Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə22/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   18   19   20   21   22   23   24   25   ...   32

5. Iż-żieda possibbli ta’ Dactual f’navigazzjoni fid-direzzjoni tax-xmara

(sstandard)Limit = smeasured · (((sreference)Limit)/sactual) = 550 m

(sreference)Limit = 550 · (sactual/smeasured) = 550 · (303,4/340) = 490,8 m

B’sIIreference = Constantreference · D skont in-nota taħt il-punt 4.2

(sreference)Limit = (sIreference + sIIreference)Limit = sIreference + 0,0472 · (Dreference)Limit

Għalhekk


(Dreference)Limit = ((sreference)LimitsIreference)/0,0472 = (490,8 – 77,5)/0,0472 = (8756m3)

Minn dan isegwi li:

Billi (Dreference)Limit > Dmax (8756 > 6474) din il-formazzjoni (ara l-punt 1) tista’ tiġi permessa f'navigazzjoni fid-direzzjoni tax-xmara b’tagħbija sħiħa.

EŻEMPJU II

1. Id-dejta tal-bastimenti u l-konvoj

Formazzjoni: propulsjoni ta’ bastiment bil-mutur kbir

2 ċattri waħda ma’ ġenb l-oħra fuq quddiem u

ċattra (1) waħda gganċjata b’mod parallel






L [m]

B [m]

T max [m]

Dwt55max [t]

D max [m3]

PB [kW]

Bastiment bil-magna

110

11,4

3,5

2900

3731

1500

Kull ċattra

76,5

11,4

3,7

2600

2743



Konvoj

186,5

22,8

3,7

10700

11960

1500

Sistema ta’ propulsjoni ta’ bastiment bi propulsjoni awtonoma: żennuniet ta’ propulsjoni moderni bi truf fuq wara ttundjati.

2. Il-valuri mkejla waqt il-manuvra tal-waqfien

Veloċità tal-kurrent:

vSTRactual

=

1,4 m/s



5,1 km fis-seigħa

Il-veloċità tal-bastiment (f’relazzjoni mal-ilma):

VSactual

=

3,5 m/s



12,5 km fis-seigħa

Il-veloċità tal-bastiment (f’relazzjoni max-xatt)

VLactual

=

4,9 m/s



17,6 km fis-seigħa

Ħin tat-treġġigħ lura (imkejjel) (mill-punt A sa C):

tI

=

16-il sek







Id-distanza ta’ waqfien f’relazzjoni mal-ilma: (mill-punt A sa D)

smeasured

=

580 m







Il-kundizzjoni tat-tagħbija (possibbilment stmata):

Dactual

=

9568, EN 3 :



0,8 Dmax

Il-fundar attwali tal-konvoj:

Tactual

=

2,96 m



0,8 Tmax

3. Il-valur tal-limitu skont il-paragrafu 2.1(a) jew (b) tal-Istruzzjoni amministrattiva li trid titqabbel ma’ sstandard

Billi B > 11,45 u l-konvoj qiegħed f’ilma jofrogħ, il-formula li ġejja tapplika għal dan il-konvoj skont il-punt 2.1(a):



sstandard ≤ 550 m

4. Id-determinazzjoni tad-distanza ta’ waqfien ikkoreġuta mqabbla mal-kundizzjonijiet standard

Il-valur imkejjel:

smeasured = 340 m

il-kalkoli li jridu jsiru:

sactual bħala s-somma ta’


sIactual




(skont il-formula 4.1 tal-Appendiċi 2 b'VLactual)

u

sIIactual




(skont il-formuli 4.2, 4.3, 4.4, 4.5 u 4.6 tal-Appendiċi 2 bil-veloċitajiet reali vLactual (ara taħt 2 hawn fuq) u Dactual)

sreference: sum sIreference + sIIreference




(skont il-formuli 4.1 sa 4.6 tal-Appendiċi 2 b’veloċitajiet ta’ referenza u f’konformità mal-Appendiċi 2, għaliex il-kundizzjoni tat-tagħbija > 70 % tal-massimu, fejn Dreference = Dactual u Treference = Tactual)

għandha tiġi vverifikata:

sstandard = smeasured · (sreference/sactual) ≤ 550 m, inkella

ikkalkula:

s* standard = 550 m bi tnaqqis ta' Dactual to D*

4.1. Il-koefficjenti għall-kalkolu skont l-Appendiċi 2

Tabella 1



għal sIactual u sIreference

k1

=

0,95

għal sIactual u sIreference

k2

=

0,12




k3

=

1,15




k4

=

0,48




k5

=

0,85




k7

=

0,55

Tabella 2 (għaż-żennuniet ta’ propulsjoni moderni bit-truf ta’ wara ttundjati)

f = 0,118

4.2. Il-kalkolu ta' sIactual

(a)sIactual Bl-uu tal-valuri mkejla matul il-manuvri tal-waqfien

sIactual = k1 · vLactual · tIactual

sIactual = 0,95 · 4,8 · 16 = 73 m

(b) il-formula għal sIIactual

sIIactual = k2 · v2IIactual · ((Dactual · g)/(k3 · FPOR + RTmIIactualRG)) · (k4 +(vSTRactual/vIIactual))

(c) Il-kalkolu għal RTmIIactual skont it-tabella 3 u l-formula 4.3 tal-Appendiċi 2

Dactual1/3 = 95681/3 = 21,2 [m]

Dactual1/3 · (B + 2 · Tactual) = 21,2 · (22,8 – 5,92) = 609 [m2]

skont it-tabella 3 (RT/v2) = 14,0 [(kN · s2)/(m2)]

vLactualvSTRactual = 4,8 – 1,4 = 3,4 m/s

RTmIIactual = (RT/v2) · (k7 · k6 · (vLactualvSTRactual))2 = 14,0 · (0,55 · 0,85 · 3,4)2 = 35,4[kN]

(d) Il-kalkolu tar-reżistenza minħabba l-pendil RG skont il-formula 4.4 tal-Appendiċi 2.

RG = 10-6 · (0,16 · Dactual · ρ · g) = 10-6 · (0,16 · 9568 · 1000 · 9,81) = 15,02[kN]

(e) Il-kalkolu ta’ vIIactual skont il-formula 4.5 tal-Appendiċi 2

vIIactual = k6 · (vLactual · vSTRactual) = 2,89[m/s]

v2IIactual = 8,35[m/s]2

(f) Il-kalkolu ta’ FPOR skont il-formula 4.6 u t-tabella 2

FPOR = 0,118 · 1500 = 177[kN]

(g) Il-kalkolu ta’ sIIactual bl-użu tal-formula (b) u r-riżultat ta’ (c), (d), (e) u (f)

SIIactual = ((0,12 · 8,35 · 9,81 (0,48 + (1,4/2,89)))/(1,15 · 177 + 35,4 – 15,02)) · 9568

SIIactual = 402 m

(h) Il-kalkolu tad-distanza totali skont il-formula 3.1

sactual = 73 + 402 = 475 m

4.3. Il-kalkolu ta' sreference

Il-valuri inizjali:


VSTRreference = 1,5 m/s ≈ 5,4 km/h

Dreference = Dactual = 9568m3

VSreference = 3,6 m/s ≈ 13 km/h

Treference = Tactual = 2,96 m

VLreference = 5,1 m/s ≈ 18,4 km/h




(a)SIreference = k1 · vLreference · t1

SIreference = 0,95 · 5,1 · 16 = 77, 50 m

(b)SIIreference = k2 · vIIreference2 · ((Dreference · g)/(k3 · FPOR + RTmIIreferenceRG)) · (k4 + (vSTRreference/vIIreference))

(c) Il-kalkolu ta’ RTmIIreference

(RT/v2 = 14,0[(kN · s2)/m2]) bħal taħt il-punt 4.2 peress li B, D u T mhumiex mibdula

vLreferencevSTRreference = 3,6 [m/s]

RTmIIreference = 14,0 · (0,55 · 0,85 · 3,6)2 = 39,6[kN]

(d) Ir-reżistenza dovuta għall-pendil RG bħal taħt il-punt 4.2

(e) Il-kalkolu ta’ vIIreference

vIIreference = 0,85 · 3,6 = 3,06[m/s], vIIreference2 = 9,36 [m/s]2

(f)FPOR bħal taħt il-punt 4.2

(g) Il-kalkolu ta’ SIIreference bl-użu tal-formula (b) u r-riżultati ta' (c) sa (f)

SIIreference = ((0,12 · 9,36 · 9,81 · (0,48 + (1,5/3,06)))/(1,15 · 177 + 39,6 – 15,02)) · 9568


SIIreference =

0,04684

· 9568 = 448 m

reference kostanti

(h) Il-kalkolu tad-distanza totali

Sreference = SIreference + SIIreference = 77,5 + 448 = 525,5 m

4.4. Il-verifika tal-konformità ma’ distanza ta’ waqfien permissibbli skont il-kundizzjonijiet standard Sstandard

skont il-formula 2.1 tal-Appendiċi 2



Sstandard = Smeasured · (Sreference/Sactual) = 580 · (525,5/475) = 641 m > 550 m

Konklużjoni: Huwa evidenti li l-valur tal-limitu nqabeż; l-ammissjoni għal navigazzjoni fid-direzzjoni tax-xmara hi possibbli biss b’restrizzjoni fuq it-tagħbija. Din it-tagħbija ristretta tista’ tiġi ddetermina f’konformità man-Nru 5 hawn taħt.

5. D* permissibbli f’navigazzjoni fid-direzzjoni tax-xmara skont il-formula 2.1 tal-Appendiċi 2

Sstandard = Smeasured · (Sreference*/Sactual) = 550 m

Għalhekk:



Sreference* = 550 · (Sactual/Smeasured) = SIreference + SIIreference*

SIIreference* = Constantreference · D* = 0,04684 · D*

D* = ((550 · (475/580) – 77,5)/0,04684) = 7950[m3]

Konsegwenza: Peress li fin-navigazzjoni fid-direzzjoni tax-xmara l-ispostament permess D* huwa biss 7950 m3, il-piż mejjet (perm. Dwt) f’din il-formazzjoni hu, bejn wieħed u ieħor:

(perm.Dwt./max.Dwt.) = (D*/Dmax) = (7950/11960) = 0,66

Piż mejjet permissibbli (ara l-punt 1)

0,66 · 10700 = 7112 t



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 3

Ir-rekwiżiti għas-sistemi tal-igganċjar u l-apparat tal-igganċjar għal inġenji addattati biex isuqu jew jinsaqu f'muntaġġ riġidu

(l-Artikoli 16.01, 16.02, 16.06, 16.07 tal-Anness II)

Flimkien mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 16 tal-Anness II, għandhom jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regolamenti tal-awtorità tan-navigazzjoni fl-Istati Membri.



1. Ir-rekwiżiti ġenerali

1.1. Kull sistema tal-igganċjar għandha tiggarantixxi l-igganċjar riġidu tal-inġenji kollha f'konvoj, jiġifieri taħt kundizzjonijiet operattivi previsti l-apparat tal-igganċjar ma jippermettix moviment lonġitudinali jew tranżversali bejn il-bastimenti, sabiex il-muntaġġ ikun jista’ jitqies bħala “unità nawtika”.

1.2. Is-sistema tal-igganċjar u l-komponenti tagħha għandhom ikunu jistgħu jintużaw faċilment u b'mod sikur, biex l-inġenji jkunu jistgħu jiġu gganċjati malajr u mingħajr periklu għall-persunal.

1.3. Il-forzi ġġenerati mill-kundizzjonijiet operattivi previsti għandhom jiġu assorbiti u trażmessi b'mod sikur għal ġewwa l-istruttura tal-bastiment permezz tas-sistema tal-igganċjar u l-komponenti tagħha.

1.4. Għandu jkun disponibbli għadd suffiċjenti ta' punti tal-igganċjar.

2. Il-forzi tal-igganċjar u d-dimensjonar tal-apparat tal-igganċjar

Id-daqs tal-apparat tal-igganċjar tal-konvojs u l-formazzjonijiet tal-bastimenti li jridu jiġu awtorizzati għandhom jitkejlu sabiex jiġu ggarantiti livelli suffiċjenti ta' sikurezza. Din il-kundizzjoni titqies li tkun ġiet issodisfata jekk il-forzi tal-igganċjar iddeterminati skont il-punti 2.1, 2.2 u 2.3 jiġu kkunsidrati bħala s-saħħa tensili għall-fini tad-dimensjonar tal-komponenti tal-igganċjar.

2.1. Il-punti tal-igganċjar bejn ċattri li jimbuttaw u ċattri mbuttati jew inġenji oħra:

FSB = 270 · PB · (LS/Bs) · 10–3[kN]

2.2. Il-punti tal-igganċjar bejn bastiment bil-mutur li jimbotta u inġenju mbuttat:



FSF = 80 · PB · (LS/hK) · 10–3[kN]

2.3. Il-punti tal-igganċjar bejn inġenji mbuttati:



FSL = 80 · PB · (L′S/h′K) · 10–3[kN]Valur ta’ 1200 kN huwa meqjus bħala suffiċjenti għall-forza massima tal-igganċjar għal inġenju li jimbotta fil-punt tal-igganċjar bejn l-ewwel inġenju mbuttat u l-inġenju gganċjat quddiemu, ukoll jekk il-formula fil-punt 2.3 tipproduċi valur ogħla.

Għall-punti tal-igganċjar tal-konnessjonijiet lonġitudinali l-oħra kollha bejn l-inġenji mbuttati, id-dimensjonar tal-apparat tal-igganċjar għandu jkun ibbażat fuq il-forza tal-igganċjar iddeterminata skont il-formula fil-punt 2.3.



Fejn:


FSB, FSF, FSL [kN]




Il-forza tal-igganċjar tal-konnessjoni lonġitudinali;

PB [kW]




Il-qawwa installata tal-magna tal-propulsjoni;

LS [m]




Id-distanza mill-poppa tal-inġenju li jimbotta jew tal-inġenju imbuttat sal-punt tal-igganċjar;

L'S [m]




Id-distanza mill-poppa tal-inġenju li jimbotta sal-punt tal-igganċjar bejn l-ewwel inġenju mbuttat u l-inġenju gganċjat quddiemu;

hK, h'K [m]




Id-driegħ tal-lieva rispettiva tal-konnessjoni lonġitudinali;

BS [m]




Il-wisa’ tal-inġenju li jimbotta;

270 u 80 [kN/kW]




Il-valuri stabbiliti empirikament għall-konverżjoni tal-qawwa installata fi propulsjoni filwaqt li jiġu żgurati livelli xierqa ta’ sikurezza.

2.4.1. Għall-igganċjar lonġitudinali ta’ inġenju individwali għandhom jintużaw mill-inqas żewġ punti tal-igganċjar. Id-daqs ta’ kull punt tal-igganċjar għandu jitkejjel għall-forza tal-igganċjar iddeterminata skont il-punti 2.1, 2.2 jew 2.3. Jekk jintużaw komponenti tal-igganċjar riġidi, jista’ jiġi awtorizzat punt tal-igganċjar uniku jekk dan il-punt jiżgura konnessjoni tal-inġenju sikura.

Is-saħħa tensili tal-kejbils għandha tingħażel skont l-għadd previst ta’ tidwiriet. Ma għandux ikun hemm aktar minn tliet tidwiriet fil-punt tal-igganċjar. Il-kejbils għandhom jingħażlu skont l-użu li għalihom ikunu maħsuba.

2.4.2. Fil-każ ta’ rimonkjaturi li jimbuttaw b’ċattra mbuttata unika, tista’ tintuża l-formula fil-punt 2.2 biex tiġi ddeterminata l-forza tal-igganċjar jekk dawn ir-rimonkjaturi tal-imbuttar ikunu ġew awtorizzati biex jimbuttaw diversi ċattri bħal dawn.

2.4.3. Għandu jkun hemm disponibbli għadd suffiċjenti ta’ bolardi jew apparat ekwivalenti li jkunu kapaċi jassorbu l-forzi tal-igganċjar li jinqalgħu.



3. Rekwiżiti speċjali għall-igganċjar artikolat

L-igganċjar artikolat għandu jitfassal sabiex jiġi żgurat ukoll l-igganċjar riġidu bejn l-inġenji. Waqt it-testijiet tan-navigazzjoni għandha tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 5 b’konvoj riġidu skont l-Artikolu 16.06.

L-unità tat-tħaddim tal-igganċjar artikolat għandha tippermetti riżultat sodisfaċenti mill-pożizzjoni artikolata. Ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6.02 sa 6.04 għandhom jiġu applikati mutatis mutandis, u għaldaqstant, meta tintuża unità tat-tħaddim li topera bl-enerġija, għandu jkun hemm disponibbli it-tieni unità tat-tħaddim u sors ta' enerġija indipendenti biex jintużaw f'każ ta’ ħsara.

Għandu jkun hemm il-possibbiltà li l-igganċjar artikolat jiġi operat u ssorveljat (almenu l-moviment artikolat tiegħu) minn ġewwa l-kabina tat-tmunier, u r-rekwiżiti tal-Artikoli 7.03 u 7.05 għandhom jiġu applikati mutatis mutandis.



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 4

L-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tranżitorji

(il-Kapitoli 15 sa 22b, il-Kapitolu 24 u l-Kapitolu 24a tal-Anness II)

  1. L-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tranżitorji fit-tagħqid flimkien ta' partijiet tal-inġenji

    1. Il-prinċipji

Meta jingħaqdu flimkien partijiet ta' bastimenti differenti, il-protezzjoni ta' status quo għandha tingħata biss għall-partijiet li jappartjenu għall-bastiment li jżomm iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tiegħu. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tranżitorji jistgħu jiġu invokati biss għal dawk il-partijiet. Il-partijiet l-oħra għandhom jiġu ttrattati bħala bastiment mibni ġdid.

    1. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji fid-dettall

1.2.1. Meta jingħaqdu flimkien partijiet ta' bastimenti differenti, id-dispożizzjonijiet tranżitorji jistgħu jiġu invokati biss għal dawk il-partijiet li jappartjenu għall-bastiment li jżomm iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tiegħu.

1.2.2 Il-partijiet li ma jappartjenux għall-bastiment li jżomm iċ-ċertifikat tal-bastiment tiegħu għandhom jiġu ttrattati bħala inġenju mibni ġdid.

1.2.3 Wara li bastiment kellu parti minn bastiment ieħor magħquda miegħu, tal-ewwel għandu jirċievi n-numru Ewropew ta' identifikazzjoni tal-bastimenti tal-inġenju, li jżomm iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tiegħu bħala l-inġenju konvertit.

1.2.4 Meta jinżamm ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna eżistenti jew jinħareġ ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ġdid għal inġenju wara l-konverżjoni, għandha tiddaħħal ukoll is-sena ta' kostruzzjoni tal-eqdem parti tal-inġenju fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

1.2.5 Jekk titwaħħal pruwa ġdida ma' inġenju, il-magna għas-sistema għall-apparat fil-pruwa għall-immanuvrar installata fil-pruwa għandha tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti attwali.

1.2.6 Jekk titwaħħal poppa ġdida ma' bastiment, il-magni installati fil-poppa għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti attwali.

1.3 Eżempji għall-illustrazzjoni

1.3.1 Bastiment jiġi armat minn żewġ bastimenti eqdem (l-ewwel (1) bastiment bis-sena tal-kostruzzjoni 1968; it-tieni (2) bastiment bis-sena tal-kostruzzjoni 1972). L-ewwel (1) bastiment jintuża kollu minbarra l-pruwa; mit-tieni (2) bastiment tintuża l-pruwa. Il-bastiment immuntat jirċievi ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tal-ewwel (1) bastiment. Il-pruwa tal-bastiment immuntat għandha issa tkun mgħammra, fost oħrajn, bin-niċeċ tal-ankri.

1.3.2 Bastiment jiġi armat minn żewġ bastimenti eqdem (l-ewwel (1) bastiment bis-sena tal-kostruzzjoni 1975; it-tieni (2) bastiment bis-sena tal-kostruzzjoni 1958, l-eqdem komponent 1952). L-ewwel (1) bastiment jintuża kollu minbarra l-pruwa; mit-tieni (2) bastiment tintuża l-pruwa. Il-bastiment immuntat jirċievi ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tal-ewwel (1) bastiment. Il-pruwa tal-bastiment immuntat għandha issa tkun mgħammra, fost oħrajn, bin-niċeċ tal-ankri. L-eqdem komponent mit-tieni (2) bastiment oriġinali, bis-sena ta' kostruzzjoni 1952, tiddaħħal addizzjonalment fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

1.3.3 Il-poppa ta' bastiment tas-sena ta' kostruzzjoni 2001 titwaħħal ma' bastiment tas-sena ta' kostruzzjoni 1988. Il-magna tal-bastiment tas-sena ta' kostruzzjoni 1988 tibqa' fil-bastiment. F'dan il-każ, il-magna għandha tkun approvata skont it-tip. Il-magna għandha tkun ukoll approvata skont it-tip jekk tkun il-magna fil-poppa tal-2001.

2. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-każ ta’ bidla fit-tip ta’ inġenju (l-użu maħsub tal-inġenju)

2.1 Il-prinċipji

2.1.1 F'kull deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tranżitorji fil-każ ta' bidla fit-tip ta' inġenju (tip ta' bastiment; użu intenzjonat tal-bastiment), fir-rigward tal-Anness II ta' din id-Direttiva, il-kunsiderazzjonijiet ta' sikurezza għandhom ikunu punt fokali.

2.1.2 Għandu jikkostitwixxi bidla fit-tip ta' inġenju jekk ir-rekwiżiti tas-sikurezza li japplikaw għat-tip ta' inġenju ġdid ikunu differenti minn dawk għat-tip l-antik; dan japplika jekk id-dispożizzjonijiet speċjali tal-Kapitoli 15 sa 22b tal-Anness II ikunu applikabbli għat-tip il-ġdid li ma kinux applikabbli għat-tip l-antik.

2.1.3 Fil-każ ta' bidla fit-tip ta' inġenju, id-dispożizzjonijiet speċjali kollha u r-rekwiżiti speċjali kollha li huma speċifiċi għal dan it-tip ta' inġenju għandhom jiġu ssodisfati b'mod sħiħ; id-dispożizzjonijiet tranżitorji ma jistgħux jiġu invokati għal dawn ir-rekwiżiti. Dan japplika wkoll għal partijiet li jittieħdu mill-inġenji eżistenti u jaqgħu taħt dawn ir-rekwiżiti speċjali.

2.1.4 Il-konverżjoni ta' tanker f'bastiment li jġorr tagħbija xotta ma għandha tikkostitwixxi ebda bidla fit-tip ta' inġenju kif definit fil-punt 2.1.2.

2.1.5 Fil-każ tal-konverżjoni ta' bastiment bil-kabini f'bastiment għall-vjaġġi ta' ġurnata, il-partijiet ġodda kollha għandhom jikkonformaw b'mod sħiħ mar-rekwiżiti attwali.

2.2 L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji fid-dettall

2.2.1 L-Artikolu 24.02 (2) (NRC), resp. l-Artikolu 24a.02 (2) japplika għall-partijiet tal-inġenju li huma mġedda; għalhekk, il-partijiet ġodda tal-inġenju ma jistgħux ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tranżitorji.

2.2.2 Għall-partijiet tal-inġenju li mhumiex konvertiti, id-dispożizzjonijiet tranżitorji għandhom ikomplu jkunu applikabbli bl-eċċezzjoni tal-partijiet skont it-tieni sentenza tal-punt 2.1.3.

2.2.3 Jekk id-dimensjonijiet tal-inġenju jkunu mmodifikati, id-dispożizzjonijiet tranżitorji ma jibqgħux japplikaw għal dawk il-partijiet tal-inġenju li huma marbuta ma' din il-modifika (eż. id-distanza tal-paratija tal-kolliżjoni, l-għoli tal-freeboard u l-ankra).

2.2.4 Fil-każ ta' bidla fit-tip ta' inġenju, għandhom ikunu applikabbli r-rekwiżiti speċjali tal-Anness II li japplikaw biss għat-tip ta' inġenju ġdid. Il-partijiet u l-oġġetti kollha tat-tagħmir li huma affettwati mill-konverżjoni tal-inġenju għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti attwali, il-Parti II u III tal-Anness II.

2.2.5 L-inġenju għandu mbagħad jingħata ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ġdid jew emendat u għandha ssir nota fl-oqsma 7 u 8 taċ-ċertifikat kemm tal-kostruzzjoni oriġinali kif ukoll tal-konverżjoni.

2.3 Eżempji għall-illustrazzjoni

2.3.1 Bastiment tal-merkanzija (is-sena ta' kostruzzjoni 1996) huwa konvertit f'bastiment tal-passiġġieri. Il-Kapitolu 15 tal-Anness II imbagħad japplika għall-bastiment kollu, mingħajr ma jinvoka d-dispożizzjonijiet tranżitorji. Jekk il-pruwa tal-bastiment ma tiġix immodifikata skont il-pjanijiet tal-konverżjoni jew skont il-Kapitolu 15, il-bastiment ma jkollux bżonn jippreżenta l-ebda niċċa ta' ankri skont l-Artikolu 3.03.

2.3.2 Irmonkatur (is-sena ta' kostruzzjoni 1970) huwa mibdul f'inġenju li jimbotta. Il-konverżjoni fiżika tikkonsisti biss fit-tibdil tat-tagħmir tal-gverta u fl-installazzjoni ta' mezz li jimbotta. Id-dispożizzjonijiet tranżitorji kollha għal bastiment tal-1970 jibqgħu applikabbli, għajr għall-Kapitoli 5, 7 (parzjalment), l-Artikolu 10.01 u l-Artikolu 16.01.

2.3.3 Tanker bil-magna (is-sena ta' kostruzzjoni 1970) huwa mibdul f'inġenju li jimbotta. Il-konverżjoni fiżika tikkonsisti fis-separazzjoni tal-pruwa mit-taqsima tal-merkanzija, kif ukoll fit-tibdil tat-tagħmir tal-gverta u l-installazzjoni ta' mezz li jimbotta. Id-dispożizzjonijiet tranżitorji kollha għal bastiment tal-1970 jibqgħu applikabbli, għajr għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 5, 7 (parzjalment), l-Artikolu 10.01 u l-Artikolu 16.01.

2.3.4 Tanker bil-magna huwa konvertit f'bastiment bil-magna li jġorr il-merkanzija. Il-bastiment bil-magna li jġorr il-merkanzija għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kurrenti tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, partikolarment dawk imsemmija fl-Artikolu 11.04 tal-Kapitolu 11 tal-Anness II.

3. Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-każ ta’ konverżjoni ta’ bastimenti tal-passiġġieri

3.1 L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji

3.1.1 Il-miżuri ta' konverżjoni li huma meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Kapitolu 15, irrispettivament minn meta jitwettqu, ma għandhomx jikkostitwixxu l-konverżjoni "C" skont it-tifsira tal-Artikolu 24.02(2), l-Artikolu 24.03(1) jew l-Artikolu 24.06(5) tal-Anness II, resp. l-Artikolu 24a.02, l-Artikolu 24a.03.

3.1.2 Fil-każ tal-konverżjoni ta' bastiment bil-kabini f'bastiment għall-vjaġġi ta' ġurnata, il-partijiet ġodda kollha għandhom jikkonformaw b'mod sħiħ mar-rekwiżiti attwali.

3.2 Eżempji għall-illustrazzjoni

3.2.1 Bastiment tal-passiġġieri (is-sena ta' kostruzzjoni 1995) għandu jkollu t-tieni sistema ta' propulsjoni indipendenti installata sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015. Jekk ma ssir ebda konverżjoni volontarja oħra fuq dan il-bastiment tal-passiġġieri, mhuwiex meħtieġ li jsir kalkolu tal-istabilità skont ir-rekwiżiti l-ġodda, iżda jekk ikun hemm ħtieġa oġġettiva għal wieħed, kalkolu tal-istabilità jista' jitwettaq skont ir-rekwiżiti tal-istabbiltà oriġinali ta' Stat Membru.

3.2.2 Bastiment tal-passiġġieri (is-sena ta' kostruzzjoni 1994, ċertifikat tal-bastiment imġedded fl-aħħar fl-2012) se jiġi estiż b'10 m fl-2016. Barra minn hekk, dan il-bastiment għandu jingħata t-tieni sistema ta' propulsjoni indipendenti. Minbarra dan, se jkun meħtieġ kalkolu ġdid tal-istabilità, li għandu jitwettaq skont il-Kapitolu 15 għall-istatus ta' kompartiment wieħed u għall-istatus ta' żewġ kompartimenti.

3.2.3 Bastiment tal-passiġġieri (is-sena ta' kostruzzjoni 1988) jirċievi sistema ta' propulsjoni aktar b'saħħitha li tinkludi l-iskrejjen. Din hija konverżjoni tant kbira li teħtieġ kalkolu tal-istabilità. Dan għandu jitwettaq skont ir-rekwiżiti kurrenti.



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 5

Il-kejl tal-ħoss

(l-Artikolu 3.04(7), l-Artikolu 7.01(2), Artikolu 7.03(6), l-Artikolu 7.09(3), l-Artikolu 8.10, l-Artikolu 11.09(3), l-Artikolu 12.02(5), l-Artikolu 17.02(3)(b), u l-Artikolu 17.03(1) tal-Anness II)

1. Ġenerali

Sabiex jiġu vvalutati l-livelli massimi tal-pressjoni tal-ħoss mogħtija fl-Anness II, għandhom jiġu stabbiliti valuri mkejla, proċeduri ta’ kejl u kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni kwantitattiva u riproduċibbli tal-livelli tal-pressjoni tal-ħoss skont il-punti 2 u 3.



2. L-istrumenti tal-kejl

L-istrumenti tal-kejl għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi 1 skont l-EN 60651:1994.

Qabel u wara kull sett ta’ kejl, il-kalibratur tal-klassi 1 skont l-EN 60942:1998 għandu jitqiegħed fuq il-mikrofonu sabiex tiġi kkalibrata s-sistema tal-kejl. Il-konformità tal-kalibratur mar-rekwiżiti tal-EN 60942:1998 għandha tiġi vverifikata darba fis-sena. Il-konformità tat-tagħmir tal-kejl mar-rekwiżiti tal-EN 60651:1994 għandha tiġi vverifikata kull sentejn.

3. Il-kejl tal-ħoss

3.1. Abbord l-inġenju

Il-kejl għandu jitwettaq f'konformità mal-ISO 2923:2003, it-Taqsimiet 5 sa 8 u jitkejlu biss il-livelli differenzjati-A tal-pressjoni tal-ħoss.



3.2. Ħoss tad-dħul tal-arja fil-magni li joħroġ mill-inġenju

L-emissjonijiet tal-ħoss mill-inġenju fil-passaġġi fuq l-ilma interni u fil-portijiet għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-kejl skont l-EN ISO 22922:2000, it-Taqsimiet 7 sa 11. Il-bibien u t-twieqi tal-kmamar tal-magni għandhom jinżammu magħluqa waqt il-kejl.



4. Id-dokumentazzjoni

Il-kejl għandu jiġi rreġistrat skont ir-“Rapport tal-Kejl tal-Ħoss” (l-Anness).



Ir-rapport tal-Kejl tal-Ħoss

  • abbord l-inġenju skont l-ISO 2923:2003

  • il-ħoss tad-dħul tal-arja fil-magni li joħroġ mill-inġenju skont l-EN ISO 2922:200056

A. Id-dejta dwar l-inġenju

1. It-tip ta' inġenju u l-isem:

Numru Uniku ta' Identifikazzjoni tal-Bastimenti Ewropej"

2. Sid


3. Is-sistema ta’ propulsjoni ewlenija:

3.1. Il-magni prinċipali:



Numru:

Manifattur

Tip

Sena ta' kostruzzjoni

Qawwa (kW)

Veloċità tal-magna

(min–1)



Two-stroke/four-stroke

Turbo-charged

iva/le


1






















2






















3.2. It-trażmissjoni

Il-manifattur: … Tip: … Tnaqqis tal-irkapptu: 1: …

3.3. Skrejjen

Numru: Għadd tal-passiġġieri: … Dijametru: … mm ... Żennuna: iva/le57

3.4. Is-sistema tat-tmun

Tip


4. Is-sistemi awżiljari:

Numru:

Propulsjoni ta’

Manifattur

Tip

Sena ta' kostruzzjoni

Qawwa (kW)

Il-veloċità tal-magna (min-1)

1



















2



















3



















4



















5



















5. Miżuri implimentati għat-tnaqqis tal-ħoss:

6. Osservazzjonijiet:



B L-istrumenti tal-kejl użati

1. Miter għall-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss:

Il-manifattur: … Tip: … L-aktar kontrol riċenti: …

2. Analizzatur tal-frekwenza Ottava/it-Tielet ottava:

Il-manifattur: … Tip: … L-aktar kontrol riċenti: …

3. Kalibratur:

Il-manifattur: … Tip: … L-aktar kontrol riċenti: …

4. Aċċessorji:

5. Osservazzjonijiet:

C. Il-kundizzjonijiet tal-kejl — l-inġenju

1. Formazzjoni waqt il-kejl:

2. Tagħbija/spostament: … t/m358 (madwar … % tal-valur massimu)

3. Veloċità tal-magna prinċipali: … min–1 (madwar… % tal-valur massimu)

4. Sistemi awżiljari fis-servizz Nru:

5. Osservazzjonijiet:



D. Il-Kundizzjonijiet tal-kejl - il-madwar

1. Erja tal-kejl: … Lejn għajn ix-xmara/fid-direzzjoni tax-xmara59

2. Fond tal-ilma: … m (Livell tal-ilma rilevanti = … m)

3. Temp: … Temperatura: … °C; Saħħa tar-riħ: … BF

4. Interferenza esterna tal-ħoss: iva/le60, jekk iva, speċifika: …

5. Osservazzjonijiet:



E Reġistrazzjoni tal-kejl

1. Il-kejl sar minn:

2. Data:

3. Osservazzjonijiet:

4. Firma:

F.1. Ir-riżultati tal-kejl

Kejl tal-ħoss abbord l-inġenju:



Numru:

Punt tal-kejl

Il-bibien

It-twieqi

Il-valur imkejjel

f’dB(A)


Osservazzjonijiet

miftuħin

magħluqin

miftuħin

magħluqin









































































F.2. Ir-riżultati tal-kejl

Kejl tal-ħsejjes tad-dħul tal-arja fil-magni li joħorġu mill-inġenju:



Numru:

Punt tal-kejl

Valuri mkejla

f’dB(A)


Osservazzjonijiet





































STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 6

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Kapitolu 15
Subdiviżjonijiet lokali

Rekwiżiti tranżitorji għall-kompartimenti magħmula minn
tined jew installazzjonijiet mobbli simili

(l-Artikolu 15.02(5), 15.03(4), 15.03(9) tal-Anness II)
1   ...   18   19   20   21   22   23   24   25   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət