Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə23/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   19   20   21   22   23   24   25   26   ...   32

1.Subdiviżjonijiet lokali (l-Artikolu 15.02(5))


Skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 15.02, huwa konċepibbli li s-subdiviżjonijiet lokali ssiġillati mill-ilma, bħal tankijiet b'qiegħ doppju suddiviżi b'mod trasversali ta' tul akbar mit-tul tal-ħsara li jrid jiġi kkunsidrat, mhumiex ser jiġu inklużi fl-evalwazzjoni. F'dan il-każ jista' ma jkunx possibbli li titqies is-subdiviżjoni trasversali jekk din ma tiġix estiża sal-gverta tal-paratiji. Dan jista' jwassal għal subdiviżjonijiet inadegwati tal-paratiji.

Interpretazzjoni tar-rekwiżit:

Jekk kompartiment issiġillat mill-ilma jkun itwal milli mitlub mill-paragrafu 9 tal-Artikolu 15.03 u jkun fih subdiviżjonijiet lokali li jiffurmaw sottokompartimenti ssiġillati mill-ilma, u li bejniethom jista' jinżamm it-tul minimu tal-ħsara, dawn jistgħu jitqiesu fil-kalkolu tal-istabilità danneġġata.

2.Rekwiżiti tranżitorji għal kompartimenti magħmula minn tined jew installazzjonijiet mobbli simili fir-rigward tal-istabilità (l-Artikolu 15.03, il-paragrafu 5)


Il-kompartimenti magħmula minn tined jew installazzjonijiet mobbli simili jistgħu jikkawżaw problemi fl-istabilità tal-bastiment minħabba li, jekk ikollhom daqs suffiċjenti biex jagħmlu dan, huma jinfluwenzaw il-mument tat-timjil minħabba l-pressjoni tar-riħ.

Interpretazzjoni tar-rekwiżit:

Fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri li għalihom kien inħareġ ċertifikat tal-bastiment għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Jannar 2006, jew li għalihom hija invokata t-tieni sentenza tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 24.06, wara t-twaqqif ta' kompartiment magħmul minn tined jew installazzjonijiet mobbli simili, għandu jsir kalkolu ġdid tal-istabiltà skont din id-Direttiva, sakemm il-pjan laterali tiegħu Awz jaqbeż il-5 % tal-pjan laterali totali Aw li jrid jitqies f'kull każ.

STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 7

L-ankri speċjali b’massa mnaqqsa

(l-Artikolu 10.01(5) tal-Anness II)

Parti 1:
Ankri speċjali awtorizzati

L-ankri speċjali b'massa mnaqqsa, li huma awtorizzati minn awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 10.01, huma elenkati fit-tabella li ġejja.



Ankra nru

Tnaqqis aċċettat tal-massa tal-ankra (%)

Awtorità kompetenti

1. HA-DU

30 %

Il-Ġermanja

2. D'Hone Spezial

30 %

Il-Ġermanja

3. Pool 1 (hol)

35 %

Il-Ġermanja

4. Pool 2 (massief)

40 %

Il-Ġermanja

5. De Biesbosch-Danforth

50 %

Il-Ġermanja

6. Vicinay-Danforth

50 %

Franza

7. Vicinay AC 14

25 %

Franza

8. Vicinay type 1

45 %

Franza

9. Vicinay type 2

45 %

Franza

10. Vicinay type 3

40 %

Franza

11. Stockes

35 %

Franza

12. D'Hone-Danforth

50 %

Il-Ġermanja

13. Schmitt HHP-anker

40 %

Il-Pajjiżi l-Baxxi

14. SHI high holding anchor, type ST (standard)

30 %

Il-Pajjiżi l-Baxxi

15. SHI high holding anchor, type FB (fully balanced)

30 %

Il-Pajjiżi l-Baxxi

16. Klinsmann anchor

30 %

Il-Pajjiżi l-Baxxi

17. HA-DU-POWER Anchor

50 %

Il-Ġermanja

PARTI 2

Awtorizzazzjoni u proċedura tal-ittestjar ta’ ankri speċjali b’massa mnaqqsa

(Tnaqqis fil-valuri tal-massa tal-ankri ddeterminat skont l-Artikolu 10.01 (1)-(4) tal-Anness II)

1. Kapitolu 1 – Proċedura tal-awtorizzazzjoni

1.1. L-ankri speċjali b’massa mnaqqsa skont l-Artikolu 10.01(5) tal-Anness II għandhom jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti tiddetermina t-tnaqqis awtorizzat tal-massa tal-ankra għall-ankri speċjali f’konformità mal-proċedura mfissra aktar ’l isfel.

1.2. L-awtorizzazzjoni bħala ankra speċjali hi possibbli biss jekk it-tnaqqis fil-massa tal-ankra stabbilit ikun mill-inqas 15 %.

1.3. L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ ankra speċjali skont il-punt 1.1 għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. Għandhom jintbagħtu għaxar kopji tad-dokumenti li ġejjin ma’ kull applikazzjoni:

(a) deskrizzjoni ġenerali tad-dimensjonijiet u tal-massa tal-ankra speċjali li tipprovdi d-dimensjonijiet prinċipali u d-deżinjazzjoni tat-tip ta’ kull daqs ta’ ankra disponibbli;

(b) id-dijagramma tar-reżistenza għall-qtugħ fir-rigward tal-ankra ta’ referenza A (skont il-punt 2.2) u l-ankra speċjali B li trid tiġi awtorizzata, li tkun tħejjiet u ġiet ivverifikata minn istituzzjoni appuntata mill-awtorità kompetenti.

1.4. L-awtorità kompetenti tavża lill-awtorità kompetenti l-oħra dwar kwalunkwe applikazzjoni għal tnaqqis fil-massa tal-ankra li tikkunsidra li tawtorizza wara l-ittestjar.

2. Artikolu 2 – Proċedura tat-test

2.1. Id-dijagrammi tal-reżistenza għall-qtugħ skont il-punt 1.3. għandhom juru din ir-reżistenza bħala funzjoni ta’ veloċità għall-ankra ta’ referenza A u l-ankra speċjali B li trid tiġi awtorizzata fuq il-bażi tat-testijiet skont il-punti 2.2 sa 2.5 ta’ hawn taħt. L-Anness I juri prova waħda possibbli ta’ reżistenza għall-qtugħ.

2.2. L-ankra ta’ referenza A użata fit-testijiet għandha tkun ankra konvenzjonali ta’ bla ċipp li tintewa li tikkorrispondi għall-iskeċċ u d-dettalji li jidhru hawn taħt, b’massa ta’ mill-inqas 400 kg.

Tolleranza ta’ ± 5 % tapplika għald-dimensjonijiet u l-massa mogħtija. Madankollu, l-erja tal-wiċċ ta’ kull patta tal-ankra trid tkun mill-inqas 0,15 m2.

2.3. Il-massa tal-ankra speċjali B użata fit-testijiet ma għandhiex tiddevja b’iktar minn 10 % mill-massa tal-ankra ta’ referenza A. Jekk it-tolleranzi jkunu akbar, il-forzi għandhom jerġgħu jiġu kkalkulati mill-ġdid proporzjonali għall-massa.

2.4. Id-dijagrammi tar-reżistenza għall-qtugħ għandhom jipprovdu rappreżentazzjoni lineari tal-veloċità (v) fil-medda ta’ bejn iż-0 u l-5 km/siegħa (veloċità fuq l-art). Għal dan il-għan, għandhom isiru tliet testijiet f'direzzjoni lejn għajn ix-xmara għall-ankra ta' referenza A u l-ankra speċjali B fuq kull waħda minn żewġ meded tax-xmara ddeterminati minn awtorità kompetenti, medda waħda b'qiegħ ta' żrar aħrax u l-medda l-oħra b’qiegħ ta’ ramel fin. Fuq ix-xmara Renu medda ta’ bejn 401 u 402 km tista’ sservi bħala medda ta’ referenza għat-testijiet taż-żrar aħrax u medda ta’ bejn 480 u 481 km għat-testijiet tar-ramel fin..

2.5. Għal kull prova, l-ankra li tkun qed tiġi ttestjata għandha tinġibed minn kejbil tal-wajer tal-azzar li t-tul tiegħu bejn il-ponot ta' konnessjoni fuq l-ankra u fuq l-inġenju tal-irmonk jew tagħmir ieħor tal-irmonk ikun 10 darbiet l-għoli tal-punt ta’ konnessjoni fuq l-inġenju ’l fuq mill-post fejn tintefa’ l-ankra.

2.6. Il-perċentwal tat-tnaqqis fil-massa tal-ankra huwa kkalkulat permezz tal-formula li ġejja:

r = 75 · (1 – 0,5(PB/PA)((FA/FB) + (AA/AB)))[%] Fejn

r




il-perċentwal tat-tnaqqis fil-massa tal-ankra speċjali B f'relazzjoni mal-ankra ta’ referenza A;

PA




il-massa tal-ankra ta’ referenza A;

PB




il-massa tal-ankra speċjali B;

FA




il-forza tal-qabda mal-qiegħ tal-ankra ta’ referenza A b’v = 0,5 km/siegħa;

FB




il-forza tal-qabda mal-qiegħ tal-ankra speċjali B b’v = 0,5 km/siegħa;

AA




l-erja tal-wiċċ fid-dijagramma tar-reżistenza għall-qtugħ iddefinita minn:

  • il-linja parallela għall-assi-y meta v = 0,

  • il-linja parallela għall-assi-y meta v = 5 km/siegħa

  • il-linja parallela għall-assi-x b’reżistenza tal-qabda mal-qiegħ F = 0

  • il-kurva tar-reżistenza għall-qtugħ għall-ankra ta’ referenza A;

Id-dijagramma mudell ta’ rezistenza għall-qtugħ



(Determinazzjoni tal-erjas tal-uċuħ AA u AB)

AB l-istess definizzjoni ta’ AA ħlief li tintuża l-kurva tar-reżistenza għall-qtugħ għall-ankra speċjali B.




AB




l-istess definizzjoni ta’ AA ħlief li tintuża l-kurva tar-reżistenza għall-qtugħ għall-ankra speċjali B.

2.7. Il-perċentwal aċċettabbli huwa l-medja ta’ sitt valuri ta’ r ikkalkulati skont il-punt 2.6.

Anness I tar-regolamenti dwar l-ispezzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ ankri speċjali

Eżempju ta’ metodu ta’ ttestjar ta’ ankra b’konvoj imbuttat b’żewġ biċċiet f’filliera waħda




Inġenju li jimbotta

It-tieni (2) ċattra







L-ewwel (1) ċattra






Ankra

Krejn

Gerlin

Linja tal-irmonk

Dinamometru tas-saħħa tensili

Post fejn intefgħet l-ankra

500 kg

750 kg

12 mm 

24 mm 

20 t

ramel / żrar

Veloċità tal-irmonk: 0  5 km/siegħa Angolu tal-inklinazzjoni tal-linja tal-irmonk  1:10

STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 8

Ir-robustezza tat-twieqi mqalfta

(l-Artikolu 15.02(16) tal-Anness II)

1. Ġenerali

Skont l-Artikolu 15.02(16) tal-Anness II, jista’ jkun hemm twieqi mqalfta taħt il-linja tal-marġni jekk dawn ma jkunux jagħmlu ilma, ma jkunux jistgħu jinfetħu, ikunu robusti biżżejjed u jkunu konformi mal-Artikolu 15.06(14).



2. Il-kostruzzjoni tat-twieqi mqalfta

Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 15.02(16) tal-Anness II jitqiesu ssodisfati jekk il-kostruzzjoni tat-twieqi mqalfta jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.1. Għandu jintuża ħġieġ li fuqu jkunu saru provi ta' stress minn qabel li jikkonforma mal-ISO 614 pubblikazzjoni 04/94.

2.2. It-twieqi tondi għandhom ikunu konformi mal-ISO 1751, pubblikazzjoni 04/94, is-Serje B: twieqi li jifilħu għal strapazz medju Tip: tieqa ma tinfetaħx

2.3. It-twieqi angolari għandhom ikunu konformi mal-ISO 3903, pubblikazzjoni 04/94, Serje E: twieqi li jifilħu għall-istrapazz Tip: tieqa ma tinfetaħx

2.4. Twieqi ta’ standard ISO jistgħu jiġu ssostitwiti bi twieqi li l-kostruzzjoni tagħhom hija mill-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-punti 2.1 sa 2.3.



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 9

Ir-rekwiżiti għall-bexxiexi tal-ilma awtomatiċi li jaħdmu bl-arja kkumpressata

(l-Artikolu 10.03 a(1) tal-Anness II)

Il-bexxiexi tal-ilma awtomatiċi adegwati li jaħdmu bl-arja kkumpressata skont l-Artikolu 10.03a(1) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

1. Il-bexxiexa tal-ilma awtomatika li taħdem bl-arja kkumpressata għandha tkun disponibbli l-ħin kollu biex tkun ta’ servizz meta jkun hemm persuni abbord. Ma għandha tkun meħtieġa ebda azzjoni addizzjonali mill-membri tal-ekwipaġġ biex tiskatta l-operazzjoni.

2. Is-sistema għandha tinżamm fil-livell ta’ pressa meħtieġ fuq bażi permanenti. Il-pajpijiet għandhom jinżammu l-ħin kollu mimlija bl-ilma saż-żennuni tal-bexx. Is-sistema għandu jkollha provvista tal-ilma taħdem kontinwament. Ma għandhomx jitħallew jidħlu fis-sistema impuritajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-operazzjoni. L-Istrumenti ta’ viżwalizzazzjoni u sistemi ta’ ttestjar xierqa (pereżempju, arloġġi għall-kejl tal-pressjoni, indikaturi tal-livell tal-ilma f’tank tal-pressa, pajpijiet għall-ittestjar tal-pompi) għandhom jiġu installati biex is-sistema tkun tista' tiġi ssorveljata u ċċekkjata.

3. Il-pompa għall-provvista tal-ilma liż-żennuni tal-bexx għandha tiġi attivata awtomatikament permezz ta’ tnaqqis fil-pressa tas-sistema. Il-pompa għandha tiġi mdaqqsa biex tkun tiflaħ tipprovdi kontinwament provvista tal-ilma suffiċjenti bil-pressa meħtieġa meta ż-żennuni tal-bexx kollha li jkun hemm bżonn biex tiġi koperta l-erja tal-akbar kamra li trid tiġi protetta jkunu attivati simultanjament. Il-pompa għandha tissupplixxi biss lill-bexxiexa tal-ilma awtomatika li taħdem bl-arja kkumpressata. F’każ li tinqala’ l-ħsara fil-pompa, għandu jkun hemm il-possibbiltà li ż-żennuni tal-bexx jiġu pprovduti bi provvista tal-ilma suffiċjenti minn pompa oħra abbord.

4. Is-sistema għandha tkun maqsuma f’taqsimiet, u kull taqsima ma għandux ikollha aktar minn 50 żennuna tal-bexx.

5. L-għadd u t-tqassim taż-żennuni tal-bexx għandhom jiżguraw distribuzzjoni effettiva tal-ilma fil-kmamar li jridu jiġu protetti.

6. Iż-żennuni tal-bexx għandhom jiskattaw b’temperatura ta’ bejn it-68 °C u d-79 °C.

7. L-installazzjoni tal-komponenti tal-bexxiexi tal-ilma awtomatiċi li jaħdmu bl-arja kkumpressata fil-kmamar li jridu jiġu protetti għandha tiġi limitata għall-minimu meħtieġ. L-ebda wieħed minn dawn il-komponenti tas-sistema ma għandu jiġi installat fil-kmamar tal-magni prinċipali.

8. L-indikaturi viżwali u akustiċi għandhom jiġu pprovduti f’post jew postijiet xierqa, u mill-inqas wieħed minnhom għandu jitħaddem fuq bażi permanenti u juri l-attivazzjoni tal-komponenti tal-bexxiexi tal-ilma awtomatiċi li jaħdmu bl-arja kkumpressata għal kull taqsima.

9. Il-provvista tal-enerġija tal-installazzjoni tal-bexxiexi tal-ilma awtomatiċi li jaħdmu bl-arja kkumpressata għandha titwassal minn żewġ sorsi ta’ enerġija indipendenti li ma għandhomx jiġu installati fl-istess post. Kull sors ta’ enerġija għandu jkollu l-kapaċità li jissupplixxi lis-sistema kollha kemm hi mingħajr l-ebda għajnuna.

10. Pjan tal-installazzjoni tal-bexxiexi tal-ilma awtomatiċi li jaħdmu bl-arja kkumpressata għandu jiġi ppreżentat lill-korp ta’ spezzjoni għall-eżaminazzjoni qabel l-installazzjoni tas-sistema. Dan il-pjan għandu jindika t-tipi u d-dejta dwar il-prestazzjoni tal-magni u t-tagħmir użat. Installazzjoni ttestjata u ċċertifikata minn soċjeta approvata ta' klassifikazzjoni li almenu tkun konformi mal-preskrizzjonijiet ta’ hawn fuq tista’ tiġi awtorizzata mingħajr ittestjar ulterjuri.

11. Il-preżenza ta’ bexxiexa tal-ilma awtomatika li taħdem bl-arja kkumpressata għandha tiddaħħal fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna taħt il-punt 43.

STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 10

(Titħalla vojta)



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 11

Il-mili taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1. ĠENERALI

1.1. Il-formoli

Għall-mili taċ-Ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandhom jintużaw biss il-formoli awtorizzati mill-awtorità kompetenti. Il-formoli għandhom jimtlew fuq naħa waħda biss.

Meta jinħareġ ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ġdid, dan għandu jinkludi l-paġni kollha minn 1 sa 13, ukoll jekk ma jkun hemm l-ebda entrata f’xi paġni.

1.2. Il-metodu tad-dħul

L-entrati f’ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandhom jinkitbu b’tajprajter jew ipproċessati b’kompjuter. Entrati miktuba bl-idejn jistgħu jsiru biss f’każi eċċezzjonali. L-entrati għandhom ikunu indelibbli. L-ilwien tal-karattri għandhom ikunu biss iswed jew blu. It-tħassir għandu jsir bl-aħmar.



2. ENTRATI

2.1. It-tħassir tal-alternattivi

Meta l-entrati ikunu mmarkati bi(*), dawk li ma japplikawx għandhom jitħassru.



2.2. Il-punti mingħajr entrati

Jekk, għal kwalunkwe punt minn 1 sa 48, mhi meħtieġa jew mhi possibbli l-ebda entrata, għandu jitħażżeż sing tul il-wisa' tal-qasam kollu.



2.3. Il-paġna finali taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Jekk ma jkunx hemm ħtieġa ta’ paġni addizzjonali wara l-paġna 13 (ara l-punt 3.2.3), għandu jitħassar il-kliem “jissokta f'paġna”61 f’qiegħ il-paġna 13.



2.4. L-emendi

2.4.1. L-ewwel emenda miktuba bl-idejn fuq paġna

Paġna tista’ ssirilha emenda darba biss, madanakollu jistgħu jsiru diversi emendi f'dak il-ħin. Għandu jitħażżeż sing aħmar fuq id-dettalji kollha li jridu jiġu emendati. Għandu jitħażżeż sing aħmar taħt alternattiva li tkun ġiet imħassra qabel (ara l-punt 2.1) jew punt li qabel kien mingħajr entrata (ara l-punt 2.3). Id-dettalji l-ġodda ma għandhomx jiddaħħlu fil-qasam emendat, imma fl-istess paġna taħt it-titlu “Emendi”, il-linja “Din il-paġna ġiet issostitwita” għandha titħassar.



2.4.2. L-emendi ulterjuri miktubin bl-idejn fuq paġna

Għal emendi ulterjuri, il-paġna għandha tiġi ssostitwita u l-emendi meħtieġa u kif ukoll kwalunkwe emenda oħra li tkun saret qabel, għandhom jiddaħħlu direttament taħt il-punti xierqa. Taħt il-punt “Emendi”, il-linja “emendi għall-punt(i)” għandha titħassar.

Il-paġna l-qadima għandha tinżamm mill-korp ta’ spezzjoni li oriġinarjament kienet ħarġet iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

2.4.3. L-emendi permezz tal-ipproċessar tad-dejta elettronika

Fil-każ ta’ emendi permezz tal-ipproċessar tad-dejta elettronika, il-paġna għandha tiġi ssostitwita u l-emendi meħtieġa kif ukoll kwalunkwe emenda li tkun saret qabel għandhom jiddaħħlu direttament taħt il-punti xierqa. Taħt il-punt “Emendi”, il-linja “emendi għall-punt(i)” għandha titħassar.

Il-paġna l-qadima għandha tinżamm mill-korp ta’ spezzjoni li oriġinarjament kienet ħarġet iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

2.5. Il-korrezzjonijiet permezz ta’ twaħħil

Mhux awtorizzat li jsir twaħħil ta’ korrezzjonijiet fuq l-entrati oriġinali jew twaħħil ta’ dettalji ulterjuri miżjuda ma’ punt.



3. SOSTITUZZJONI U ŻIEDA TA’ PAĠNI

3.1. Is-sostituzzjoni ta’ paġni

Il-paġna 1 taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna qatt ma għandha tiġi ssostitwita. Għas-sostituzzjoni ta’ paġni oħra għandhom japplikaw il-proċeduri mfissra fil-punti 2.4.2 jew fil-punt 2.4.3.



3.2. Iż-żieda ta’ paġni

Jekk ma jkunx hemm spazju biżżejjed għal entrati ulterjuri f’paġni 10, 12 jew 13 taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, jistgħu jiżdiedu paġni addizzjonali.



3.2.1. L-estensjoni/Il-konferma tal-validità

Jekk ikun hemm il-ħtieġa ta’ estensjoni ulterjuri meta ċ-ċertifikat ikun diġà ġie estiż sitt darbiet, il-kliem “Jissokta f’paġna 10a” għandu jiżdied f’qiegħ il-paġna 10, u paġna 10 oħra għandha tiġi mmarkata bħala paġna 10a u din tiddaħħal wara l-paġna 10. Imbagħad, l-entrata rispettiva ssir taħt il-punt 49 fin-naħa ta’ fuq ta’ paġna 10a. F’qiegħ il-paġna 10a, għandha ssir l-entrata “Jissokta f’paġna 11”.



3.2.2. L-estensjoni taċ-ċertifikat ta’ installazzjoni ta’ gass likwifikat

Għandha tapplika proċedura simili għall-punt 3.2.1, b’paġna 12a imdaħħla wara l-paġna 12.



3.2.3. Anness taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

F’qiegħ il-paġna 13, il-kliem “Tmiem iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna” għandu jitħassar bl-aħmar, taħt il-kliem imħassar “Jissokta f’paġna62” għandu jitħażżeż sing aħmar u wara din il-paġna tiddaħħal il-paġna numru 13a. Din l-emenda għandu jkollha timbru uffiċjali. Paġna 13 oħra għandha tiġi mmarkata bħala paġna 13a u tiddaħħal wara l-paġna 13. Id-dispożizzjonijiet tal-punti 2.2 u 2.3 japplikaw għall-paġna 13a mutatis mutandis.

Għandha tiġi applikata l-istess proċedura għal kwalunkwe anness ulterjuri (il-paġni 13b, 13c, eċċ.).

4. SPJEGAZZJONIJIET TA’ PUNTI INDIVIDWALI

Il-punti li jispjegaw ruħhom mhumiex imsemmija hawn taħt.

2. Jekk applikabbli, daħħal it-termini skont l-Artikolu 1.01. Għandhom jiddaħħlu tipi oħra ta’ bastimenti bid-desinjazzjoni komunement aċċettata tagħhom.

10. Fir-rigward ta' bastimenti li jitħallew jinnavigaw fuq ir-Renu, jiġifieri

(a) dawk li jikkonformaw b'mod sħiħ mal-Anness II, inklużi d-dispożizzjonijiet tranżitorji għall-Kapitolu 24, u

(b) dawk li ma jagħmlu ebda użu mid-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Kapitolu 24a jew it-tnaqqis previst fl-Anness IV,

dan li ġej għandu jiżdied mal-inċiż “- fuq passaġġi fuq l-ilma tal-UE fiż-żona/i”:


1   ...   19   20   21   22   23   24   25   26   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət