Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə19/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   15   16   17   18   19   20   21   22   ...   32

Tabella 5

Artikolu u parag

rafu


Kontenut

Limitu ta' żmien u kummenti

KAPITOLU 3







3.03(1)

Il-paratiji ta' kolliżjonit li ma jagħmlux ilma

NRC

3.03(2)

L-akkomodazzjonijiet, l-installazzjonijiet ta' sikurezza

NRC

3.03(5)

Il-fetħiet fil-paratiji li ma jagħmlux ilma

NRC

3.04(2)

L-uċuħ tal-bunkers

NRC

3.04(7)

Il-livell massimu ta' pressjoni tal-ħoss permissibbli fil-kmamar tal-magni

NRC

KAPITOLU 4







4.01

Il-wisa' ħieles għas-sikurezza

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara t-30 ta' Diċembru 2019

4.02

Il-freeboard

NRC

KAPITOLU 6







6.01(3)

Ir-rekwiżiti tas-sistema tat-tmun

NRC

KAPITOLU 7







7.01(2)

Il-livell massimu permissibbli ta' pressjoni tal-ħoss fil-kabina tat-tmunier

NRC

7.05(2)

Il-monitoraġġ tad-dwal tan-navigazzjoni

NRC

7.12

Il-kabini tat-tmunier jitreġġgħu lura

NRC

KAPITOLU 8







8.01(3)

Il-projbizzjoni ta' ċerti karburanti likwidi

NRC

8.04

Is-sistema tal-egżost tal-magna

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

8.05(13)

L-apparat tal-allarm għal-livell ta' mili tal-karburant

NRC

8.08(2)

It-tagħmir bil-pompi tas-sentina

NRC

8.08(3) u (4)

Id-dijametru u l-kapaċità tal-ippumpjar tal-pompi tas-sentina

NRC

8.08(5)

Il-pompi tas-sentina li huma self-priming

NRC

8.08(6)

It-tagħmir bil-passaturi

NRC

8.08(7)

It-tagħmir li jista' jingħalaq b'mod awtomatiku lejn il-poppa

NRC

8.10(2)

L-istorbju li joħroġ mill-inġenju

NRC

KAPITOLU 9







9.01(2)

Iċ-ċertifikati għal tagħmir elettriku

NRC

9.01(3)

L-installazzjoni tat-tagħmir elettriku

NRC

9.06

Il-vultaġġ massimu permissibbli

NRC

9.10

Il-ġeneraturi u l-muturi

NRC

9.11(2)

L-akkumulaturi

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara t-30 ta' Diċembru 2029

9.12(2)

Is-swiċċijiet, l-istrumenti protettivi

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara t-30 ta' Diċembru 2029

9.14(3)

L-iswiċċjar simultanju

NRC

9.15

Il-kejbils

NRC

9.16(3)

Id-dawl fil-kmamar tal-magni

NRC

9.17(1)

L-iswiċċbords għad-dwal tan-navigazzjoni

NRC

9.17(2)

Il-provvistà tal-enerġija għad-dwal tan-navigazzjoni

NRC

KAPITOLU 10







10.01(9)

Il-murinell tal-ankra

NRC

10.04(1)

Id-dingis skont l-istandard

NRC

10.05(1)

Is-salvawomi skont l-istandard

NRC

10.05(2)

Il-ġkieket tas-salvataġġ skont l-istandard

NRC

KAPITOLU 11







11.11(2)

Is-sikurezza tal-argni

NRC

KAPITOLU 12







12.02(13)

Il-pajpijiet li jġorru gassijiet jew likwidi perikolużi

NRC

Artikolu 24a.04

(Jitħalla vojt)

Artikolu 24a.05
Id-dispożizzjoni tranżitorja applikabbli għall-Artikolu 2.18

L-Artikolu 24.08 għandu japplika mutatis mutandis.



Appendiċi I

IS-SINJALI TAS-SIKUREZZA

Figura 1

Dħul ipprojbit għal persuni mhux awtorizzati





Kulur: aħmar / abjad / iswed

Figura 2

In-nar, il-fjamma mikxufa u t-tipjip huma projbiti





Kulur: aħmar / abjad / iswed

Figura 3

L-appart għat-tifi tan-nar





Kulur: aħmar / abjad




Figura 4

Twissija ta' periklu ġenerali





Kulur: iswed / isfar

Figura 5

Il-manka għat-tifi tan-nar





Kulur: aħmar / abjad

Figura 6

L-installazzjoni tat-tifi tan-nar





Kulur: aħmar / abjad

Figura 7

Ilbes apparat ta' protezzjoni akustika





Kulur: blu / abjad




Figura 8

Il-kaxxa tal-ewwel għajnuna





Kulur: aħdar / abjad

Figura 9

Valv li jagħlaq malajr (quick-closing valve) fuq it-tank 





Kulur: kannella / abjad

Figura 10

Ilbes ġakketta tas-salvataġġ





Kulur

Blu / abjad


Is-simboli attwalment użati jistgħu jvarjaw xi ftit mir-rappreżentazzjonijiet grafiċi f'dan l-Appendiċi jew ikunu aktar dettaljati minnhom, dment li s-sens ma jinbidilx u li l-ebda differenza u modifiki ma jġibu s-sens li ma jinftiehemx.



Appendiċi II

L-istruzzjonijiet amministrattivi

Nru 1

:

Ir-rekwiżiti marbuta mal-kapaċità għat-teħid ta’ azzjoni evażiva u mal-kapaċità għall-ikkwartjar

Nru 2

:

Ir-rekwiżiti għall-veloċità (’il quddiem) preskritta, il-kapaċità għall-waqfien u l-kapaċità għall-mixi b'lura tal-bastiment

Nru 3

:

Ir-rekwiżiti għas-sistemi tal-igganċjar u l-apparat tal-igganċjar għal inġenji addattati biex isuqu jew jinsaqu f'muntaġġ riġidu

Nru 4

:

L-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tranżitorji

Nru 5

:

Il-kejl tal-ħoss

Nru 6

:

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Kapitolu 15

Nru 7

:

L-ankri speċjali b’massa mnaqqsa

Nru 8

:

Ir-robustezza tat-twieqi mqalfta

Nru 9

:

Ir-rekwiżiti għall-bexxiexi tal-ilma awtomatiċi li jaħdmu bl-arja kkumpressata

Nru 10

:

Titħalla vojta

Nru 11

:

Il-mili taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Nru 12

:

It-tankijiet tal-karburant fuq tagħmir li jżomm f’wiċċ l-ilma

Nru 13

:

Il-ħxuna minima tal-buq tal-braken

Nru 14

:

Titħalla vojta

Nru 15

:

Il-manuvrar tar-rotta tal-bastiment bil-qawwa tiegħu proprja

Nru 16

:

Titħalla vojta

Nru 17

:

Is-sistema xierqa ta’ allarm kontra n-nar

Nru 18

:

Il-prova tal-kapaċità għaż-żamma f’wiċċ l-ilma, l-inklinazzjoni lonġitudinali, u l-istabilità ta’ partijiet separati ta’ bastiment

Nru 19

:

Titħalla vojta

Nru 20

:

It-tagħmir għall-bastimenti li għandu jitħaddem skont l-istandards S1 u S2

Nru 21

:

Ir-rekwiżiti għal sorsi ta’ dawl installati fil-baxx

Nru 22

:

Il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ sikurezza għall-persuni nieqsa mill-mobilità

Nru 23

:

L-applikazzjoni tal-magna koperta mill-approvazzjoni tat-tip xierqa

Nru 24

:

It-tagħmir xieraq ta’ twissija kontra l-gass

Nru 25

:

Il-kejbils tal-elettriku

Nru 26




L-esperti/il-persuni kompetenti

Nru 27




L-inġenji rikreattivi

Nota:

Skont l-Artikolu 5(7) tad-Direttiva, għal suġġetti koperti mill-Anness IV, kull Stat Membru jista’ jippermetti rekwiżiti inqas riġidi għall-valuri rispettivi indikati fl-istruzzjonijiet amministrattivi li ġejjin għal inġenji tal-baħar li joperaw b’mod esklussiv fil-passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 3 u ż-Żona 4 fit-territorju tiegħu.

Skont l-Artikolu 5(1) u (3) tad-Direttiva, għal suġġetti koperti mill-Anness III, kull Stat Membru jista’ jadotta rekwiżiti aktar riġidi għall-valuri rispettivi indikati fl-istruzzjonijiet amministrattivi li ġejjin għal inġenji tal-baħar li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 1 u ż-Żona 2 fit-territorju tiegħu.

STRUZZJONI AMMINISTRATTIVA Nru 1

Ir-rekwiżiti marbuta mal-kapaċità għat-teħid ta’ azzjoni evażiva u mal-kapaċità għall-ikkwartjar

(L-Artikoli 5.09 u 5.10 flimkien mal-Artikoli 5.02(1), 5.03(1), 5.04 u 16.06 tal-Anness II)

1. Il-kundizzjonijiet ġenerali u l-kundizzjonijiet estremi marbuta mal-ittestjar tal-azzjoni evażiva

1.1. Skont l-Artikolu 5.09, il-bastimenti u l-konvojs għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni evażiva kmieni u x-xhieda tal-kapaċità għal tali azzjoni għandha tkun il-manuvri ta’ azzjoni evażiva fiż-żona tal-ittestjar skont l-Artikolu 5.03. Il-provi għal dan għandhom ikunu munuvri simulati ta’ azzjoni evażiva għan-naħa tax-xellug ('port') u n-naħa tal-lemin ('starboard') tal-bastiment b’valuri preskritti li permezz tagħhom għandha tiġi stabbilita konformità ma’ ċertu limitu ta’ ħin għal veloċitajiet speċifiċi ta’ kkwartjar b’reazzjoni għal bdil fir-rotta u mbagħad l-ikkontrollar tat-tmun.

Matul l-ittestjar, għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima 2 permezz taż-żamma ta’ spazju ħieles għall-prim ta’ mill-inqas 20 % tal-fundar, imma mhux anqas minn 0,50 m.

2. Proċedura tal-ittestjar tal-azzjoni evażiva u r-reġistrazzjoni tad-dejta

(Id-dijagramma fl-Anness 1)

2.1. Il-manuvri tal-azzjoni evażiva għandhom jitwettqu kif ġej:

Bil-bastiment jew il-konvoj ibaħħru b’veloċità kostanti ta’ V0 = 13 km fis-siegħa f’relazzjoni mal-ilma, fil-bidu tal-manuvra (ħin t0 = 0 s, veloċità tal-ikkwartjar r = 0°/min, angolu tat-tmun δ0 = 0°, veloċità tal-magna miżmuma kostanti), l-azzjoni evażiva għax-xellug jew għal-lemin tal-bastiment għandha tinbeda bit-tidwir tat-tmun. It-tmun għandu jiġi ssettjat f’angolu δ, jew l-unità tat-tmun f'angolu ta' δa fil-każ ta’ tagħmir ta’ tmun attiv, fil-bidu tal-manuvra, skont l-indikazzjonijiet mogħtija fil-punt 2.3. L-angolu tat-tmun δ (pereżempju, 20° għal-lemin) għandu jinżamm sakemm jintlaħaq il-valur r1 tal-veloċità tal-ikkwartjar imsemmija fil-punt 2.2 għad-dimensjonijiet korrispondenti tal-bastiment jew il-konvoj. Meta tintlaħaq il-veloċità tal-ikkwartjar r1, il-ħin t1 għandu jiġi rreġistrat u t-tmun jiġi ssettjat fl-istess angolu fuq in-naħa opposta (pereżempju, 20° għax-xellug) biex b’hekk jitwaqqaf l-ikkwartjar u jibda l-ikkwartjar fid-direzzjoni opposta, jiġifieri, biex il-veloċità tal-ikkwartjar titnaqqas għal r2 = 0 u mbagħad titħalla terġa’ titla’ għall-valur mogħti fil-punt 2.2. Meta tintlaħaq il-veloċità tal-ikkwartjar r2 = 0, għandu jiġi rreġistrat il-ħin t2. Meta tintlaħaq il-veloċità tal-ikkwartjar r3 mogħtija fil-punt 2.2, it-tmun għandu jiġi ssettjat fid-direzzjoni opposta fl-istess angolu δ, biex b’hekk jitwaqqaf il-moviment tal-ikkwartjar. Il-ħin t3 għandu jiġi rreġistrat. Meta tintlaħaq il-veloċità tal-ikkwartjar r4 = 0, għandu jiġi rreġistrat il-ħin t4 u l-bastiment jew il-konvoj għandhom jiddawru lura għar-rotta oriġinali tagħhom.

2.2. Għandha tiġi stabbilita konformità mal-valuri tal-limiti li ġejjin biex tintlaħaq veloċità tal-ikkwartjar r4 skont id-dimensjonijiet tal-bastimenti jew il-konvojs u l-fond tal-ilma h:




Id-dimensjonijiet tal-bastimenti jew konvojs

L × B


Il-veloċità tal-ikkwartjar meħtieġa

r1 = r3 (°/min)



Valuri tal-limitu għall-ħin t4 (s) f’baħar baxx u f'baħar fond

δ = 20°

δ = 45 °

1,2 ≤ h/T ≤ 1,4

1,4 < h/T < 2

h/T > 2

1

Il-bastimenti bil-mutur kollha; konvojs wieħed wieħed f’filliera ≤ 110 × 11,45

20°/min

28 °/min

150 s

110 s

110 s

2

Konvojs wieħed wieħed f’filliera sa 193 × 11,45 jew konvojs wieħed ma’ ġenb l-ieħor sa 110 × 22,90

12 °/min

18 °/min

180 s

130 s

110 s

3

Konvojs wieħed ma’ ġenb l-ieħor f'pari ≤ 193 × 22,90

8 °/min

12 °/min

180 s

130 s

110 s

4

Konvojs wieħed ma’ ġenb l-ieħor pari sa 270 × 22,90 jew konvojs tlieta ma’ ġenb xulxin sa 193 × 34,35

6 °/min

8 °/min

30

31

32

Il-ħinijiet t1, t2, t3 u t4 meħtieġa biex jintlaħqu l-veloċitajiet tal-ikkwartjar r1, r2, r3 u r4 għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport dwar il-kejl tal-Anness 2. Il-valuri t4 ma għandhomx jaqbżu l-limiti mogħtija fit-tabella.

2.3. Għandhom jitwettqu tal-inqas erba’ manuvri ta’ azzjoni evażiva, li huma:

waħda għal-lemin tal-bastiment bit-tmun fl-angolu δ = 20 °

waħda għax-xellug tal-bastiment bit-tmun fl-angolu δ = 20 °

waħda għal-lemin tal-bastiment bit-tmun fl-angolu δ = 45 °

waħda għax-xellug tal-bastiment bit-tmun fl-angolu δ = 45°

Jekk ikun meħtieġ (pereżempju fil-każ ta’ inċertezza dwar il-valuri mkejla jew ta’ manuvri li ma jkunux sodisfaċenti), il-manuvri ta’ azzjoni ta’ evażjoni għandom jerġgħu jsiru. Għandu jkun hemm konformità mal-veloċitajiet tal-ikkwartjar mogħtija fil-punt 2.2 u mal-limiti tal-ħin. Għal tagħmir ta’ tmun attiv jew għal tipi speċjali ta’ tmun għandhom jingħażlu pożizzjoni δa tal-unità tat-tmun jew angolu tat-tmun δa ħlief għal δ = 20° u δ = 45°, f’konformità mal-valutazzjoni tal-espert, skont it-tip ta’ sistema tat-tmun.

2.4. Sabiex tiġi ddeterminata l-veloċità tal-ikkwartjar, għandu jkun hemm abbord indikatur tar-rata tal-ikkwartjar n skont l-Anness VIII ta' din id-Direttiva.

2.5. Skont l-Artikolu 5.04, il-kundizzjoni tat-tagħbija waqt il-manuvra tal-azzjoni tal-evażjoni għandha tkun bejn 70 % u 100 % tal-piż mejjet massimu. Jekk l-ittestjar jitwettaq b’tagħbija eħfef, l-approvazzjoni għal navigazzjoni fid-direzzjoni tax-xmara u lejn għajn ix-xmara għadha tkun ristretta għal dak il-limitu ta’ tagħbija.

Il-proċedura għall-manuvri ta’ azzjoni evażiva u t-termini użati jidhru fid-dijagramma fl-Anness 1.


1   ...   15   16   17   18   19   20   21   22   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət