Ana səhifə

Id-dwell fi żmien il-Ħakma ingliżA


Yüklə 10.92 Kb.
tarix18.07.2016
ölçüsü10.92 Kb.
Joseph Serracino jikteb dwar:

ID-DWELL FI ŻMIEN Il-ĦAKMA INGLIŻA



It-Tielet Parti

L-istoriċi jsostnu li l-kawża prinċipali ta’ kull inkwiet li finalment kienet twassal għad-dwell tiffokka l-aktar fuq it-tkasbir ta’ l-unur individwali jew ġieħ il-familja. Matul din il-kitba, għidt kemm-il darba li l-unur minn dejjem kien jitqies bħala l-bażi li fuqu titkejjel ir-reputazzjoni ta’ kull individwu, u kemm is-sinjur kif ukoll il-fqir kienu jitqatlu biex iżommuh intatt u mhux mittiefes minn xi għajb li jista’ jitfa’ dell ikrah fuqhom jew il-familja tagħhom. Ovvjament l-unur jiġbor fih il-kwalitajiet sbieħ li jagħmlu lill-bniedem komplut bħalma huma l-ġieħ, l-onesta’, il-karattru tajjeb u finalment il-qagħda soċjali tiegħu fil-komunita’ ta’ madwaru.

Ħafna mill-użanzi tagħna l-Maltin kif ukoll dawk barranin huma magħġunin intimament mal-familja. Ħafna minn dawn l-użanzi jagħtuna stampa reali kemm l-antenati tagħna, irrispettivament il-qagħda soċjali tagħhom, kienu jgħożżu l-ġieħ tal-familja u kemm kienu jeħduha bi kbira meta xi ħadd jipprova jtebbagħlhom jew ikasbrilhom l-unur tagħhom.

Każ li kien jinvolvi fih qtil bid-dwell minħabba ġieħ ta’ familja ġara fil-Karnival tas-sena 1842. Ħames fizzjali Ingliżi bdew jissuttaw bil-perlini lill-membri tal-familja ta’ Ingliż li kien ilu jgħix Malta madwar għoxrin sena. Xi ħbieb tal-familja marru jgħidu lill-missierhom, u dan bis-sabar kollu ħadhom id-dar. .

Wara li wassal lit-tfal id-dar, Levick mar ifittex lill-ħabib tiegħu Toni Mattei li kien tenent tar-Riġment tal-Maltin u għarrfu bil-ġrajja kollha. Hawnhekk huwa talbu biex imur isib lill-fizzjal li nsolenta lil bintu u jitolbu sodisfazzjon. Sadanitant il-fizzjal Adams mar ikellem lill-kaptan Jeffries tar-Riġment Connought Rangers, u dik il-lejla stess, Jeffries kiteb biljett lil Levick u talbu biex jiltaqa’ miegħu l-għada filgħodu għax xtaq ikellmu. Għal xi raġuni Levick ma xtaqx li jmur u reġa’ talab lil Toni Mattei biex imur hu minfloku, bil-kundizzjoni li Adams jitlob maħfra ta’ kull ma għamel. Din il-kwistjoni wasslet biex finalment isir id-dwell bejn Adams u Levick dak in-nhar stess wara nofs in-nhar fl-qrib il-Forti Rikażli.

L-armi kienu pistoli. L-protagonisti ħadu posthom u mas-sinjal tal-kaptan Jeffries ippuntaw il-pistoli lejn xulxin u sparaw tir.

Ironikament l-isem tal-vapur Amerikan La Salle li kien ħa sehem fil-gwerra ta’ l-Iraq ifakkarni żewġ każi ta’ dwell li seħħu f’Malta fil-bidu tas-seklu dsatax fejn fihom it-tnejn kienu nvoluti baħrin Amerikani. Jidher ċar li fil-konflitt li kellhom l-Amerikani mal-Libjani madwar mitejn sena ilu, il-Port il-Kbir kien qed intuża’ bħala bażi għall-bastimenti Amerikani. Kien proprju fi żmien dan il-konflitt ( 17 ta’ Mejju 1803 ) li t-tenenti Vandyke u Osborne niżlu l-art biex jissettiljaw il-kwistjoni li kellhom bejniethom bi dwell. Intużaw pistoli f’dan id-dwell. Wara erba’ ‘rounds’ it-tenent Vandyke ġie ferut f’koxxtu u miet tliet ġimgħat wara. Fl-istess żmien sar dwell ieħor bejn Ingliż li kien jgħix Malta u Amerikan, bl-Ingliż jitlef ħajtu f’dan id-dwell.

U bid-dwell bejn Ingliż u Amerikan nagħlaq din is-sensiela qasira dwar din id-drawwa li ħasdet bosta vittmi u ħalliet biss niket warajha. Kienet drawwa li ħafna kavallieri tul 268 sena tal-ħakma ta’ l-Ordni fuq pajjiżna, kif ukoll wara, membri tal-militar fiż-żmien il-ħakma Ingliża nqdew bil-maskra ta’ l-irġulija u bl-abbilta’ fl-użu ta’ l-armi biex jaqtgħu l-għatx tal-vendetta tagħhom.


B’danakollu, għalkemm xi wħud mill-kavallieri kellhom in-nuqqasijiet tagħhom, irridu nammettu, li l-istorja glorjuża ta’ l-Ordni mhux biss żejnet l-istorja ta’ gżiritna iżda ħalliet patrimonju kbir warajha. Waqt li l-bosta drawwiet sbieħ li ġabu magħhom il-kavallieri maż-żmien integraw mat-tradizzjonijiet tagħna u għadna sal-lum ingawduhom, sfortunatment issib oħrajn, fosthom din id-drawwa tad-dwell, li forsi f’għajnejna ħafna drabi tasal biex iċċajpar l-immaġini tal-kavallieri, u forsi tasal ukoll biex tnessina l-fatt li bosta membri ta’ l-Ordni qdew dmirhom b’reqqa kbira u rrispettaw il-voti tagħhom tul ħajjithom kollha.

Finalment tajjeb li wieħed ifakkar ukoll, li fil-bidu tas-seklu għoxrin f’bosta pajjiżi Ewropew id-dwell ġie abolit u meqjus bħala offiża kriminali. Jista’ jagħti l-każ li t-taqlib soċjali li beda jsir f’bosta’ pajjiżi, il-liġijiet ħorox u l-penali tal-mewt f’każi tad-dwell, id-diżapprovazzjoni ġenerali ta’ ħafna u ħafna soċjetajiet madwar id-dinja kollha kif ukoll il-waqgħa mis-setgħa tal-monarkija u l-aristokrazija f’diversi pajjiżi kienu il-fatturi li għenu ħafna biex taw id-daqqa tal-mewt lil din id-drawwa misħuta.

Riferenzi:

Guże Gatt: Id-dwell f’Malta fi żmien l-Ordni ( l-ewwel parti) Il-Malti 1925 ; Id-dwell f’Malta fi żmien l- Ordni ( it-tieni u t-tielet parti ) Il-Malti 1926; Id-dwell f’Malta fi żmien l-Ingliżi ( l-ewwel u t-tieni parti ) Il-Malti 1927; Id-dwell f’Malta fi żmien l-Inglizi Il-Malti 1929.



Giovanni Bonello: ‘ Duelling in Malta’ The Sunday Times: October 1, 2000; October 8, 2000; October 15, 2000.

Robert Attard: ‘ 200 years ago Malta was a US naval base’ The Sunday Times, April 1, 2001 P. 65


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət