirmati mill-kontrollatur u annessi ma’ dan il-protokoll.

0.3

Test




It-testijiet li għandhom jitwettqu abbażi tal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-Magna dwar il-monitoraġġ tal-komponenti u tal-parametri tal-magna rilevanti f’kuntest ta’ emissjoni ta’ gass tal-egżost. F’każijiet motivati kif xieraq il-kontrollaturi jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, iwarrbu verifiki dwar ċerti parametri tal-magna.

0.4

Dan il-protokoll tal-parametri tal-magna, inkluż il-qari taċ-ċart li takkompanjah, jirriżulta f’total ta’
… * paġni.

1.

Il-parametri tal-magna




Dan għandu jservi biex jiċċertifika li l-magna ttestjata ma tiddevjax eċċessivament mill-parametri preskritti.

1.1

L-ispezzjoni tal-installazzjoni




L-isem u l-indirizz tal-faċilità tat-test:














L-isem tal-kontrollatur:




Post u data:




Firma:




It-test rikonoxxut mill-awtorità kompetenti:














Post u data:

Is-siġill tal-awtorità kompetenti




Firma:

awtorità

-----------------

* Għandu jiġi mimli mill-kontrollatur.



1.2

 It-test intermedju  It-test speċjali




L-isem u l-indirizz tal-faċilità tat-test:














L-isem tal-kontrollatur:




Post u data:




Firma:




It-test rikonoxxut mill-awtorità kompetenti:














Post u data:

Is-siġill tal-awtorità kompetenti




Firma:

awtorità

1.2

 It-test intermedju  It-test speċjali




L-isem u l-indirizz tal-faċilità tat-test:














L-isem tal-kontrollatur:




Post u data:




Firma:




It-test rikonoxxut mill-awtorità kompetenti:














Post u data:

Is-siġill tal-awtorità kompetenti




Firma:

awtorità

1.2

 It-test intermedju  It-test speċjali




L-isem u l-indirizz tal-faċilità tat-test:














L-isem tal-kontrollatur:




Post u data:




Firma:




It-test rikonoxxut mill-awtorità kompetenti:














Post u data:

Is-siġill tal-awtorità kompetenti




Firma:

awtorità



ANNESS tal-PROTOKOLL TAL-PARAMETRI TAL-MAGNA










L-isem tal-bastiment:




Numru ta' Identifikazzjoni tal-Bastimenti Ewropej:


















L-ispezzjoni tal-installazzjoni



It-test intermedju



It-test speċjali































Manifattur




It-tip tal-magna:










(Isem tal-kummerċ/marka kummerċjali/isem tal-kummerċ tal-manifattur)




(Familja tal-magni/deskrizzjoni tal-manifattur)










Qawwa nominali (kW)




Veloċità nominali [1/min]:




Għadd ta' stivi













Użu li għalih il-magna hija maħsuba










(Propulsjoni ewlenija tal-inġeju/Propulsjoni tal-ġeneratur/propulsjoni fil-pruwa/magna awżiljari, eċċ.)










In-numru tal-approvazzjoni tat-tip




Is-sena tal-kostruzzjoni










In-numru ta’ identifikazzjoni tal-magna




Post ta' installazzjoni










(In-numru tas-serje/in-numru uniku ta’ identifikazzjoni)






















Il-magna u l-komponeneti tal-magna rilevanti f’kuntest ta’ gass tal-egżost kienu identifikati fuq il-bażi tad-dettalji fuq il-pjanċa tad-dejta.

It-test twettaq abbażi tal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-Magna dwar il-monitoraġġ tal-komponenti u tal-parametri tal-magna rilevanti f’kuntest ta’ emissjoni ta’ gass tal-egżost.












A) Test tal-komponenti

Komponenti addizzjoni ta’ rilevanza f’kuntest ta’ gass tal-egżost u mniżżla fl-Istruzzjonijiet tal-manifattur tal-magna dwar is-monitoraġġ tal-komponenti u l-parametri tal-magna rilevanti f’kuntest ta’ gass tal-egżost għandhom ikunu inklużi fit-tabella.









Komponent

In-numru tal-komponenti irreġistrat

Konformità







Kamxaft/pistun




 Iva

 Le

 M/A







Valv tal-injezzjoni




 Iva

 Le

 M/A







Sett tad-dejta/numru tas-softwer




 Iva

 Le

 M/A







Pompa tal-injezzjoni




 Iva

 Le

 M/A







cylinder head




 Iva

 Le

 M/A







Turbokumpressur tal-gass tal-egżost




 Iva

 Le

 M/A







Charge air cooler




 Iva

 Le

 M/A













 Iva

 Le

 M/A













 Iva

 Le

 M/A













 Iva

 Le

 M/A










B) Spezzjoni viżwali tal-karatteristiċi u tal-parametri aġġustibbli tal-magna







Parametru

Valur irreġistrat

Konformità







Ħin tal-injezzjoni, perjodu tal-injezzjoni




 Iva

 Le










C) Spezzjoni ta’ dħul tal-arja u s-sistema ta’ egżost








Ittieħd il-kejl sabiex tkun verifikata l-konformità mal-valuri awtorizzati

Id-dħul taħt pressjoni: kPa b’veloċità nominali u tagħbija massima

Kontropressjoni tal-gass tal-egżost: Pa b’veloċità nominali u tagħbija massima










Twettqet spezzjoni viżwali tad-dħul tal-arja u s-sistema ta’ gass tal-egżost.

Ma rriżultawx anormalitajiet li jissuġġerixxu nuqqas ta’ konformità mal-valuri awtorizzati.












D) Kummenti:










(Il-konfigurazzjonijiet, il-modifiki jew it-tibdil diverġenti li ġejjin kienu osservati.)














































L-isem tal-kontrollatur:










Post u data:










Firma:







Appendiċi VI

L-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord
- Id-dispożizzjonijiet supplimentari u mudelli taċ-ċertifikati -

Werrej

1   ...   22   23   24   25   26   27   28   29   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət