Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə24/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   20   21   22   23   24   25   26   27   ...   32

(a) ir-Renu jew

(b) iż-żona R.

15. Din it-taqsima għandha timtela biss għal inġenji li fir-rigward tagħhom tal-inqas waħda mill-karatteristiċi 1.1 jew 1.2 jew 3 fil-punt 14 mhijiex imħassra, inkella t-tabella kollha għandha titħassar.

15.1. Fil-kolonna "figura tal-formazzjoni" tat-tabella, għandu jiddaħħal (jew għandhom jiddaħħlu) in-numru/i ta’ formazzjonijiet illustrati. Il-linji mingħajr entrati għandhom jitħassru.

Jistgħu jiġu llustrati aktar formazzjonijiet taħt “Formazzjonijiet oħra” u għandhom jingħataw id-deżinjazzjonijiet 18, 19, 20, eċċ.

Jekk ma jkunx jidher ċar mill-karatteristika “kapaċi jimbotta” fiċ-ċertifikat tal-bastiment preċedenti liema formazzjonijiet huma awtorizzati, il-entrata miċ-ċertifikat tal-bastiment preċedenti tista’ tiġi ttrasferita għall-punt 52. Għandu jidħol il-kliem “Ara l-Punt 52” fil-linja 1 tat-tabella “Formazzjonijiet awtorizzati”.

15.2. Agganċjar:

Għandhom jiddaħħlu biss id-dettalji tal-igganċjar bejn l-inġenju li jimbotta u s-sezzjoni mbuttata tal-konvoj.

17-20. Dettalji skont iċ-ċertifikat tat-tunnellaġġ fil-punti 17-19 sa żewġ punti deċimali u l-punt 20 mingħajr punti deċimali. It-tul u l-wisa’ globali jipprovdu d-dimensjonijiet massimi tal-inġenju inklużi l-partijiet iffissati li jipproġettaw ’il barra. It-Tul L u l-Wisa’ B jipprovdu d-dimensjonijiet massimi tal-buq (ara wkoll l-Artikolu 1.01 Id-definizzjonijiet).

21. It-tunnellaġġ gross għall-bastimenti tal-ġarr tal-merkanzija f’t skont iċ-ċertifikat ta’ tunnellaġġ għall-fundar massimu skont il-punt 19.

L-ispostament għall-inġenji l-oħra kollha f’m3. Jekk ma jkunx disponibbli ċ-ċertifikat ta’ tunnellaġġ, ikkalkula l-ispostament mill-multiplikazzjoni tal-koefficjent tal-blokk u t-tul LWL, il-wisa’ BWL u l-fundar medju b’immersjoni massima.

23. L-għadd ta’ postijiet tal-irmiġġ għall-passiġġieri disponibbli (inklużi sodod li jingħalqu u attrezzaturi simili).

24. Għandhom jiġu kkunsidrati biss paratiji trażversali li jestendu minn naħa waħda tal-bastiment san-naħa l-oħra.

26. Jekk applikabbli, għandhom jintużaw it-termini li ġejjin:


  • għatjiet tal-bokkaporti mħaddma bl-idejn;

  • għatjiet tal-bokkaporti jirrumblaw imħaddma bl-idejn;

  • għatjiet tal-bokkaporti jislajdjaw imħaddma bl-idejn;

  • għatjiet tal-bokkaporti jislajdjaw imħaddma mekkanikament;

  • għatjiet tal-bokkaporti mħaddma mekkanikament.

Tipi oħra ta’ għatjiet tal-bokkaporti għandhom jiddaħħlu bid-desinjazzjoni komunement aċċettata tagħhom.

Kull stiva bla għata tal-bokkaporti għandha tiġi elenkata, pereżempju, taħt il-punt 52.

28. Ċifra bla punt deċimali

30, 31 u 33 Kull binja għall-argnu għandha tingħadd bħala argnu wieħed, indipendentement mill-għadd ta’ ankri jew ċimi tal-irmonk li jkollha mqabbda magħha.

34. Taħt "Installazzjonijiet oħra" għandhom jiddaħħlu sistemi li ma jużawx pjanċi tat-tmun (pereżempju, sistemi ta’ skrejjen tat-tmun, skrejjen ċiklojdali, tagħmir li jimbotta l-pruwa).

Daħħal ukoll kwalunkwe magna awżiljari elettrika għal attwazzjoni manwali.

Fil-każ ta’ sistemi ta’ tagħmir li jimbotta l-pruwa, it-terminu “telekontrollat” jirreferi biss għat-telekontrolli operati mill-pożizzjoni tat-tmun fil-kabina tat-tmunier.

35. Għandhom jiddaħħlu biss il-valuri teoretiċi skont l-Artikolu 8.08 (2) u (3), l-Artikolu 15.01 (1)(c) u l-Artikolu 15.08 (5), u biss fejn għandhom x’jaqsmu inġenji li l-primi tagħhom inbnew wara l-31 ta' Diċembru 1984.

36. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ illustrazzjoni biex dan jiġi kkjarifikat.

37. Għandhom jiddaħħlu biss il-valuri teoretiċi mingħajr tnaqqis skont l-Artikolu 10.01(1)-(4).

38. Għandhom jiddaħħlu biss it-tulijiet minimi skont l-Artikolu 10.01(10) u s-saħħa tensili minima skont l-Artikolu 10.01(11).

39 u 40: Għandhom jiddaħħlu biss it-tulijiet minimi u l-valuri minimi tas-saħħa tensili kkalkulati mill-ġdid skont l-Artikolu 10.02(2).

42. Il-korp ta’ spezzjoni jista’ jżid xi elementi mal-lista ta’ tagħmir meħtieġ. Dawn l-elementi għandhom jiġu ġġustifikati bħala essenzjali għas-sikurezza ta’ bastiment fir-rigward tat-tip ta’ bastiment rispettiv jew iż-żona ta’ operazzjoni tiegħu. Iż-żidiet għandhom jiddaħħlu taħt il-punt 52.

Il-kolonna tax-xellug, ir-ringieli 3 u 4: għall-bastimenti tal-passiġġieri, l-ewwel element elenkat għandu jiġi maqtugħ u taħt it-tieni element elenkat għandu jiddaħħal it-tul tal-iskaletta kif stabbilit mill-korp ta’ spezzjoni. Għall-bastimenti l-oħra kollha, it-tieni element elenkat għandu jiġi maqtugħ għal kollox rispettivament, jekk il-korp ta’ spezzjoni jkun stabbilixxa tul iqsar minn dak previst bl-Artikolu 10.02 (2)(d), jitneħħa biss l-ewwel nofs u jiddaħħal it-tul tal-iskaletta.

Il-kolonna tax-xellug, ir-ringiela 6: hawn għandu jiddaħħal l-għadd ta' first aid kits preskritti skont l-Artikolu 10.02 (2)(f) u l-Artikolu 15.08 (9).

Il-kolonna tax-xellug, ir-ringiela 10: hawn għandu jiddaħħal l-għadd ta’ reċipjenti reżistenti għan-nar preskritti skont l-Artikolu 10.02 (1)(d) sa (f).

43. L-apparati għat-tifi tan-nar li jinġarru meħtieġa minn regolamenti oħrajn tas-sikurezza, pereżempju l-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija Perikoluża fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN), mhumiex inklużi hawnhekk.

44. Ir-ringiela 3: f’ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li għandhom jiġu estiżi qabel l-1.1.2010, jew l-1.1.2025 fejn ikun applikabbli l-Kapitlu 24a, il-punt “skont EN 395:1998 jew 396:1998” għandu jiġi maqtugħ f’każ li abbord ma jkunx hemm ġkieket tas-salvataġġ skont dan l-istandard.

Ir-ringiela 4: meta ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jiġu estiżi wara l-1.1.2015, jew l-1.1.2030 fejn ikun applikabbli l-Kapitlu 24a, jew jekk jitqiegħed dingi ġdid abbord, il-punt “b’sett ta’ mqadef, b’ħabel wieħed tal-irmiġġ u b'bejler” għandu jiġi maqtugħ. Il-punt “skont EN 1914:1997” għandu jiġi maqtugħ f’każ li abbord ma jkunx hemm dingi skont dan l-istandard.

46. Bħala regola ġenerali, operazzjoni kontinwa ma għandhiex tiddaħħal jekk ikun hemm nuqqas ta’ postijiet tal-irmiġġ jew jekk ikun hemm livelli ta’ ħoss eċċessivi.

50. L-espert għandu jiffirma biss jekk il-paġna 11 ikun imlieha hu innifsu.

52. Hawn jistgħu jingħataw kwalunkwe restrizzjonijiet, eżenzjonijiet u spjegazzjonijiet addizzjonali, jew ħwejjeġ simili, li japplikaw għall-punti individwali.



5. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

5.1. Ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna eżistenti

Ħlief għall-Artikolu 2.09(2), ma għandhom jingħataw ebda estensjonijiet għal ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna eżistenti.



5.2. Is-sostituzzjoni wara spezzjoni perjodika

Għandu jinħareġ ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara spezzjoni perjodika ta’ bastiment li għad m’għandux ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna konformi mal-mudell fl-Anness V, il-Parti 1. Għandhom japplikaw l-Artikolu 2.09(4) u l-Artikolu 2.17.



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 12

It-tankijiet tal-karburant fuq tagħmir li jżomm f’wiċċ l-ilma

(l-Artikolu 8.05(1) u l-Artikolu 17.02(1)(d) tal-Anness II)

Skont l-Artikolu 8.05(1), it-tankijiet tal-karburant għandhom jiffurmaw parti integrali mill-buq jew għandhom ikunu mqabbdin sodi miegħu.

It-tankijiet tal-karburant għall-magni ta’ apparat tax-xogħol fuq tagħmir li jżomm f’wiċċ l-ilma ma għandhomx għalfejn jiffurmaw parti integrali mill-buq jew ikunu mqabbdin sodi miegħu. Jistgħu jintużaw tankijiet mobbli, sakemm dawn ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:


  1. Dawn it-tankijiet ma għandhomx ikunu jesgħu aktar minn 1000 litru.

  2. It-tankijiet għandhom ikunu jistgħu jitqabbdu fis-sod biżżejjed u għandhom ikunu jistgħu jiġu ertjati.

  3. It-tankijiet għandhom ikunu magħmulin mill-azzar b’qafas li l-ħxuna tiegħu tkun waħda suffiċjenti u għandhom jiġu installati f’tilar għat-taqtir. Dan it-tilar għandu jitfassal b’mod li l-karburant li jnixxi mit-tankijiet ma jitħalliex jikkontamina l-passaġġi fuq l-ilma. It-tilar għat-taqtir jista’ ma jintużax jekk jintużaw tankijiet b’qafas doppju bi protezzjoni kontra t-taqtir jew li jkollhom sistema ta’ allarm kontra t-tnixxija u li jistgħu jimtlew biss permezz ta’ valv tat-twassil awtomatiku. Id-dispożizzjonijiet tal-punt 3 għandhom jitqiesu ssodisfati jekk il-kostruzzjoni tat-tank tkun iċċertifikata u approvata skont ir-regolamenti ta’ Stat Membru.

Għandu jkun hemm entrata xierqa fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 13

Il-ħxuna minima tal-buq tal-braken

(l-Artikolu 3.02(1) tal-Anness II)

Waqt l-ispezzjonijiet perjodiċi skont l-Artikolu 2.09 tal-braken li huma rmunkati b’mod esklussiv, il-korp ta’ spezzjoni jista’ jippermetti devjazzjonijiet minuri mill-Artikolu 3.02(1)(b) fejn għandha x’taqsam il-ħxuna minima tal-istruttura tal-buq. Id-devjazzjoni ma għandhiex tkun aktar minn 10 %, u l-ħxuna minima tal-buq mhux inqas minn 3 mm.

Id-devjazzjonijiet għandhom jitniżżlu fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Taħt il-punt 14 taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, għandha tapplika biss il-karatteristika Nru 6.2, “Irmunkat bħala inġenju mingħajr ebda qawwa motriċi proprja tiegħu”.

Il-karatteristiċi Nru 1 sa 5.3 u 6.1 għandhom jitħassru.

STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 14

(Titħalla vojta)



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 15

Il-manuvrar tar-rotta tal-bastiment bil-qawwa tiegħu proprja

(l-Artikolu 10.03b(2)(a), l-Artikolu 15.07(1), l-Artikolu 22a.05(1)(a) tal-Anness II)

1. Ir-rekwiżiti minimi għall-manuvrar tar-rotta tal-bastiment

Il-manuvrar tar-rotta tal-bastiment bil-qawwa tiegħu proprja skont l-Artikoli 10.03b(2)(a), 15.07(1) u 22a.05(1)(a) jitqies li hu suffiċjenti jekk — meta jintuża apparat fil-pruwa għall-immanuvrar — il-bastiment jew il-formazzjoni mbuttata mill-bastiment itellgħu veloċità ta' 6.5 km/siegħa f’relazzjoni mal-ilma u tista’ tiġi indotta rata ta’ ikkwartjar ta' 20°/min li tinżamm waqt tbaħħir b’veloċità ta’ 6.5 km/siegħa f’relazzjoni mal-ilma.



2. It-testijiet tan-navigazzjoni

Meta jiġu vverifikati r-rekwiżiti minimi għandu jiġi żgurat li jkun hemm konformità mal-Artikoli 5.03 u 5.04.



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 16

(Titħalla vojta)



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 17

Is-sistema xierqa ta' allarm kontra n-nar

(l-Artikolu 10.03b(3), l-Artikolu 15.11(17), l-Artikolu 22b.11 (1) tal-Anness II)

Is-sistemi tal-allarm għal kontra n-nar jitqiesu xierqa jekk ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:



0. KOMPONENTI

0.1. Is-sistemi tal-allarm għal kontra n-nar jinkludu:

a) is-sistema tad-detezzjoni tan-nar,

b) is-sistema tal-indikaturi tan-nar,

c) il-pannell tal-kontrolli,

kif ukoll il-provvista esterna ta’ enerġija.

0.2. Is-sistema tad-detezzjoni tan-nar tista’ tkun maqsuma f'żona ta’ nar waħda jew f’diversi żoni.

0.3. Is-sistema tal-indikaturi tan-nar jista’ jkollha tagħmir indikattiv wieħed jew aktar.

0.4. Il-pannell tal-kontrolli huwa l-unità ta’ kontroll ċentrali tas-sistema tal-allarm kontra n-nar. Il-pannell għandu jinkludi wkoll partijiet tas-sistema tal-indikaturi tan-nar (jiġifieri, tagħmir indikattiv).

0.5. Żona tad-detezzjoni tan-nar jista’ jkollha skopritur tan-nar wieħed jew aktar.

0.6. L-iskoprituri tan-nar jistgħu jkunu:

(a) skoprituri tas-sħana;

(b) skoprituri tad-duħħan;

(c) skoprituri tal-jone;

(d) skoprituri tal-fjammi;

(e) kombinazzjoni ta’ skoprituri (skoprituri tan-nar li jikkombinaw tnejn jew aktar mill-iskoprituri elenkati f’a) sa d)).

L-iskoprituri li jirreaġixxu għal fatturi oħra li jindikaw il-bidu ta’ nar jistgħu jiġu approvati mill-korp ta’ spezzjoni sakemm dawn l-iskoprituri ma jkunux inqas sensittivi mill-iskoprituri msemmija taħt a) sa e).

0.7. L-iskoprituri tan-nar jistgħu jiġu installati:

a) bi jew

b) mingħajr

identifikazzjoni individwali.

1. IR-REKWIŻITI TAL-KOSTRUZZJONI

1.1. Ġenerali

1.1.1. Is-sistemi ta’ allarm kontra n-nar obbligatorji għandhom ikunu jitħallew jaħdmu l-ħin kollu.

1.1.2. L-iskoprituri tan-nar meħtieġa skont il-punt 2.2 għandhom ikunu awtomatiċi. Jistgħu jiġu installati skoprituri tan-nar addizzjonali li jkunu jaħdmu bl-idejn.

1.1.3. Is-sistema u l-komponenti tagħha għandhom ikunu kapaċi jifilħu għal flattwazzjonijiet u tlugħ f’daqqa fil-vultaġġ, bidliet fit-temperatura ambjentali, vibrazzjonijiet, umdità, xokkijiet, impatti u therrija bħal ma wieħed jistenna li jiġru ta’ spiss fuq bastimenti.



1.2. Il-provvista tal-enerġija

1.2.1. Is-sorsi tal-enerġija u ċ-ċirkuwiti elettriċi meħtieġa għat-tħaddim tas-sistema tal-allarm kontra n-nar għandu jkollhom il-monitoraġġ proprju tagħhom. Kwalunkwe ħsara li tinqala’ għandha tattiva sinjal ta’ allarm viżwali u akustiku fuq il-pannell tal-kontrolli, li jkun jista’ jingħażel minn sinjal ta' allarm kontra n-nar.

1.2.2. Tal-inqas għandu jkun hemm żewġ sorsi ta’ enerġija għall-parti elettrika tas-sistema ta' allarm kontra n-nar; wieħed minn dawn is-sorsi għandu jkun sistema ta’ enerġija għall-emerġenza (jiġifieri, sors ta’ enerġija ta’ emerġenza u swiċċbord ta’ emerġenza). Għandu jkun hemm żewġ sorsi ta’ kurrent separati esklussivament għal dan il-għan. Dawn ikunu jwasslu għal swiċċ awtomatiku fi jew qrib tal-pannell ta’ kontrolli tas-sistema ta’ allarm kontra n-nar. Abbord bastimenti ta’ vjaġġ ta’ ġurnata li t-tul tagħhom iwassal sa 25 m LWL u abbord bastimenti bil-mutur, provvista separata ta’ enerġija ta’ emerġenza hija biżżejjed.

1.3. Is-sistema ta' detezzjoni tan-nar

1.3.1. L-iskoprituri tan-nar għandhom ikun miġbura fi grupp f’żoni ta’ detezzjoni tan-nar.

1.3.2. Is-sistemi ta’ detezzjoni tan-nar ma għandhom jintużaw għal ebda skop ieħor. B’deroga, l-għeluq tal-bibien skont l-Artikolu 15.11(8) u funzjonijiet simili jistgħu jiġu attivati u indikati fuq il-pannell tal-kontrolli.

1.3.3. Is-sistemi ta’ detezzjoni tan-nar għandhom jitfasslu b’mod li l-ewwel allarm ta’ nar indikat ma jfixkilx l-allarmi tan-nar skattati minn skoprituri oħra.



1.4 Iż-żoni tad-detezzjoni tan-nar

1.4.1. Meta l-iskoprituri tan-nar ma jkunux jistgħu jiġi teleidentifikati individwalment, żona tad-detezzjoni tan-nar ma għandhiex tissorvelja aktar minn gverta waħda. Dan ma japplikax għal żona tad-detezzjoni tan-nar li tissorvelja tromba tat-taraġ magħluqa minn kullimkien.

Sabiex jiġi evitat id-dewmien fid-detezzjoni tal-oriġini tan-nar, l-għadd ta’ spazji magħluqa inklużi f’kull waħda miż-żoni tad-detezzjoni tan-nar għandu jkun limitat. Ma għandux ikun hemm aktar minn ħamsin spazju magħluq f’żona tad-detezzjoni tan-nar waħda.

Meta sistema tad-detezzjoni tan-nar tkun mgħammra b’awtoidentifikazzjoni ta’ skoprituri tan-nar individwali, iż-żoni tad-detezzjoni tan-nar jistgħu jissorveljaw diversi gvieret u kwalunkwe għadd ta' spazji magħluqa.

1.4.2. Abbord bastimenti tal-passiġġieri li mhumiex mgħammra b’sistema ta’ skopertura ta’ nar b’identifikazzjoni remota ta’ skoprituri tan-nar individwali, żona tad-detezzjoni tan-nar ma għandhiex tinkludi aktar mill-erja kkostitwita skont l-Artikolu 15.11(10). L-attivazzjoni ta’ skopritur tan-nar f’kabina individwali f’din iż-żona tad-detezzjoni tan-nar għandha tiskatta sinjal viżwali u akustiku fil-passaġġ barra dik il-kabina.

1.4.3. Il-kċejjen, il-kmamar tal-magni u l-kmamar tal-bojlers għandhom jikkostitwixxu żoni tad-detezzjoni tan-nar separati.



1.5. L-iskoprituri tan-nar

1.5.1. Għandhom jintużaw biss bħala skoprituri tan-nar skoprituri tas-sħana, tad-duħħan u tal-jone. Tipi oħra jistgħu jintużaw biss bħala skoprituri addizzjonali.

1.5.2. L-iskoprituri tan-nar għandu jkollhom l-approvazzjoni tat-tip.

1.5.3. L-iskoprituri tan-nar awtomatiċi kollha għandhom jitfasslu b’mod li jkunu jistgħu jiġu ttestjati biex jiġi żgurat li jkunu qed jaħdmu sewwa u li f’każ ta’ ħsara jkunu jistgħu jissewwew mingħajr ma jkun hemm ħtieġa ta’ bdil ta’ komponenti.

1.5.4. L-iskoprituri tad-duħħan għandhom jiġu ssettjati biex jirreaġixxu għal tnaqqis ta’ aktar minn 2 % sa 12,5 % fil-viżibbiltà kull metru minħabba d-duħħan. L-iskoprituri tad-duħħan installati fil-kċejjen, il-kmamar tal-magni u l-kmamar tal-bojlers għandhom jirreaġixxu fl-ambitu tal-limiti ta’ sensittività li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-korp ta’ spezzjoni, skont liema limiti għandhom jiġu evitati skoprituri li huma jew sensittivi wisq jew li mhumiex sensittivi biżżejjed.

1.5.5. L-iskoprituri tas-sħana għandhom jiġu ssettjati biex b’rati ta’ żieda fit-temperatura ta’ anqas minn 1 °C/min jirreaġixxu f’temperaturi ta’ bejn 54 °C u 78 °C.

B’rati ogħla ta’ żieda fit-temperatura, l-iskopritur tas-sħana għandu jirreaġixxi fl-ambitu tal-limiti ta’ temperatura fejn is-sensittività nieqsa jew is-sensittività żejda tal-iskopritur tas-sħana huma evitati.

1.5.6. Bi ftehim mal-korp ta’ spezzjoni, it-temperatura operattiva permissibbli tal-iskoprituri tan-nar tista’ tiżdied għal 30 °C ogħla mit-temperatura massima fil-parti ta' fuq tal-kmamar tal-magni u l-bojlers.

1.5.7. Is-sensittività tal-iskoprituri tal-fjammi għandha tkun biżżejjed biex jiġu skoperti l-fjammi kontra sfond mixgħul. L-iskoprituri tal-fjammi għandhom ikunu mgħammra wkoll b’sistema għall-identifikazzjoni ta’ allarmi foloz.

1.6. Is-sistemi tad-detezzjoni tan-nar u l-pannell tal-kontrolli

1.6.1. L-attivazzjoni ta’ skopritur tan-nar għandha tiskatta sinjal ta’ allarm tan-nar viżwali u akustiku fuq il-pannell tal-kontrolli u t-tagħmir ta' indikaturi.

1.6.2. Il-pannell tal-kontrolli u t-tagħmir tal-indikaturi għandhom ikunu f’post il huwa mgħasses il-ħin kollu mill-ekwipaġġ jew mill-perunal ta’ abbord. Għandu jkun hemm indikatur fil-pożizzjoni tat-tmun.

1.6.3. It-tagħmir tal-indikaturi għandu jindika tal-inqas iż-żona tad-detezzjoni tan-nar li fiha jkun ġie attivat skopritur tan-nar.

1.6.4. Fuq jew ħdejn kull tagħmir tal-indikaturi għandu jkun hemm informazzjoni ċara dwar iż-żoni ssorveljati u dwar fejn ikunu jinsabu ż-żoni tad-detezzjoni tan-nar.

2. IR-REKWIŻITI TAL-INSTALLAZZJONI

2.1. L-iskoprituri tan-nar għandhom jiġu installati b’mod li jiġi żgurat l-aħjar tħaddim possibbli tas-sistema. Postijiet qrib il-puntali tal-gvieret u x-xaftijiet tal-ventilazzjoni jew f’posijiet oħra fejn il-kurrenti tal-arja jista’ jkollhom effett negattiv fuq l-operat tas-sistema u postijiet fejn teżisti probabbiltà għolja ta’ impatti u ħsarat mekkaniċi għandhom jiġu evitati.

2.2. Ġeneralment, l-iskoprituri tan-nar installati mas-saqaf għandhom ikunu mill-inqas 0,5 metri ’l bogħod mill-paratiji. Id-distanza massima bejn l-iskoprituri tan-nar u l-paratiji għandha tkun konformi mat-tabella li ġejja:

It-tip ta’ skopritur tan-nar

L-erja massima tal-wiċċ tal-art għal kull skopritur tan-nar

Id-distanza massima bejn l-iskoprituri tan-nar

Id-distanza massima bejn l-iskoprituri tan-nar u l-paratiji

Is-sħana

37 m2

9 m

4,5 m

Duħħan

74 m2

11 m

5,5 m

Il-korp ta’ spezzjoni jista’ jistipula jew japprova distanzi oħra fuq il-bażi ta’ testijiet li jipprovdu xhieda tal-karatteristiċi tal-iskoprituri.

2.3. Il-mogħdija tal-kejbils elettriċi għas-sistema tal-allarm ta' kontra n-nar minn gewwa l-kmamar tal-magni u l-bojlers jew minn żoni oħra b’riskju għoli ta’ mar mhijiex awtorizzata sakemm dan ma jkunx meħtieġ għad-detezzjoni tan-nar f’dawk iż-żoni jew għall-konnessjoni ma’ provvista tal-enerġija korrispondenti.

3. IT-TEST GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1 Is-sistemi ta' allarm kontra n-nar għandhom jiġu kkontrollati minn espert:

(a) qabel jiddaħħlu fis-servizz għall-ewwel darba,

(b) qabel jiddaħħlu lura fis-servizz wara kull modifika jew tiswija kbira,

(c) regolarment, mill-inqas kull sentejn.

Fil-każ tal-kmamar tal-magni u l-kmamar tal-bojlers, dawn il-kontrolli għandhom isiru taħt kundizzjonijiet differenti tal-operat tal-magni u taħt kundizzjonijiet ta' ventilazzjoni li jinbidlu. L-ispezzjonijiet imsemmija fis-subsezzjoni (c) jistgħu jitwettqu wkoll minn persuna kompetenti minn impriża kompetenti li tispeċjalizza f'sistemi tat-tifi tan-nar.

3.2 Għandu jinħareġ ċertifikat ta' spezzjoni, li jkun iffirmat mill-espert jew mill-persuna kompetenti u li juri d-data tal-ispezzjoni.

STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 18

Il-prova tal-kapaċità għaż-żamma f’wiċċ l-ilma, l-inklinazzjoni lonġitudinali, u l-istabilità ta’ partijiet separati ta’ bastiment

(l-Artikolu 22a05(2), flimkien mal-Artikolu 22.02 u l-Artikolu 22.03 tal-Anness II)

1. Meta tiġi stabbilita prova tal-kapaċità għaż-żamma f’wiċċ l-ilma, l-inklinazzjoni lonġitudinali, u l-istabilità tal-partijiet ta’ bastiment li ġew separati skont l-Artikolu 22a.05(2)(a), għandu jiġi preżunt li kull waħda miż-żewġ partijiet inħattet parzjalment jew għal kollox minn qabel jew li l-kontejners li jestendu lil hinn mill-muxillara tal-bokkaport kienu mħarsa miż-żliq b’mod xieraq.

2. Għal kull waħda miż-żewġ partijiet għandhom għalhekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin meta jsir kalkolu tal-istabiltià skont l-Artikolu 22.3 (Kundizzjonijiet tal-limitu u metodu tal-kalkolu għall-konferma ta’ stabilità għat-trasport ta’ kontejners marbutin):


  • l-għoli metaċentriku MG ma għandux ikun anqas minn 0,50 m.

  • għandu jkun hemm wisa' ħieles għas-sikurezza residwu ta’ 100 mm,

  • il-veloċità li trid titqies għandha tkun 7 km/siegħa,

  • il-pressjoni tar-riħ għandha titqies li hi 0,01 t/m2.

3. Ma hemmx għalfejn ikun hemm konformità mal-angolu tat-timjil (≤ 5°) min-naħa tal-partijiet tal-bastiment separati skont l-Artikolu 22a.05(2) minħabba li dan l-angolu — li jirriżulta mill-koeffiċjent tal-frizzjoni — kien speċifikat għall-kontejners mhux marbutin.

L-angolu tat-timjil li jirriżulta mill-uċuħ ħielsa okkupati mil-likwidi għandu jitqies skont il-formula mogħtija fl-Artikolu 22.02(1)(e).

4. Ir-rekwiżiti stipulati fil-punti 2 u 3 għandhom jitqiesu bħala li ġew issodisfati jekk, għal kull waħda miż-żewġ partijiet, ir-rekwiżiti tal-istabilità stipulati fit-Taqsima 9.1.0.95.2 tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija Perikoluża fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN) ikunu ssodisfati.

STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 19

(Titħalla vojta)



STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 20

It-tagħmir għall-bastimenti li għandu jitħaddem skont l-istandards S1 u S2

(l-Artikolu 23.09 tal-Anness II)

1. INTRODUZZJONI ĠENERALI

Skont l-Artikolu 23.09(1) tal-Anness II, il-bastimenti maħsuba biex joperaw skont l-istandards S1 u S2 għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu. Skont l-Artikolu 23.09(1) il-korp ta’ spezzjoni għandha tikkonferma fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li l-bastiment jikkonforma ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Dawn id-dispożizzjonijiet huma rekwiżiti supplimentari għat-tagħmir li japplikaw b’żieda mar-rekwiżiti li magħhom għandu jikkonforma l-bastiment biex ikun jista' jinħariġlu ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23.09 li jistgħu jiġu interpretati f’diversi modi se jiġu ċċarati f’din l-Istruzzjoni amministrattiva. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23.09(1) tal-Anness II għandhom jiġu interpretati kif ġej:

1   ...   20   21   22   23   24   25   26   27   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət