Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə25/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   21   22   23   24   25   26   27   28   ...   32

2. ARTIKOLU 23.09

2.1. (1.1)(a) — L-arranġament tas-sistema ta’ propulsjoni

Jekk bastiment ikun mgħammar b’magna prinċipali direttament riversibbli, is-sistema ta’ arja kkumpressata meħtieġa biex tirriversja d-direzzjoni tal-imbuttar għandha:

(a) tinżamm bil-pressa fuq bażi permanenti permezz ta’ kumpressur li jaġġusta ruħu awtomatikament; jew

(b) meta jiskatta allarm fil-kabina tat-tmunier, is-sistema jiżdidilha l-livell ta’ pressa permezz ta’ magna awżiljari li tista’ titqabbad mill-pożizzjoni tat-tmun. Jekk il-magna awżiljari jkollha t-tank tal-karburant tagħha, għandu jkun hemm — skont l-Artikolu 8.05.(13) — tagħmir ta’ twissija fil-kabina tat-tmunier biex jindika jekk il-livell ta’ mili jkunx biżżejjed biex jiġi żgurat operat ulterjuri b'mod sikur.



2.2. (1.1)(b) – Il-livelli tas-sentina fil-kamra prinċipali tal-magni

Jekk sistema tat-tmun mill-pruwa tkun meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti tal-manuvrar skont il-Kapitolu 5, il-kamra li jkun fiha s-sistema tat-tmun mill-pruwa għandha titqies li hija kamra prinċipali tal-magni.



2.3. (1.1)(c) — Il-provvista tal-karburant awtomatika

2.3.1. Jekk is-sistema ta’ propulsjoni jkollha tank ta’ provvista tal-karburant għal ġurnata,

(a) l-ammont ta’ karburant li jkollha fiha għandu jkun biżżejjed biex ikun żgurat perjodu ta' operazzjoni tas-sistema ta' propulsjoni għal 24 siegħa jekk jiġi preżunt konsum ta’ 0,25 litru kull kW fis-siegħa;

(b) il-pompa tal-provvista tal-karburant għall-mili mill-ġdid tat-tank ta’ provvista għal ġurnata għandha titħaddem kontinwament; jew

(c) il-pompa tal-provvista tal-karburant għandu jkollha


  • swiċċ li bih tinxtegħel il-pompa tal-provvista tal-karburant awtomatikament meta l-kontenut fit-tank ta’ provvista tal-karburant għall-ġurnata jinżel sa ċertu livell baxx u

  • swiċċ li awtomatikament jitfi l-pompa tal-provvista tal-karburant meta t-tank tal-provvista tal-karburant għal ġurnata jkun mimli.

2.3.2. It-tank tal-provvista tal-karburant għal ġurnata għandu jkun mgħammar b’tagħmir ta’ allarm għal-livell li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 8.05(13).

2.4. (1.1)(d) — Mhi meħtieġa l-ebda forza għas-sistema tat-tmun

Is-sistemi tat-tmun li jitħaddmu b'mod idrawliku jissodisfaw lil dan ir-rekwiżit. Is-sistemi tat-tmun li jitħaddmu bl-idejn ma għandhomx bżonn forza akbar minn 160 N biex jitħaddmu.



2.5. (1.1)(e) — Is-sinjali viżwali u akustiċi meħtieġa waqt it-tbaħħir

Is-sinjali viżwali ma jinkludux ċilindri, blalen, koni jew koni doppji li huma meħtieġa skont ir-regolamenti tal-awtorità tan-navigazzjoni tal-Istati Membri.



2.6. (1.1)(f) — Il-komunikazzjoni diretta u l-komunikazzjoni mal-kamra tal-magni

2.6.1. Il-komunikazzjoni diretta titqies li tkun żgurata jekk

(a) ikun possibbli kuntatt viżwali dirett bejn il-kabina tat-tmunier u l-pożizzjoni ta’ kontroll għall-argni u l-bolardi fis-sezzjoni ta’ quddiem jew il-poppa tal-bastiment u, barra dan, id-distanza mill-post għat-tmunier għal dawn il-pożizzjonijiet ta’ kontroll ma tkunx aktar minn 35 m; u

(b) l-akkomodazzjoni tkun direttament aċċessibbli mill-kabina tat-tmunier.

2.6.2. Il-komunikazzjoni mal-kamra tal-magni għandha titqies li tkun żgurata jekk is-sinjal imsemmi fl-Artikolu 7.09(3), it-tieni sentenza, jista’ jkun operat indipendentement mis-swiċċ imsemmi fl-Artikolu 7.09(2).

2.7. (1.1)(i) — Il-krankijiet u l-mezzi operattivi għal dawrien simili

Dawn jinkludu:

(a) argni tal-ankra mħaddma bl-idejn (il-forza massima meħtieġa għandha titqies li hija dik ta’ meta l-ankri jkunu mdendla mingħajr xkiel);

(b) krankijiet għall-irfigħ tal-bokkaporti;

(c) krankijiet fuq l-argni tal-arblu u taċ-ċumnija.

Dawn ma jinkludux:

(a) argni għall-gerlin tal-irmunkar u għall-igganċjar;

(b) krankijiet fuq il-krejnijiet, sakemm dawn ma jkunux intiżi għad-dgħajjes tal-bastiment.



2.8. (1.1)(m) — L-arranġament ergonomiku

Id-dispożizzjonijiet jitqiesu bħala ssodisfati jekk

(a) il-kabina tat-tmunier tkun irranġata skont l-Istandard Ewropew EN 1864:2008; jew

(b) il-kabina tat-tmunier hija mfassla għan-navigazzjoni bir-radar minn persuna waħda: jew

(c) il-kabina tat-tmunier tkun tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

aa) L-unitajiet tal-kontroll u l-istrumenti tal-monitoraġġ ikunu jinsabu fil-firxa ta’ viżibbiltà anterjuri u fl-ambitu ta’ kurva ta’ mhux aktar minn 180° (90° għal-lemin, tħares fid-direzzjoni tal-pruwa u 90° għax-xellug, tħares fid-direzzjoni tal-pruwa), inklużi l-art u s-saqaf. Huma għandhom ikunu jistgħu jinqraw faċilment u jidhru mill-pożizzjoni normali tat-tmunier.

bb) L-unitajiet tal-kontroll prinċipali bħalma huma r-rota tat-tmun jew il-lieva tat-tmun, il-kontrolli tal-magni, il-kontrolli tar-radju, u l-kontrolli tas-sinjali akustiċi u s-sinjali ta’ twissija u manuvrar meħtieġa skont ir-regolamenti tal-awtorità tan-navigazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, skont xi jkun xieraq, għandhom jiġu arranġati b’tali mod li d-distanza bejn il-kontrolli fuq in-naħa tal-lemin tal-bastiment u dawk fuq in-naħa tax-xellug ma tkunx aktar minn 3 m. It-tmunier għandu jkun jista’ jħaddem il-magni mingħajr ma jerħi minn idejh il-kontrolli tas-sistema tat-tmun filwaqt li jkun jista’ jibqa’ jħaddem il-kontrolli l-oħra bħalma huma s-sistema tar-radju, il-kontrolli tas-sinjali akustiċi u s-sinjali ta’ twissija u manuvrar meħtieġa skont ir-regolamenti tal-awtorità tan-navigazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, skont xi jkun xieraq.

cc) Is-sinjali ta’ twissija u manuvrar meħtieġa skont ir-regolamenti tal-awtorità tan-navigazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, skont xi jkun xieraq, jitħaddmu b'mod elettroniku, pnewmatiku, idrawliku jew mekkaniku. B’deroga, dawn is-sinjali jistgħu jitħaddmu permezz ta’ wajer ta’ tensjoni biss jekk b’dan il-mod tkun possibbli operazzjoni mingħajr periklu mill-pożizzjoni tat-tmun.



3. ARTIKOLU 23.09

3.1. (1.2)(a) — Il-bastiment bil-mutur li jopera separatament

Il-bastimenti bil-mutur li, skont iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, huma addattati wkoll għall-imbuttar imma li

(a) ma għandhomx argni tal-igganċjar li jaħdmu b'mod idrawliku jew bl-elettriku jew jew

(b) l-argni tal-igganċjar tagħhom li jaħdmu b'mod idrawliku jew bl-elettriku ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-punt 3.3 ta' din l-Istruzzjoni amministrattiva

għandhom jingħataw l-istandard S2 bħala bastimenti bil-mutur li joperaw separatament.

L-entrata “L-istandard S2 ma japplikax għall-bastiment bil-mutur meta jkun qed jimbotta” għandha tiddaħħal taħt il-punt 47 taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.



3.2. (1.2)(c) –Il-konvojs imbuttati

Il-bastimenti bil-mutur li, skont iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tagħhom, huma addattati għall-imbuttar u huma mgħammra b’argni tal-igganċjar li jaħdmu b'mod idrawliku jew bl-elettriku li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 3.3 ta’ din l-Istruzzjoni amministrattiva imma li ma għandhomx apparat fil-pruwa għall-immanuvrar proprju tagħhom għandhom jingħataw l-istandard S2 bħala bastimenti bil-mutur li kapaċi jimbuttaw konvoj. L-entrata “L-istandard S2 ma japplikax għall-bastiment bil-mutur meta jkun qed jopera separatament” għandha tiddaħħal taħt il-punt 47 taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.



3.3. (1.2)(c), l-ewwel sentenza, u (1.2)(d), l-ewwel sentenza — Argni speċjali jew tagħmir ekwivalenti għall-għoti ta' reżistenza lill-kejbils (it-tagħmir tal-igganċjar)

L-apparati tal-igganċjar meħtieġa huma t-tagħmir minimu speċifikat skont l-Artikolu 16.01(2) li, f’konformità mal-punti 2.1 u 2.2 tal-Istruzzjoni amministrattiva Nru 3 (il-konnessjonijiet lonġitudinali), iservu biex jassorbu l-forzi tal-igganċjar u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) it-tagħmir għandu jipprovdi l-forza tal-għoti tar-reżistenza meħtieġa għall-igganċjar b’mezzi mekkaniċi biss.

(b) il-kontrolli għat-tagħmir għandhom jitpoġġew fuq it-tagħmir innifsu. B’deroga, il-kontroll remot huwa awtorizzat sakemm:



  • il-persuna li tħaddem it-tagħmir tkun tista' tara mingħajr xkiel u b'mod dirett it-tagħmir mill-pożizzjoni tal-kontroll;

  • ikun hemm tagħmir fil-pożizzjoni ta’ kontroll biex jimpedixxi operazzjoni mhux intenzjonata;

  • it-tagħmir ikollu mezz biex jintefa f’każ ta’ emerġenza;

(c) it-tagħmir ikollu mezz ta' bbrejkjar li jirreaġixxi immedjatament jekk il-kontrolli jiġu rrilaxxati jew jekk il-forza motiva ma taħdimx;

(d) għandu jkun possibbli għall-kejbil tal-igganċjar li jintelaq manwalment jekk il-forza motriċi ma taħdimx.



3.4. (1.2)(c), it-tieni sentenza, u (1.2)(d), it-tieni sentenza — It-tħaddim tal-apparat fil-pruwa għall-immanuvrar

Il-kontroll tat-tħaddim tal-apparat fil-pruwa għall-immanuvrar għandu jiġi installat permanentement fil-kabina tat-tmunier. Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7.04 (8) għandhom jiġu ssodisfati. It-tagħmir tal-kejbils elettriċi biex jitħaddem l-apparat fil-pruwa għall-immanuvrar għandu jiġi installat b'mod permanenti sas-sezzjoni ta’ quddiem tal-bastiment bil-mutur li jimbotta jew tal-inġenju li jimbotta.



3.5. (1.2)(e) — Il-manuvrabbiltà ekwivalenti

Għandha tiġi żgurata manuvrabbiltà ekwivalenti permezz ta’ sistema ta’ propulsjoni li tkun tikkonsisti minn:

(a) unità tat-tħaddim ta' sistema ta' propulsjoni b’ħafna skrejjen u tal-inqas żewġ sistemi ta’ propulsjoni indipendenti bi produzzjoni ta’ forza simili;

(b) tal-inqas skrun ċiklojdali wieħed;

(c) tal-inqas skrun tat-tmun wieħed; jew

(d) tal-inqas sistema waħda ta’ propulsjoni bil-ġettijiet tal-ilma fi 360°.



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 21

Ir-rekwiżiti għal sorsi ta’ dawl installati fil-baxx

(l-Artikolu 15.06(7); l-Artikolu 22.10(d) tal-Anness II)

1. Ġenerali

1.1. Skont id-dispożizzjonijiet imsemmija aktar ’il fuq, il-bastimenti tal-passiġġieri u l-bastimenti ta’ veloċità għolja għandu jkollhom sistemi xierqa biex jiġu identifikati b’mod ċar ir-rotot ta’ evakwazzjoni u l-ħruġ ta’ emerġenza meta d-dawl ta’ emerġenza normali jkun anqas effettiv minħabba d-duħħan. Dawn is-sistemi għandhom jieħdu l-forma ta’ sorsi ta’ dawl installati fil-baxx (LLL). Din l-Istruzzjoni amministrattiva tkopri l-approvazzjoni, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ dawn is-sistemi.

1.2. Barra mid-dawl ta’ emerġenza meħtieġ mill-Artikolu 15.10(3), ir-rotot ta’ evakwazzjoni, inklużi t-trombi tat-taraġ, il-postijiet tal-ħruġ u l-ħruġ ta’ emerġenza, għandhom ikunu mmarkati minn sorsi ta’ dawl installati fil-baxx (LLL) mat-tul kollu tar-rotta ta’ evakwazzjoni, partikolarment fil-kantunieri u l-intersezzjonijiet.

1.3. Is-sistema LLL għandha tibqa’ tixgħel għal tal-inqas 30 minuta wara li tkun ġiet attivata.

1.4. Il-prodotti LLL ma għandhomx ikunu la radjuattivi u anqas tossiċi.

1.5. L-istruzzjonijiet għas-sistema LLL għandhom jitwaħħlu fejn jidhru, flimkien ma’ pjan ta’ sikurezza skont l-Artikolu 15.13(2) inkluż f’kull kabina.



2. Id-definizzjonijiet

2.1. Is-sorsi ta’ dawl imwaħħla fil-baxx (LLL) — Dwal li jinxtegħlu b’enerġija elettrika jew indikaturi fotoluminixxenti mwaħħla mat-tul kollu tar-rotot ta’ evakwazzjoni sabiex jiġi żgurat li r-rotot kollha jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment.

2.2. Sistema fotoluminixxenti (PL) — Sistema LLL li tuża materjal PL. Il-materjal fotoluminixxenti fih sustanza kimika (pereżempju, sulfid taż-żingu) li kapaċi taħżen l-enerġija meta esposta għal dawl viżibbli. Il-materjal PL jitfa’ dawl li jsir viżibbli hekk kif is-sors tad-dawl ambjentali jkun inqas effettiv. Mingħajr is-sors ta’ dawl biex jenerġizzah mill-ġdid, il-materjal PL jixħet l-enerġija li jkun ħażen għal tul ta’ perjodu ta’ ħin b’luminanza dejjem tonqos.

2.3. Sistema ta’ dwal li tinxtegħel b’enerġija elettrika (EP) — Sistema LLL li teħtieġ enerġija elettrika biex taħdem, bħal sistemi li jużaw bozoz inkandexxenti, dajowds li jarmu d-dawl, strippi jew lampi elettroluminixxenti, lampi elettrofluworexxenti, eċċ.



3. Il-passaġġi u t-trombi tat-taraġ

3.1. Fil-passaġġi kollha, l-LLL għandhom ikunu kontinwi, ħlief fejn ikun hemm interruzzjoni minn kurituri jew bibien tal-kabini, sabiex jipprovdu delinjazzjoni viżibbli t-tul kollu tar-rotta ta’ evakwazzjoni. Is-sistemi LLL li huma konformi ma’ standard internazzjonali li għandhom delinjazzjoni viżibbli mingħajr ma tkun kontinwa għandhom ukoll ikunu aċċettabbli. L-LLL għandhom jiġu installati mill-inqas fuq naħa waħda tal-kuritur, jew mal-ħajt mhux aktar 0,3 m mill-art, jew mal-art mhux aktar minn 0.15 m ’l bogħod mill-ħajt. F’kurituri wiesgħa aktar minn żewġ metri, l-LLL għandhom jiġu installati fuq kull naħa.

3.2. F’kurituri li ma jwasslu mkien, l-LLL għandu jkollhom vleġeġ imwaħħla f’intervalli ta’ mhux aktar minn 1 m, jew indikaturi ekwivalenti li juru d-direzzjoni jippuntaw lejn ir-rotta ta’ evakwazzjoni.

3.3. Fil-trombi tat-taraġ kollha, l-LLL għandhom jiġu installati almenu fuq naħa waħda mhux aktar minn 0,3 m ’l fuq mit-taraġ, biex b’hekk ikun jista’ jiġi identifikat faċilment fejn tkun qiegħda kull tarġa minn kwalunkwe persuna fuq jew taħt tarġa partikolari. Is-sorsi ta’ dawl installati fil-baxx għandhom jiġu installati fuq kull naħa jekk il-wisa’ tat-tromba tat-taraġ tkun żewġ metri jew aktar. In-naħa ta’ fuq u n-naħa ta’ isfel ta’ kull indana taraġ għandhom jiġu identifikati biex jintwera li mhemmx aktar taraġ ’il fuq u ’l isfel.



4. Il-bibien

4.1. Is-sorsi ta’ dawl installati fil-baxx għandhom iwasslu sal-pum tal-bieb tal-ħruġ. Biex tiġi evitata l-konfużjoni, l-ebda bibien oħra ma għandhom jiġu mmarkati b’mod simili.

4.2. Meta fid-diviżorji jitwaħħlu bibien li jisslajdjaw skont l-Artikolu 15.11(2) u fil-paratiji skont l-Artikolu 15.02(5), għandha tiġi indikata d-direzzjoni tal-ftuħ.

5. Is-sinjali u l-immarkar

5.1. Is-sinjali kollha fir-rotot ta’ evakwazzjoni għandhom ikunu ta’ materjali fotoluminixxenti jew ikunu mixgħula b’dawl elettriku. Id-daqsijiet ta’ dawn is-sinjali u tal-immarkar għandhom ikunu fi proporzjon mal-bqija tas-sistema LLL.

5.2. Is-sorsi ta’ dawl installati fil-baxx għas-sinjali ta’ ħruġ għandhom jiġu pprovduti f’kull bieb ta’ ħruġ. Is-sinjali għandhom jitwaħħlu fiż-żona preskritta fuq in-naħa tal-bibien ta’ ħruġ fejn ikun qiegħed il-pum.

5.3. Is-sinjali kollha għandhom jikkuntrastaw fil-lewn mal-isfond (tal-ħajt jew tal-art) li fuqu jkunu ġew installati.

5.4. Għal-LLL għandhom jintużaw simboli standardizzati (pereżempju dawk deskritti fid-Deċiżjoni IMO, id-Deċiżjoni A.760(18)).

6. Is-sistemi fotoluminixxenti

6.1. L-istrippi PL ma għandhomx ikunu anqas minn 0,075 m wiesa'. Jistgħu, madankolu, jintużaw strippi idjeq jekk il-luminanza tagħhom tiżdied b’mod proporzjonali biex dan jikkumpensa għall-wisa’ tagħhom.

6.2. Il-materjali fotoluminixxenti għandhom jipprovdu mill-inqas 15 mcd/m2 imkejla 10 minuti wara li jkunu tneħħew is-sorsi kollha ta’ luminazzjoni esterna. Is-sistema għandha mbagħad tkompli tipprovdi valuri ta’ luminixxenza ogħla minn 2 mcd/m2 għal 20 minuta.

6.3. Kwalunkwe materjal tas-sistema PL għandu jiġi pprovdut b’mhux inqas mil-livell minimu ta’ dawl ambjentali meħtieġ biex jiċċarġja l-materjal PL biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ luminanza li ssemmew aktar 'il fuq.



7. Is-sistemi enerġizzati bl-elettriku

7.1. Is-sistemi enerġizzati bl-elettriku għandhom jitqabbdu mas-swiċċbord ta’ emerġenza skont kif stipulat fl-Artikolu 15.10(4) sabiex ikunu jistgħu jirċievu enerġija mis-sors ewlieni tal-enerġija elettrika taħt ċirkustanzi normali u wkoll mis-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika meta din tal-aħħar tkun qed topera. Għall-fini tad-dimensjonijiet tal-kapaċità tas-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika, is-sistemi EP għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ prodotti ta’ emerġenza li jikkunsmaw l-enerġija.

7.2. Is-sistemi enerġizzati bl-elettriku għandhom jaqbdu awtomatikament jew għandhom ikunu kapaċi li jiġu attivati permezz ta’ operazzjoni unika mill-pożizzjoni tat-tmun.

7.3. Meta jiġu installati sistemi enerġizzati bl-elettriku għandhom jiġu applikati l-istandards ta’ luminanza li ġejjin:



        1. il-partijiet attivi tas-sistemi enerġizzati bl-elettriku għandu jkollhom luminanza minima ta’ 10 cd/m2;

        2. is-sorsi ta’ punti ta’ lampi inkandexxenti żgħar għandhom jipprovdu mhux inqas minn 150 mcd ta’ intensità sferika medja fi spazju ta’ mhux aktar minn 0,1 m bejn il-lampi;

        3. is-sorsi ta’ punti ta’ sistemi ta’ dajowds li jarmu d-dawl għandu jkollhom punt kulminanti minimu ta’ intensità ta’ 35 mcd. L-angolu ta’ konu ta’ nofs intensità għandu jkun addattat għad-direzzjonijiet probabbli tal-ittraċċjar tal-approċċ u l-vista. L-ispazju bejn il-lampi ma għandux ikun aktar minn 0,3 m; u

        4. fil-każ tas-sistemi elettroluminixxenti, dawn għandhom jiffunzjonaw għal 30 minuta mill-mument meta tfalli l-provvista tal-enerġija ewlenija li magħha kien meħtieġ li titqabbad skont it-Taqsima 7.1.

7.4. Is-sistemi EP kollha għandhom jiġu irranġati b’tali mod li meta dawl uniku, strippa dawl, jew batterja ma jaħdmux, ma jikkawżawx ineffikaċja fejn għandu x’jaqsam l-immarkar.

7.5. Is-sistemi enerġizzati bl-elettriku għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9.20 għall-ittestjar tal-vibrazzjoni u s-sħana. B’deroga mill-Artikolu 9.20(2)(c), it-test tas-sħana jista’ jitwettaq f’temperatura ambjentali ta’ referenza ta’ 40°C.

7.6. Is-sistemi enerġizzati bl-elettriku għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kompatibbiltà elettromanjetika stabbiliti fl-Artikolu 9.21.

7.7. Is-sistemi enerġizzati bl-elettriku għandhom jipprovdu tip ta’ protezzjoni minima ta’ IP 55 f’konformità ma’ IEC 60529:1992.

8. It-test għall-approvazzjoni

8.1 Il-luminanza tal-LLL għandha tiġi kkontrollata minn espert

(a) qabel jiddaħħlu fis-servizz għall-ewwel darba,

(b) qabel jiddaħħlu lura fis-servizz wara kull modifika jew tiswija kbira,

(c) regolarment, tal-inqas kull ħames snin,

Il-kontrolli msemmija fis-subtaqsima (c) ta' hawn fuq jistgħu jitwettqu wkoll minn persuna kompetenti mħarrġa fis-sistemi ta' gwida tas-sikurezza.

8.2 Għandu jinħareġ ċertifikat ta' spezzjoni, li jkun iffirmat mill-espert jew mill-persuna kompetenti u li juri d-data tal-ispezzjoni.

8.3 Jekk, wara kejl wieħed, il-luminanza ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f'din l-istruzzjoni amministrattiva, il-kejl għandu jittieħed f'tal-inqas għaxar punti ekwidistanti. Jekk aktar minn 30 % tal-kejl ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti f'din l-istruzzjoni amministrattiva, is-sistemi ta' gwida tas-sikurezza jkunu jridu jinbidlu. Jekk bejn 20 sa 30 % tal-qisien ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti f'din l-istruzzjoni amministrattiva, is-sistemi ta' gwida tas-sikurezza għandhom jerġgħu jiġu kkontrollati fi żmien sena.



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 22

Il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ sikurezza għall-persuni nieqsa mill-mobilità

(l-Artikolu 1.01(104), l-Artikolu 18(1c) ta' din id-Direttiva, l-Artikolu 15.06(3) sa (5), (9), (10), (13) u (17), l-Artikolu 15.08(3), l-Artikolu 15.10(3), l-Artikoli 15.13(1) sa (4) tal-Anness II)

1. Introduzzjoni

Il-ħtiġiet ta’ sikurezza ta’ persuni nieqsa mill-mobilità huma akbar minn dawk ta’ passiġġieri oħra. Dawn il-ħtiġiet li qed jiġu mfissra kif ġej jitqiesu fir-rekwiżiti tal-Kapitolu 15.

Dawn ir-rekwiżiti huma maħsuba biex jiżguraw li l-persuni neqsin mill-mobilità jkunu jistgħu joqogħdu u jiċċaqalqu abbord bastiment b'mod sikur. Barra minn hekk, f'emerġenza, dawn il-persuni għandhom igawdu l-istess livell ta' sikurezza bħal dak li jgawdu l-passiġġieri l-oħra.

Mhux meħtieġ li ż-żoni kollha tal-passiġġieri jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sikurezza speċifiċi għall-persuni nieqsa mill-mobilità. Għaldaqstant dawn ir-rekwiżiti japplikaw biss għal ċerti żoni. Madankollu, il-persuni kkonċernati jridu jingħataw l-opportunità li jiġu infurmati dwar iż-żoni addattati speċjalment għalihom għar-raġuni ta’ sikurezza biex dawn ikunu jistgħu jorganizzaw is-soġġorn tagħhom abbord f’dan is-sens. Hija r-responsabbiltà ta’ sid il-bastiment li jagħmel dawn iż-żoni korrispondenti disponibbli, joħroġ informazzjoni dwar l-eżistenza tagħhom u jikkomunika din l-informazzjoni lill-persuni nieqsa mill-mobilità.

Id-dispożizzjonijiet dwar persuni nieqsa mill-mobilità jagħmlu referenza għal:


  • Id-Direttiva 2003/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri, u

  • l-gwida għall-addattament tal-bastimenti tal-passiġġieri li jbaħħru fil-passaġġi fuq l-ilma interni għall-persuni b’diżabbiltà skont ir-Riżoluzzjoni Nru 25 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonjijiet Uniti.

Id-definizzjoni tat-terminu “persuni nieqsa mill-mobilità” użata fl-Anness II hija, fil-parti l-kbira, identika għal dik tad-Direttiva 2003/24/KE u l-akbar għadd tar-rekwiżiti tekniċi huwa bbażat fuq il-gwida. Għaldaqstant, f’każi ta’ dubju jistgħu jsiru referenzi għat-tnejn meta jkunu qed jittieħdu d-deċiżjonijiet. B'mod ġenerali, ir-rekwiżiiti tad-Direttiva 2003/24/KE u ir-Riżoluzzjoni NU/KEE Nru 25 bit-titlu "Linji Gwida għall-Bastimenti tal-Passiġġieri tajbin ukoll biex iġorru Persuni b'Diżabilità" imorru lil hinn minn dawk fl-Anness II.

Ir-rekwiżiti tal-Anness II ma jikkonċernawx il-postijiet tal-irmiġġ u installazzjonijiet simili. Dawn huma soġġetti għal dispożizzjonijiet nazzjonali.



2. L-Artikolu 1.01(104) — It-terminu "Persuni b'mobilità mnaqqsa"

“Persuni b'mobilità mnaqqsa” tfisser kull persuna li, bħala riżultat ta’ diżabilità fiżika, ma tistax tiċċaqlaq jew tiddistingwi l-madwar tagħha bl-istess mod kif jistgħu jagħmlu l-passiġġieri l-oħra. Din id-definizzjoni tinkludi persuni li huma nieqsa mid-dawl jew mis-smigħ jew persuni li jkunu qed jakkumpanjaw lil tfal fil-bagis jew iġorru lit-tfal f’idejhom. Madankollu, għall-finijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, persuni b'mobilità mnaqqsa ma jinkludux persuni b’diżabilità psikika.



3. L-Artikolu 18(1c) ta' din id-Direttiva — Żoni pprovduti għall-użu minn persuni b'mobilità mnaqqsa

Iż-żoni pprovduti għall-użu minn persuni b'mobilità mnaqqsa jvarjaw minn, fl-iżjed każ sempliċi, iż-żona ta’ dħul sa postijiet mnejn tkun se ssir evakwazzjoni f’każ ta’ emerġenza. Dawn iż-żoni jinkludu:



  • postijiet fejn jinħażen tagħmir ta’ salvataġġ jew mnejn jinħareġ dan it-tagħmir f’każ ta’ emerġenza,

  • sits,

  • tojlit addattat kif xieraq (Nru 10 ta’ dawn il-linji gwida), u

  • kurituri ta' konnessjoni.

L-għadd ta’ sits għandu jikkorrispondi, tal-inqas bejn wieħed u ieħor, mal-għadd ta’ persuni nieqsa mill-mobilità li — fuq medda twila ta’ żmien — bl-iktar mod frekwenti jkunu abbord simultanjament. L-għadd għandu jiġi ddeterminat minn sid il-bastiment fuq il-bażi tal-esperjenza tiegħu, minħabba li dan ma jaqax fil-limitu tal-għarfien tal-awtorità kompetenti.

Fil-każ ta’ bastimenti bil-kabini, għandha tingħata konsiderazzjoni wkoll għall-kurituri ta' konnessjoni għall-kabini tal-passiġġieri użati minn persuni b'mobilità mnaqqsa. L-għadd ta’ dawn il-kabini għandu jiġi ddeterminat minn sid il-bastiment bl-istess mod kif ikun ġie ddeterminat l-għadd ta’ sits. Għajr għall-wisa' tal-bibien, l-ebda rekwiżiti mhuma imposti għall-arranġament speċjali tal-kabini. Hija r-responsabbiltà tas-sid biex iwettaq arranġamenti meħtieġa ulterjuri.



4. L-Artikolu 15.06 (3)(g) — Il-postijiet ta' ħruġ mill-kmamar

Fir-rigward tar-rekwiżiti għall-wisa’ tal-kurituri ta' konnessjoni, il-wisa' tal-bibien li minnhom isir il-ħruġ, u l-wisa' tal-fetħiet fil-murata jew il-puġġamani ta’ sikurezza maħsuba għall-użu minn persuni b'mobilità mnaqqsa, jew li s-soltu jintużaw għall-imbark jew l-iżbark ta’ persuni b'mobilità mnaqqsa, għandha tingħata kunsiderazzjoni wkoll tal-baggis u tal-fatt li jista’ jkun hemm persuni li jiddependu minn diversi tipi ta’ mezzi ta’ għajnuna għall-mixi jew minn siġġijiet bir-roti. Fil-każ tal-postijiet ta' ħruġ jew il-fetħiet għall-imbark jew l-iżbark għandu jitqies ukoll l-ispazju addizjonali meħtieġ għall-persunal li jkun qed jassisti.


1   ...   21   22   23   24   25   26   27   28   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət