Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə20/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   16   17   18   19   20   21   22   23   ...   32

3. Il-kapaċità għall-ikkwartjar

Il-kapaċità għall-ikkwartjar ta’ bastimenti u konvojs li t-tul tagħhom (L) ma jaqbiżx is-86 m u l-wisa’ (B) ma jaqbiżx it-22,90 m għandha titqies suffiċjenti skont l-Artikolu 5.10, flimkien mal-Artikolu 5.02(1) meta, waqt manuvra tal-ikkwartjar għal għajn ix-xmara b’veloċità inizjali f’relazzjoni mal-ilma ta’ 13-il km fis-siegħa, tintlaħaq konformità mal-valuri tal-limitu għall-waqfien tal-bastiment iħares fid-direzzjoni tax-xmara stabbiliti fl-Istruzzjoni amministrattiva Nru 2. Għandu jkun hemm konformità wkoll mal-kundizzjonijiet tal-ispazju ħieles għall-prim skont it-Taqsima 1.1.



4. Rekwiżiti oħra

4.1. Minkejja l-punti 1 sa 3, għandhom jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għal sistemi ta’ tmun ikkontrollati manwalment, tidwira waħda tar-rota għandha tikkorrispondi għal angolu tat-tmun ta’ mill-inqas 3°;

(b) Għal sistemi ta’ tmun li jaħdmu bil-magna, meta t-tmun ikun mgħaddas kompletament, għandu jkun possibbli li tinkiseb veloċità angolari medja ta’ 4°/s fuq il-medda sħiħa tal-firxa tad-dawrien tat-tmun.

Meta l-bastiment ikun qed ibaħħar bl-akbar veloċità possibbli, dan ir-rekwiżit għandu wkoll jiġi vverifikat għaċ-ċaqliq tat-tmun fuq medda ta’ firxa minn 35° għax-xellug sa 35° għal-lemin. Barra minn hekk, għandu jiġi vverifikat jekk it-tmun iżommx il-pożizzjoni ta’ angolu massimu fil-każ ta' propulsjoni massima. Għal sistemi ta' tmun attiv jew għal tipi speċjali ta' tmun, din id-dispożizzjoni tapplika mutatis mutandis.

4.2. Jekk ikun hemm bżonn ta’ kwalunkwe tagħmir addizzjonali msemmi fl-Artikolu 5.05 sabiex jintlaħqu l-kapaċitajiet ta’ manuvrar meħtieġa, għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-kapitolu 6, u għandhom jiddaħħlu dawn il-partikolaritajiet li ġejjin taħt il-punt 52 taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna:

"Huwa meħtieġ li tmien fuq il-ġnub33/sistemi ta’ tmun fil-pruwa34/tagħmir ieħor35 imsemmija taħt il-punt 34 ikun36/ikunu37 konformi mar-rekwiżiti ta’ manuvrabbiltà fil-kapitolu 5.”»

5. Ir-reġistrazzjoni tad-dejta u r-rrappurtar

Il-kejl, ir-rappurtar u r-reġistrazzjoni tad-dejta għandhom jitwettqu skont il-proċedura stabbilita fl-Anness 2.



ANNESS 1

tal-Istruzzjoni amministrattiva Nru 1

Dijagramma tal-manuvra ta’ azzjoni evażiva



t0

=

Il-bidu tal-manuvra tal-azzjoni evażiva

t1

=

Il-ħin biex tintlaħaq il-veloċità tal-ikkwartjar r1

t2

=

Il-ħin biex tintlaħaq il-veloċità tal-ikkwartjar r2 = 0

t3

=

Il-ħin biex tintlaħaq il-veloċità tal-ikkwartjar r3

t4

=

Il-ħin biex tintlaħaq il-veloċità tal-ikkwartjar r4 = 0 (fi tmiem il-manuvra tal-azzjoni tal-evażjoni)

δ

=

Angolu tat-tmun [°]

r

=

Il-veloċità tal-ikkwartjar [°/min]

ANNESS 2

tal-Istruzzjoni amministrattiva Nru 1

Rapport dwar il-manuvra tal-azzjoni evażiva u l-kapaċità għall-ikkwartjar

Korp ta' Spezzjoni …

Data: …

Isem: …


L-isem tal-inġenju …

Sid …


It-tip tal-inġenju …

Iż-żona tal-ittestjar: …

jew il-konvoj: …

Il-livell tal-ilma rilevanti [m]: …

L × B [m × m]: …

Il-fond tal-ilma f [m]: …

Ttest [m]: …

h/T: …

Il-veloċità tal-kurrent [m/s]:

It-tagħbija: … % tal-massimu …

(waqt l-ittestjar) [t]: … piż mejjet: …

Indikatur tar-rata ta’ dawrien

Tip: …

Tip tal-istruttura tat-tmun: struttura normali/struttura speċjali38



Is-sistema ta’ tmun attiva: iva/le39

Ir-riżultati tal-manuvra tal-azzjoni evażiva:



Il-ħin

t1 sa t4 meħtieġ għall-azzjoni evażiva



L-angolu tat-tmun δ jew δ40 fejn tibda l-azzjoni evażiva

u l-veloċità tal-ikkwartjar li għandu jkun hemm konformità magħha bi r1 = r3



Kummenti




δ = 20° LEMIN41

δ = 20° XELLUG42

δ = 45 ° LEMIN43

δ = 45 ° XELLUG44




δa = … LEMIN45

δa = … XELLUG46

δa = … LEMIN47

δa = … XELLUG48

r1 = r3 (°/min)




r1 = r3 (°/min)




t1 [s]






















t2 [s]






















t3 [s]






















t4 [s]






















Il-valur tal-limitu t4 skont 2.2

Il-valur tal-limitu t4 = … [s]







Il-kapaċità għall-ikkwartjar49

Il-pożizzjoni ġeografika fil-bidu tal-manuvra tal-ikkwartjar … km

Il-pożizzjoni ġeografika fi tmiem il-manuvra tal-ikkwartjar … km

L-apparat tat-tmun

Tip ta’ agganċjamenti: manwali/bil-mutur50

L-angolu tat-tmun għal kull tidwira tar-rota51: … °

Il-veloċità angolari tat-tmun fuq il-medda tal-firxa sħiħa52: … °/s

Il-veloċità angolari tat-tmun fuq medda ta’ firxa 35° Xellug għal 35° Lemin53: … °/s

STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 2

Ir-rekwiżiti għall-veloċità (’il quddiem) preskritta, il-kapaċità għall-waqfien u l-kapaċità għall-mixi b'lura tal-bastiment

(L-Artikoli 5.06, 5.07 u 5.08 flimkien mal-Artikoli 5.02(1), 5.03(1), 5.04 u 16.06 tal-Anness II)

1. Il-veloċità (’il quddiem) preskritta massima skont l-Artikolu 5.06

Il-veloċità f’relazzjoni mal-ilma hi sodisfaċenti skont l-Artikolu 5.06(1) meta tilħaq tal-inqas 13 km/h. Matul l-ittestjar, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin bl-istess mod kif għandu jsir fl-ittestjar tal-waqfien:

(a) għandu jkun hemm konformità mal-ispazju ħieles għall-prim stabbilit fil-punt 2.1;

(b) għandhom jitwettqu l-kejl, id-dokumentazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-valutazzjoni tad-dejta tat-testijiet.



2. Il-kapaċità għall-waqfien u l-kapaċità għall-mixi b'lura tal-bastiment preskritti skont l-Artikoli 5.07 u 5.08

2.1. Il-bastimenti u l-konvojs jitqiesu li huma kapaċi jieqfu f'ħin tajjeb waqt li jkunu jbaħħru fid-direzzjoni tax-xmara skont l-Artikolu 5.07(1) meta jkun hemm prova ta' dan waqt ittestjar ta’ waqfien f’relazzjoni mal-art tħares fid-direzzjoni tax-xmara b’veloċità inizjali f’relazzjoni mal-ilma ta’ 13-il km fis-siegħa, bi spazju ħieles għall-prim ekwivalenti għal tal-inqas 20 % tal-pixka imma mhux inqas minn 0,50 m.

(a) Meta l-ilma jkun qed jofrogħ (veloċità tal-kurrent ta' 1,5 m/s), id-dimostrazzjoni tal-waqfien f’relazzjoni mal-ilma għandha ssir fuq medda ta’ distanza massima mkejla f’relazzjoni mal-art ta’:

550 m għal bastiment u konvojs ta’:



  • tul L > 110 m jew

  • wisa’ B > 11,45 m

jew

480 m għal bastiment u konvojs ta’:



  • tul L ≤ 110 m u

  • wisa’ B ≤ 11,45 m.

Il-manuvra tal-waqfien tiġi fi tmiemha meta tkun twettqet waqfa f’relazzjoni mal-art.

(b) Meta l-ilma jkun qiegħed (veloċità tal-kurrent ta’ inqas minn 0,2 m/s), id-dimostrazzjoni tal-waqfien f’relazzjoni mal-ilma għandha ssir fuq medda ta’ distanza massima mkejla f’relazzjoni mal-art ta’:

350 m għal bastiment u konvojs ta’:


  • tul L > 110 m jew

  • wisa’ B > 11,45 m

jew

305 m għal bastiment u konvojs ta’:



  • tul L ≤ 110 m u

  • wisa’ B ≤ 11,45 m.

F’ilma qiegħed għandu jitwettaq ittestjar ukoll biex jiġi ppruvat li tista’ tintlaħaq veloċità ta’ mhux anqas minn 6,5 km fis-siegħa meta jkun miexi b'lura.

Il-kejl, id-dokumentazzjoni u r-reġistrazzjoni tad-dejta tal-ittestjar imsemmija f’(a) jew (b) għandhom isiru skont il-proċedura stabbilita fl-Appendiċi 1.

Waqt il-perjodu kollu tal-ittestjar, il-bastiment jew il-konvoj għandu jkollhom manuvrabbiltà xierqa.

2.2. Skont l-Artikolu 5.04, waqt l-ittestjar, il-bastimenti għandhom jitgħabbew kemm jista’ jkun qrib is-70 % sal-100 % tal-piż mejjet tagħhom. Din il-kundizzjoni ta’ tagħbija għandha tiġi evalwata skont l-Appendiċi 2. Meta, waqt l-ittestjar, it-tagħbija tal-bastiment jew il-konvoj tkun inqas minn 70 %, l-ispostament massimu awtorizzat waqt tbaħħir fid-direzzjoni tax-xmara għandu jiġi stabbilit skont it-tagħbija attwali, sakemm ikun hemm konformità mal-valuri tal-limitu msemmija fil-punt 2.1.

2.3. Jekk il-valuri attwali tal-veloċità inizjali u l-veloċità tal-kurrent waqt il-ħin tal-ittestjar ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.1, ir-riżultati miksuba għandhom jiġu vvalutati skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2.

Id-devjazzjoni awtorizzata tal-veloċità inizjali ta’ 13-il km fis-siegħa ma għandhiex tkun aktar minn + 1 km fis-siegħa u l-veloċità tal-kurrent f’ilma jofrogħ għandha tkun bejn 1,3 u 2,2 m/s, inkella t-testijiet ikollhom jerġgħu jsiru.

2.4. L-ispostament massimu awtorizzat jew it-tagħbija massima rispettiva jew is-sezzjoni trażversali massima taħt l-ilma għal bastimenti u konvojs li jkunu jbaħħru fid-direzzjoni tax-xmara għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-ittestjar u d-dejta titniżżel fiċ-Ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Appendiċi 1

tal-Istruzzjoni amministrattiva Nru 2

KEJL, DOKUMENTAZZJONI U REĠISTRAZZJONI TA’ DEJTA MIĠBURA WAQT L-ITTESTJAR TAL-MANUVRA TAL-WAQFIEN

1. Il-manuvra tal-waqfien

Il-bastimenti u l-konvojs imsemmija fil-Kapitolu 5 għandhom iwettqu testijiet f’ilma jofrogħ jew f’ilma qiegħed, f’żona tal-ittestjar, biex jiġi ppruvat li għandhom il-kapaċità li jieqfu huma u jbaħħru fid-direzzjoni tax-xmara bis-saħħa tal-propulsjoni tagħhom biss mingħajr ma jużaw l-ankri. Bħala prinċipju, il-manuvra tal-waqfien għandha titwettaq skont kif jidher fil-figura 1. Il-manuvra tibda meta l-bastiment ikun qed ibaħħar f'veloċità kostanti qrib it-13-il km fis-siegħa kemm jista' jkun possibbli f'relazzjoni mal-ilma billi jirriversja l-magni minn 'il quddiem' għal 'lura' (il-punt A tal-ordni 'waqfien') u tispiċċa meta l-bastiment ikun wieqaf f'relazzjoni mal-art (il-punt E: v = 0 f’relazzjoni mal-art jew il-punt D: = il-punt E: v = 0 f'relazzjoni mal-ilma u f'relazzjoni mal-art jekk il-manuvra tal-waqfien titwettaq f'ilma qiegħed).

Meta l-manuvri tal-waqfien jitwettqu f’ilma jofrogħ, il-pożizzjoni u l-mument tal-waqfien f’relazzjoni mal-ilma għandhom jiġu rreġistrati wkoll (il-bastiment ibaħħar bil-veloċità tal-kurrent; il-punt D: v = 0 f’relazzjoni mal-ilma).

Id-dejta mkejla għandha tidħol f’rapport kif muri fid-dijagramma tat-tabella 1. Qabel ma titwettaq il-manuvra tal-waqfien, id-dejta li ma tinbidilx għandha tiddaħħal fin-naħa ta’ fuq tal-formola.

Għandha tiġi ddeterminata l-veloċità medja tal-kurrent (vSTR) fiż-żona navigabbli, jekk disponibbli, fuq il-bażi tal-qari ta’ indikatur stabbilit tal-livell tal-ilma jew permezz tal-kejl tal-moviment ta’ oġġett li jżomm f’wiċċ l-ilma u r-riżultat għandu jiddaħħal fir-rapport.

Bħala prinċipju, l-użu ta’ miters għall-kejl tal-kurrent huwa permess biex tiġi ddeterminata l-veloċità tal-bastiment f’relazzjoni mal-ilma waqt il-manuvra tal-waqfien, jekk ikun possibbli li l-moviment u d-dejta meħtieġa jiġu rreġistrati skont il-proċedura mfissra aktar ’il fuq.



2. Id-dokumentazzjoni tad-dejta mkejla u r-reġistrazzjoni tagħha fir-rapport (it-tabella 1)

Għall-manuvra tal-waqfien, qabel xejn għandha tiġi ddeterminata l-veloċità inizjali f’relazzjoni mal-ilma. Dan jista’ jsir permezz tal-kejl tal-ħin li jittieħed fi vjaġġ bejn żewġ markaturi fuq l-art. F'ilma jofrogħ, għandha titqies il-veloċità medja tal-kurrent.

Il-manuvra tal-waqfien jibda bl-ordni “waqfien”A, li tingħata hekk kif jinqabeż markatur fuq l-art. Il-qbiż tal-markatur fuq l-art għandu jiġi rreġistrat b'mod perpendikulari għall-assi tal-bastiment u r-riżultat għandu jiddaħħal fir-rapport. Il-qbiż tal-markaturi fuq l-art l-oħra kollha matul il-manuvra tal-waqfien għandhom jiġu rreġistrati bl-istess mod u kull markatur (pereżempju, l-arblu li jimmarka kilometru) u l-ħin meta jinqabeż għandhom jiġu nnutati fir-rapport.

Jekk ikun possibbli, il-valuri mkejla għandhom jiġu rreġistrati f’intervalli ta’ 50 m. Fejn possibbli, f’kull każ għandha tittieħed nota tal-ħin meta jintlaħqu l-punti B u C kif ukoll il-punti D u E u għandha tiġi stmata l-pożizzjoni rispettiva. Id-dejta dwar il-veloċità tal-magna ma għandhiex għalfejn tiġi rreġistrata fir-rapport, imma għandha tiġi nnutata biex ikun jista’ jsir kontroll aktar preċiż tal-veloċità inizjali.



3. Id-deskrizzjoni tal-manuvra tal-waqfien

Il-manuvra tal-waqfien skont l-illustrazzjoni 1 għandha tiġi ppreżentata fil-forma ta’ dijagramma. L-ewwel nett, id-dijagramma 'time-traverse' għandha tiġi pplottjata bil-kejl li jiddaħħal fir-rapport tat-test u għandhom jiġu indikati l-punti A sa E. Imbagħad ikun possibbli li tiġi determinata l-veloċità medja bejn iż-żewġ punti ta' kejl u li tiġi pplottjata d-dijagramma tal-veloċità/ħin.

Dan isir kif ġej (ara l-figura 1):

Meta jiġi ddeterminat l-kwozjent tad-differenza tal-pożizzjoni fuq id-differenza fil-ħin Δs/Δt, tkun tista’ tiġi kkalkulata l-veloċità medja tal-bastiment għal dan il-perjodu.



Eżempju:

Matul l-intervall bejn 0 sek. u 10 sek., tiġi koperta distanza minn 0 m sa 50 m.

Δs/Δt = 50 m/10 s = 5,0 m/s = 18,0 km fis-siegħa.

Dan il-valur jiddaħħal bħala l-veloċità medja fil-pożizzjoni-abscissa ta’ 5 sek. Matul it-tieni interval, minn 10 sek. sa 20 sek., tiġi koperta distanza ta’ 45 m.

Δs/Δt = 45 m/10 s = 4,5 m/s = 16,2 km fis-siegħa.

Meta jkun wasal sal-markatur D, il-bastiment ikun f’pożizzjoni wieqfa f’relazzjoni mal-ilma, jiġifieri, il-veloċità tal-kurrent tkun bejn wieħed u ieħor 5 km fis-siegħa.



Figura 1

Il-manuvra tal-waqfien



Tifsira tas-simboli li jidhru fil-figura 1



A




l-ordni “waqfien”

B




jintefa l-iskrun

C




l-iskrun bir-rivers

D




v = 0 f’relazzjoni mal-ilma

e




v = 0 f’relazzjoni mal-art

v




il-veloċità tal-bastiment:

vL




v f’relazzjoni mal-art

s




distanza koperta f’relazzjoni mal-art

t




ħin imkejjel

Tabella 1

Ir-rapport dwar il-manuvra tal-waqfien



Il-korp ta' Spezzjoni



It-tip ta’ bastiment jew konvoj:



Iż-żona tal-ittestjar:



L × B [m]:



Il-qari tal-indikatur tal-livell tal-ilma

m



Data:



T meta sar l-ittestjar [m]:



Fond tal-ilma

m



Isem:



Tagħbija meta sar l-ittestjar [t]:



Pendil

[m/km]:



Implimentazzjoni tat-test Nru:



% tal-piż mejjet



VSTR

[km/h]:









Is-saħħa tal-magni tal-propulsjoni PB [kW]



[m/s]:









Is-sistema tal-propulsjoni skont l-Anness 2, it-tabella 2:



L-ispostament massimu

[m3]:





Pożizzjoni

[xmara-km]



Il-ħin

[sek.]


Δs

m


Δt

[sek.]


vIL

[km fis-siegħa]



Veloċità tal-magna n

[min–1]



Osservazzjonijiet










































































































Appendiċi 2
tal-Istruzzjoni amministrattiva Nru 2

1   ...   16   17   18   19   20   21   22   23   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət