Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə15/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   11   12   13   14   15   16   17   18   ...   32

KAPITOLU 16

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-INĠENJI MAĦSUBA BIEX JIFFURMAW PARTI MINN KONVOJ IMBUTTAT JEW IRMUNKAT JEW MINN FORMAZZJONI ĠENB MA' ĠENB

Artikolu 16.01
L-inġenji adatti biex jimbuttaw

  1. Inġenji li għandhom jintużaw għall-iskopijiet ta' mbuttar għandu jkollhom strument tal-imbottar adatt. Għandhom ikunu ddisinnjati u mgħammra b'tali mod illi:

(a) jippermettu lill-ekwipaġġ sabiex faċilment u mingħajr periklu jaqsmu għall-inġenju mbuttat bl-apparati tal-igganċjar imqabbda;

(b) jippermettulhom jokkuppaw pożizzjoni fissa fir-rigward tal-inġenju imqabbad;

(c) jevitaw ċaqliq relattiv bejn l-inġenji nnifishom.


  1. Jekk l-inġenji jkunu mqabbda flimkien b'kejbils, l-irmonkjatur li jimbotta għandu jkun mgħammar b'tal-inqas żewġ argni speċjali jew apparati tal-igganċjar ekwivalenti sabiex jissikkaw iċ-ċim.

  2. L-apparati tal-igganċjar għandhom jippermettu li jkun iffurmat muntaġġ riġidu mal-inġenju mbuttat.

Fejn il-konvojs jikkonsistu f'rimonkjatur li jimbotta u inġenju mbuttat wieħed, l-apparati tal-igganċjar jistgħu jippermettu artikolazzjoni kontrollata. L-unitajiet li jmexxu neċessarji għandhom jassorbu l-forzi li għandhom jintbagħtu u għandhom ikunu jistgħu jiġu kkontrollati b'mod faċli u sikur. L-Artikoli 6.02 sa 6.04 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawn l-unitajiet li jmexxu.

  1. Jista' ma jkunx hemm il-paratija ta' kolliżjoni msemmija fl-Artikolu 3.03(1)(a), għar-rimonkjaturi li jimbuttaw.

Artikolu 16.02
L-inġenji adatti biex jiġu mbuttati

  1. Dan li ġej ma għandux japplika għal ċattri mingħajr sistema tat-tmun, akkomodazzjoni, kmamar tal-magni jew tal-bojlers:

(a) il-Kapitoli 5 sa 7 u 12;

(b) l-Artikolu 8.08 (2) sa (8), l-Artikolu 10.02 u l-Artikolu 10.05 (1).

Jekk is-sistemi tat-tmun, l-akkomodazzjoni, il-kmamar tal-magni u tal-bojlers ikunu preżenti r-rekwiżiti rilevanti ta' dan l-Anness għandhom japplikaw għalihom.


  1. Minbarra dan, ċattri li jinġarru minn bastiment li t-tul L tiegħu ma jaqbiżx l-40 m għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) jista' ma jkunx hemm il-paratiji tal-ħbit imsemmija fl-Artikolu 3.03 (1), jekk l-uċuħ ta' quddiem tagħhom jistgħu jġorru tagħbija tal-inqas 2,5 darba dik stabbilita għall-paratiji tal-ħbit fuq il-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni bl-istess fundar u mibnija skont ir-rekwiżiti ta' soċjetà ta' klassifikazzjoni approvata.

(b) b'deroga mill-Artikolu 8.08(1)m il-kompartimenti tal-qiegħ doppju li għalihom l-aċċess huwa diffiċli ma għandhomx ikunu tat-tip li jniżżlu l-ilma għajr jekk il-volum tagħhom jaqbeż 5 % tal-ispostament tal-ilma taċ-ċattra li tinġarr minn bastiment bil-fundar mgħobbi sal-massimu awtorizzat.



  1. Inġenji maħsuba sabiex jiġu mbuttati għandhom ikunu mgħammra b'apparati tal-igganċjar li jiżguraw konnessjoni mingħajr periklu ma' inġenji oħra.

Artikolu 16.03
L-inġenji adatti biex imexxu formazzjonijiet ġenb ma' ġenb

Inġenji maħsuba sabiex jimbuttaw formazzjonijiet ġenb ma' ġenb għandhom ikunu mgħammra b'bolards jew strumenti ekwivalenti li, bħala riżultat tan-numru u l-arranġament tagħhom, jippermettu li l-formazzjoni tkun igganċjata b'mod sikur.



Artikolu 16.04
L-inġenji adatti biex jiġu mmexxija f'konvojs

Inġenji maħsuba sabiex ikunu mbuttati f'konvojs għandhom ikunu mgħammra b'apparati tal-igganċjar, bollardi jew apparati ekwivalenti, li bħala riżultat tan-numru u l-arranġament tagħhom, jiżguraw konnessjoni mingħajr periklu ma' inġenji oħra fil-konvoj.



Artikolu 16.05
L-inġenji adatti għall-irmunkar

  1. Inġenji maħsuba għall-irmunkar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) L-istrumenti tal-irmunkar għandhom ikunu rranġati b'tali mod illi l-użu tagħhom ma jikkompromettix is-sikurezza tal-inġenju, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija.

(b) inġenji li jirmunkaw jew jiġbdu għandhom ikunu mgħammra b'ganċ tal-irmunkar li għandu jkun jista' jiġi maħlul mingħajr periklu mill-kabina tat-tmunier; dan ma għandux japplika jekk id-disinn jew il-muntaturi l-oħra jipprevjenu li l-inġenju jinqaleb.

(c) l-istrumenti tal-irmonk għandhom jikkonsistu f'argnu jew ganċ tal-irmunkar. L-istrumenti tal-irmunkar għandhom ikunu 'l quddiem mill-iskrun. Dan ir-rekwiżit m'għandux japplika għal inġenji li jitmexxew mill-unjitajiet tal-propulsjoni tagħhom bħall-iskrun ċiklojdali u tat-tmun tal-pruwa;

(d) B'deroga mir-rekwiżiti ta' (c), għal inġenji li jagħtu biss — skont ir-regolamenti tal-awtorità tan-navigazzjoni applikabbli tal-Istati Membri — għajnuna ta' rmunkar, lil inġenji li jaħdmu b'mutur, strumenti tal-irmunkar bħall-bolard jew tagħmir ekwivalenti għandhom ikunu biżżejjed. Il-punt (b) għandu japplika mutatis mutandis;

(e) fejn iċ-ċimi tal-irmonk jistgħu jitħabblu mal-poppa tal-bastiment, għandhom ikunu pprovduti ċrieki ta' gwida bi strumenti li jwaqqfu l-kejbil.


  1. Inġenji ta' tul L li jaqbżu t-86 m ma għandhomx ikunu awtorizzati jirmunkaw lejn id-direzzjoni tax-xmara.

Artikolu 16.06

It-testijiet tan-navigazzjoni fuq il-konvojs

  1. Sabiex rimonkjatur li jimbotta jew bastiment bil-magna jkunu awtorizzati jimbuttaw konvoj riġidu, u li jdaħħlu dan fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, il-korp ta' spezzjoni għandu jiddeċiedi liema formazzjonijiet għandhom ikunu ppreżentati u għandu jwettaq it-testijiet ta' navigazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.02 mal-konvoj fil-formazzjoni(jiet) li għaliha/għalihom issir applikazzjoni, li l-korp ta' spezzjoni jqis li hi/huma l-anqas favorevoli. Ir-rekwiżiti mniżżla fl-Artikoli 5.02 sa 5.10 għandhom ikunu ssodisfati minn dan il-konvoj.

Il-korp ta' spezzjoni għandha tikkontrolla li l-konnessjoni riġida tal-inġenji kollha fil-konvoj tinżamm matul il-manuvri meħtieġa mill-Kapitolu 5.

  1. Jekk matul it-testijiet tan-navigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 hemm installazzjonijiet speċifiċi abbord l-inġenji li qegħdin ikunu mbuttati jew jitmexxew ġenb ma' ġenb, bħas-sistemi tat-tmun, l-unitajiet tal-propulsjoni jew it-tagħmir tal-immanuvrar, jew l-igganċjar artikulat sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti mniżżla fl-Artikoli 5.02 sa 5.10, dan li ġej għandu jiddaħħal fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għall-inġenju li jimbotta l-konvoj: il-formazzjoni, il-pożizzjoni, l-isem u n-Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej ta' dawk l-inġenji li huma mgħammra bl-istallazzjonijiet speċifiċi użati.

Artikolu 16.07
Id-dħul fuq iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

  1. Jekk inġenju hu maħsub sabiex jimbotta konvoj, jew li jkun imbuttat f'konvoj, il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti mniżżla fl-Artikoli 16.01 sa 16.06 għandhom jiddaħħlu fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

  2. Id-dikjarazzjoni li ġejja għandha titniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għall-inġenju li jimbotta.

(a) il-konvojs u l-formazzjonijiet li ġew aċċettati;

(b) it-tipi tal-igganċjar;

(c) il-forzi tal-igganċjar massimi stabbiliti, u

(d) fejn ikun jixraq, is-saħħa tensili minima tal-kejbils tal-igganċjar għall-konnessjoni lonġitudinali kif ukoll in-numru ta' tidwir tal-kejbil.



KAPITOLU 17

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦAT-TAGĦMIR LI JŻOMM F'WIĊĊ L-ILMA

Artikolu 17.01
Ġenerali

Għall-kostruzzjoni u t-tagħmir ta' tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma japplikaw il-Kapitoli 3, 7 sa 14 u 16. It-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma li għandu mezzi ta' propulsjoni tiegħu stess għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tal-Kapitoli 5 u 6. L-unitajiet ta' propulsjoni li jippermettu biss vjaġġi qosra mhumiex meqjusa bħala mezzi ta' propulsjoni tagħhom stess.



Artikolu 17.02
Id-derogi

  1. Il-korp ta' spezzjoni tista' tagħti derogi mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) L-Artikolu 3.03(1) u (2), għandhom japplikaw mutatis mutandis;

(b) L-Artikolu 7.02 għandu japplika mutatis mutandis;

(c) il-livelli tal-pressjoni tal-ħoss massimu preskritti mill-Artikolu 12.02(5), it-tieni sentenza, jistgħu jinqabżu filwaqt li t-tagħmir tax-xogħol tat-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma jkun qiegħed jaħdem, sakemm, matul is-servizz, l-ebda persuna ma torqod abbord filgħaxija;

(d) jistgħu jingħataw derogi minn rekwiżiti oħra dwar l-istruttura, l-apparat jew it-tagħmir tax-xogħol sakemm li tkun żgurata sikurezza ekwivalenti f'kull każ.



  1. Il-korp ta' spezzjoni tista' teżenta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) l-Artikolu 10.01(1), m'għandux japplika jekk matul il-ħidma tat-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma dak it-tagħmir jista' jkun ankrat b'mod sikur permezz ta' ankra tax-xogħol jew puntali. Madankollu, tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma bil-mezzi ta' propulsjoni tiegħu stess għandu jkollu tal-inqas ankra waħda li tissodisfa r-rekwiżiti fl-Artikolu 10.01 (1), fejn koeffiċjent empiriku k jittieħed bħala li huwa ekwivalenti għall-45, u l-iżgħar tul jittieħed li huwa T.

(b) l-Artikolu 12.02 (1), it-tieni parti tas-sentenza, jekk l-akkomodazzjoni tista' tiġi mdawwla b'mod xieraq bl-elettriku.



  1. Minbarra dan, għandu japplika li ġej:

(a) għall-Artikolu 8.08 (2), it-tieni sentenza, il-pompa tas-sentina għandha tkun taħdem bil-mutur;

(b) għall-Artikolu 8.10(3), il-ħoss jista' jaqbeż 65 dB(A) f'distanza laterali ta' 25 m min-naħa tal-bastiment ta' kwalunkwe tagħmir stazzjonarju li jżomm f'wiċċ l-ilma filwaqt li t-tagħmir tal-ħidma jkun qed jaħdem;

(c) għall-Artikolu 10.03 (1), minn tal-inqas apparat wieħed ieħor għat-tifi tan-nar li jinġarr huwa meħtieġ jekk it-tagħmir tax-xogħol li ma jkunx imwaħħal b'mod permanenti mal-inġenju jitpoġġa fuq il-gverta;

(d) għall-Artikolu 14.02 (2), minbarra l-apparat tal-gass likwifikat għall-użu domestiku, jista' jkun hemm ukoll faċilitajiet oħra tal-gass likwifikat. Dawk il-faċilitajiet u l-aċċessorji tagħhom għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' wieħed mill-Istati Membri.



Artikolu 17.03
Ir-rekwiżiti addizzjonali

  1. It-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma li fuqu l-persuni huma preżenti matul il-ħidma għandu jkun mgħammar b'sistema ġenerali ta' allarm. Is-sinjal tal-allarm għandu jingħaraf b'mod ċar mis-sinjali l-oħra u, fl-akkomodazzjoni u fl-istazzjonijiet tax-xogħol kollha, għandu jipproduċi livell tal-pressjoni tal-ħoss li huwa tal-inqas 5 dB(A) ogħla mill-livell tal-pressjoni tal-ħoss massimu lokali. Għandu jkun possibbli li s-sistema tal-allarm tkun attwata mill-kabina tat-tmunier u l-istazzjonijiet tax-xogħol prinċipali.

  2. Tagħmir tax-xogħol għandu jkun robust biżżejjed sabiex ikun jiflaħ għat-tagħbijiet li għalihom hu suġġett u għandu jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-makkinarju;22;

  3. L-istabilità (ir-reżistenza għall-ibbilanċjar żejjed) u r-robustezza tat-tagħmir tax-xogħol, u fejn ikun il-każ x'hemm imwaħħal miegħu, għandhom ikunu tali li jistgħu jifilħu l-forzi li jirriżultaw mill-istabilità laterali, l-inklinazzjoni lonġitudinali u l-moviment mistenni tat-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma.

  4. Jekk it-tagħbijiet huma merfugħa permezz ta' strumenti tal-irfiegħ, it-tagħbija massima awtorizzata li tirriżulta mill-istabilità u r-robustezza għandha tintwera b'mod prominenti fuq il-pannelli fuq il-gverta u fl-istazzjonijiet tal-kontroll. Jekk il-kapaċità tal-irfiegħ tista' tiżdied billi jkunu mqabbda aktar flowts il-valuri awtorizzati kemm bi u mingħajr dawn il-flowts għandu jitniżżel b'mod ċar.

Artikolu 17.04
Il-wisa' ħieles għas-sikurezza residwu

  1. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u b'deroga mill-Artikolu 1.01 ta' dan l-Anness, il-wisa' ħieles għas-sikurezza residwu tfisser l-iqsar distanza vertikali bejn il-wiċċ tal-ilma u l-parti l-aktar baxxa tat-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma li lil hinn minnha ma għadux imqalfat filwaqt li jittieħed kont tal-inklinazzjoni lonġitudinali u t-timjil li jirriżultaw mill-mumenti msemmija fl-Artikolu 17.07 (4).

  2. Il-wisa' ħieles għas-sikurezza residwu huwa biżżejjed skont l-Artikolu 17.07 (1), għal kwalunkwe apertura li tirreżisti r-raxx u t-temp jekk hija tal-inqas 300 mm.

  3. F'apertura li ma tirreżistix ir-raxx u t-temp il-wisa' ħieles għas-sikurezza residwu għandha tkun tal-inqas 400 mm.

Artikolu 17.05
Il-freeboard residwu

  1. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u b'deroga mill-Artikolu 1.01 ta' dan l-Anness, il-freeboard residwu jfisser l-iżgħar distanza vertikali bejn il-wiċċ tal-ilma u l-wiċċ ta' fuq tal-gverta fit-tarf tagħha filwaqt li jittieħed kont tal-inklinazzjoni u t-tiġnib li jirriżultaw mill-mumenti msemmija fl-Artikolu 17.07 (4).

  2. Il-freeboard residwu huwa biżżejjed skont l-Artikolu 17.07 (1), jekk huwa tal-inqas 300 mm.

  3. Il-freeboard residwu jista' jitnaqqas jekk ikun ippruvat li r-rekwiżiti tal-Artikolu 17.08 ġew issodisfati.

  4. Fejn il-forma tal-flowt hija sensibilment differenti minn dik tal-pontun, bħalma jkun fil-każ ta' flowt ċilindriku, jew fejn il-profil tal-flowt għandu aktar minn erba' naħat, il-korp ta' spezzjoni jista' jitlob jew jawtorizza freeboard residwu li huwa differenti mill-programm 2. Dan għandu japplika wkoll għal tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma li jikkonsisti f'diversi flowts.

Artikolu 17.06
It-test tat-timjil

  1. Il-konferma tal-istabilità skont l-Artikoli 17.07 u 17.08 għandha tkun ibbażata fuq test tat-timjil li jkun twettaq kif suppost.

  2. Jekk matul test tat-timjil mhuwiex possibbli li jintlaħqu angoli tat-timjil adegwati, jew jekk it-test tat-timjil jikkawża diffikultajiet tekniċi li mhumiex raġonevoli, dan jista' jitbiddel bil-kalkolu taċ-ċentru tal-gravità u l-piż tal-inġenju. Ir-riżultat tal-kalkolu tal-piż għandu jkun ikkontrollat billi jitkejjel il-fundar, u d-differenza ma għandhiex taqbeż ± 5 %.

Artikolu 17.07
Il-konferma tal-istabilità

  1. Għandu jkun ikkonfermat illi, filwaqt li jittieħed kont tat-tagħbijiet applikati matul it-tħaddim tal-irkaptu tax-xogħol u waqt li jkun għaddej, il-freeboard residwu u l-wisa' ħieles għas-sikurezza residwu huma biżżejjed. Għal dak l-iskop is-somma tal-angolu tal-inklinazzjoni lonġitudinali u dak tat-timjil ma għandhomx jaqbżu l-10° u l-qiegħ tal-flowt m'għandux joħroġ mill-ġdid.

  2. Il-konferma tal-istabilità għandha tinkludi d-data u d-dokumenti li ġejjin:

(a) it-tpinġijiet fuq skala tal-flowts u t-tagħmir tax-xogħol u d-data dettaljata relatata ma' dawn li huma meħtieġa sabiex tkun ikkonfermata l-istabilità, bħall-kontenut tat-tankijiet, il-ftuħ li joffru l-aċċess għal ġewwa l-bastiment;

(b) id-data jew il-kurvi idrostatiċi;

(c) il-kurvi tal-lieva għall-iddrittar għall-istabilità statika sal-punt meħtieġ skont il-paragrafu 5 hawn taħt jew l-Artikolu 17.08;

(d) id-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ta' tħaddim flimkien mad-data korrispondenti li tikkonċerna l-piż u ċ-ċentru tal-gravità, inkluż l-istat tagħha mhux mgħobbija u s-sitwazzjoni tat-tagħmir fir-rigward tat-trasport;

(e) il-kalkolu tat-timjil, tal-mumenti ta' inklinazzjoni lonġitudinali u tal-iddrittar, bi speċifikazzjoni tal-angoli tal-inklinazzjoni u tat-timjil u l-freeboard residwu u l-wisa' ħieles għas-sikurezza korrispondenti;

(f) kompilazzjoni tar-riżultati tal-kalkolu bi speċifikazzjoni tal-limiti għall-operat u t-tagħbijiet massimi.



  1. Il-konferma tal-istabilità għandha tkun ibbażata fuq tal-inqas is-suppożizzjonijiet ta' tagħbija li ġejjin:

(a) massa speċifika tal-prodotti li jħammlu għad-dragi:

  • ramel u ramel oħxon: 1,5 t/m3,

  • ramel imxarrab ħafna: 2,0 t/m3,

  • ħamrija, bħala medja: 1,8 t/m3,

  • taħlita ta' ramel u ilma fil-kanali: 1,3 t/m3;

(b) għal dreġers clamshell, il-valuri mogħtija taħt il-punt (a) għandhom jiżdiedu bi 15 %;

(c) għal dreġers idrawliċi għandha titqies il-qawwa massima tal-irfiegħ.

4.1. Il-konferma tal-istabilità għandha tqis il-mumenti li jirriżultaw minn:

(a) tagħbija;

(b) struttura asimetrika;

(c) pressjoni mir-riħ;

(d) tidwir filwaqt li qiegħed jaħdem ta' tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma bil-propulsjoni tiegħu stess;

(e) kontro kurrenti, jekk meħtieġ;

(f) saborra u provviżjonijiet;

(g) tagħbijiet fuq il-gverta u, fejn jixraq, merkanzija;

(h) uċuħ ħielsa ta' likwidi;

(i) forzi ta' inerzja;

(k) tagħmir mekkaniku ieħor.

Il-mumenti li jistgħu jaġixxu simultanjament għandhom jiġu magħduda flimkien.

4.2. Il-mument ikkawżat mill-pressjoni mir-riħ għandu jkun ikkalkulat skont il-formula li ġejja:

Mw = c · pw · A(lw + ((T)/(2)))[kNm]

fejn:

c

=

il-koeffiċjent dipendenti fuq il-forma tar-reżistenza

Għall-oqfsa c = 1.2 u għal travi mastizzi c=1,6. Iż-żewġ valuri jieħdu kont ta' buffuri ta' riħ.

Iż-żona kollha mdawwra bil-linja ta' barra tal-qafas għandha titqies bħala li hija l-wiċċ kollu espost għar-riħ


pw

=

il-pressjoni speċifika tar-riħ; din għandha b'mod uniformi tittieħed li hija 0,25 kN/m2;

A

=

il-pjan laterali 'l fuq mill-pjan tal-fundar massimu f'm2;

lw

=

id-distanza miċ-ċentru taż-żona tal-pjan laterali A mill-pjan tal-fundar massimu, f'm.

4.3. Sabiex jiġu determinati l-mumenti dovuti għat-tidwir filwaqt li jkun qiegħed jaħdem skont il-paragrafu 4.1(d) għal tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma bil-propulsjoni tiegħu stess, għandha tintuża l-formula mniżżla fl-Artikolu 15.03 (6).

4.4. Għandu jitqies il-mument li jirriżulta mill-kontro kurrenti skont il-paragrafu 4.1(e) biss għat-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma li huwa ankrat jew marbut mal-kurrent waqt li jkun qed jaħdem.

4.5. Il-punt lanqas favorevoli tal-mili tat-tank min-naħa tal-istabilità għandu jiġi determinat u l-mument korrispondenti introdott fil-kalkolu meta jkunu qed jiġu kkalkolati l-mumenti li jirriżultaw mis-saborra likwidu u l-provvedimenti likwidi skont il-paragrafu 4.1(f).

4.6. Il-mument li jirriżulta mill-forzi ta' inerzja skont il-paragrafu 4.1(i) għandu jitqies bħala adatt jekk iċ-ċaqliq tat-tagħbija u t-tagħmir tal-ħidma x'aktarx jaffettwaw l-istabilità.

5. Il-mumenti għall-iddrittar għall-flowts b'ħitan tal-ġenb vertikali jistgħu jiġu kkalkulati bl-użu tal-formola li ġejja

Ma = 10 · D · MG · sinφ (kNm)

fejn:


MG

=

l-għoli metaċentriku, f'm;

φ

=

angolu tat-timjil fi gradi.

Dik il-formula għandha tapplika sa angoli tat-timjil ta' 10° jew sa angolu tat-timjil li jikkorrispondi għall-immersjoni tat-tarf tal-gverta jew il-ħruġ tat-tarf tal-qiegħ; l-iżgħar angolu għandu jkun deċiżiv. Il-formola tista' tkun applikata għall-ħitan tal-ġenb imxengla sa angoli tat-timjil ta' 5°; il-kundizzjonijiet ta' limitu mniżżla fil-paragrafu 3 u 4 għandhom japplikaw ukoll.

Jekk il-forma partikolari tal-flowt(s) ma tippermettiex tali simplifikazzjoni l-kurvi tal-lieva għall-iddrittar skont il-paragrafu 2(c) għandhom ikunu meħtieġa.



Artikolu 17.08
Il-konferma tal-istabilità fil-każ ta' freeboard residwu mnaqqas

Jekk jintuża freeboard residwu mnaqqas skont l-Artikolu 17.05 (3), dan għandu jkun ippruvat għall-kundizzjonijiet tat-tħaddim kollha li:

(a) wara l-korrezzjoni għall-uċuħ ħielsa ta' likwidi, l-għoli metaċentriku mhuwiex anqas minn 0,15 m;

(b) għall-angoli tat-timjil bejn 0 u 30°, hemm lieva għall-iddrittar ta' mill-inqas

h = 0,30 - 0,28 · φn (m)

φn li jkun l-angolu tat-timjil mil-liema l-kurva tal-lieva għall-iddrittar turi valuri negattivi (firxa ta' stabilità); ma għandux ikun anqas minn 20° jew 0,35 rad u ma għandux ikun introdott fil-formula għal aktar minn 30° jew 0,52 rad, filwaqt li jittieħed ir-radian (rad) (1° = 0,01745 rad) għall-unita ta' φ°;

(c) is-somma tal-inklinazzjoni lonġitudinali u l-angoli tat-timjil ma taqbiżx 10°;

(d) jibqa' wisa' ħieles għas-sikurezza residwu li jissodisfa r-rekwiżiti fl-Artikolu 17.04;

(e) jibqa' freeboard residwu ta' mill-inqas 0,05 m:

(f) għall-angoli tat-timjil bejn 0 u 30°, lieva għall-iddrittar residwa ta' mill-inqas

h = 0,20 - 0,23 · φn (m)

jibqa, fejn φn huwa l-angolu tat-timjil li minnu l-kurva tal-lieva għall-iddrittar turi valuri negattivi; ma għandux jiġi introdott fil-formola għal aktar minn 30° jew 0,52 rad.

Il-lieva għall-iddrittar residwa tfisser id-differenza massima li teżisti bejn 0° u 30° ta' timjil bejn il-kurva tal-lieva għall-iddrittar u l-kurva tal-lieva tat-timjil. Jekk jintlaħaq ftuħ lejn ġewwa tal-bastiment mill-ilma f'angolu tat-timjil anqas minn dak li jikkorrispondi għad-differenza massima bejn il-kurvi tal-lieva, għandu jittieħed kont tal-lieva li tikkorrispondi għal dak l-angolu tat-timjil.

Artikolu 17.09
Il-marki tal-fundar u l-iskali tal-fundar

Il-marki tal-fundar u l-iskali tal-fundar għandhom ikunu mwaħħla skont l-Artikoli 4.04 u 4.06.



Artikolu 17.10
It-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma mingħajr konferma tal-istabilità

  1. L-applikazzjoni tal-Artikoli 17.04 sa 17.08 tista' titħalla barra għat-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma:

(a) li t-tagħmir tal-ħidma tiegħu ma jista' bl-ebda mod ibiddel it-timjil jew l-inklinazzjoni lonġitudinali, u

(b) fejn kwalunkwe spostament taċ-ċentru tal-gravità jista' jkun raġonevolment eskluż.



  1. Iżda,

(a) b'tagħbija massima l-wisa' ħieles għas-sikurezza għandu jkun tal-inqas 300 mm u l-freeboard tal-inqas 150 mm;

        1. (b) għal aperturi li ma jistgħux jingħalqu b'mod li jirreżistu r-raxx u t-temp il-wisa' ħieles għas-sikurezza għandu jkun tal-inqas 500 mm.

KAPITOLU 18

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-INĠENJU TA' SIT TAX-XOGĦOL

Artikolu 18.01
Il-kundizzjonijiet tal-operat

Inġenji ta' sit tax-xogħol imfassla bħala tali fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna msemmi fil-Parti I jew II tal-Anness V jistgħu jinnavigaw barra siti tax-xogħol biss meta ma jkunux mgħobbija. Il-perjodu ta' validità għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Għal dan il-għan l-inġenji ta' sit tax-xogħol għandu jkollhom ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti li jindika kemm ħa jdumu x-xogħlijiet u l-fruntieri ġeografiċi tas-sit tax-xogħol li fih jista' jiġi mħaddem l-inġenju.

Artikolu 18.02
L-applikazzjoni tal-Parti II

Ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, il-kostruzzjoni u t-tagħmir ta' inġenji ta' sit tax-xogħol għandhom ikunu konformi mal-Kapitoli 3 sa 14 tal-Parti II.



Artikolu 18.03
Id-derogi

  1. (a) l-Artikolu 3.03(1) għandhom japplikaw mutatis mutandis;

(b) il-Kapitoli 5 u 6 għandhom japplikaw mutatis mutandis fejn l-inġenju jaħdem waħdu;

(c) l-Artikolu 10.02(2)(a) u (b), għandu japplika mutatis mutandis;

(d) il-korp ta' spezzjoni jista' jagħti eċċezzjonijiet għar-rekwiżiti l-oħra dwar il-kostruzzjoni, l-arranġament u t-tagħmir dment li tkun pruvata s-sikurezza ekwivalenti f'kull każ.


  1. Il-korp ta' spezzjoni jista' ma jeżiġix id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-Artikolu 8.08(2) sa (8), jekk ma jkun meħtieġ l-ebda ekwipaġġ;

(b) l-Artikolu 10.01(1) u (3), jekk l-inġenju ta' sit tax-xogħol jista' jkun ankrat b'mod sikur permezz ta' ankri li jaħdmu jew puntali. Madankollu, inġenji ta' sit tax-xogħol li jaħdmu waħedhom għandhom ikunu mgħammra b'minn tal-inqas ankra waħda li tissodisfa r-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 10.01(1), fejn il-koeffiċjent k huwa meħud li huwa 45 u T hija meħuda bħala li hija dik l-aktar baxxa fl-għoli;

(c) l-Artikolu 10.02(1)(c), jekk l-inġenju ta' sit tax-xogħol ma jkunx jaħdem waħdu.

Artikolu 18.04
Il-wisa' ħieles għas-sikurezza u l-freeboard


  1. Jekk inġenju ta' sit tax-xogħol jintuża bħala barkun tar-reklamazzjoni jew hopper il-wisa' ħieles għas-sikurezza fiż-żona tal-istiva għandu jkun tal-inqas 300 mm u l-freeboard għandu jkun tal-inqas 150 mm. Il-korp ta' spezzjoni jista' jippermetti freeboard iżgħar jekk tingħata prova permezz ta' kalkolu li l-istabilità hija biżżejjed għal merkanzija ta' massa speċifika ta' 1,5 t/m3 u li ebda naħa tal-gverta ma tilħaq l-ilma. Għandu jitqies l-effett tal-merkanzija likwifikata.

  2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4.01 u 4.02 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-inġenji ta' sit tax-xogħol mhux koperti mill-paragrafu 1. Il-korp ta' spezzjoni jista' jiddetermina l-valuri li jibdew minn dan ta' hawn fuq għall-wisa' ħieles għas-sikurezza u l-freeboard.

Artikolu 18.05
Id-dgħajjes tal-bastiment

L-inġenji ta' sit tax-xogħol ma għandhomx għalfejn ikollhom dgħajsa tal-bastiment meta:

(a) ma jaħdmux waħedhom jew

(b) tkun disponibbli dgħajsa tal-bastiment x'imkien ieħor fuq is-sit tax-xogħol.

Dik id-deroga għandha titniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

KAPITOLU 19

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI STORIĊI

(Jitħalla vojt)

KAPITOLU 19 a

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦAL BRAKEN TAL-KANAL

(Jitħalla vojt)

KAPITOLU 19b

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI LI JINNAVIGAW FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA TAŻ-ŻONA 4

Artikolu 19b.01
L-applikazzjoni tal-Kapitolu 4


  1. B'deroga mill-Artikolu 4.01(1) u (2), il-wisa' ħieles għas-sikurezza tal-bibien u tal-feħtiet minbarra l-isportelli tal-istiva għal bastimenti li jkunu qed jinnavigaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 4 hija mnaqqsa kif ġej:

(a) għall-fetħiet li jistgħu jingħalqu li jirreżistu r-raxx u temp, sa 150 mm;

(b) għall-fetħiet li ma jistgħux jingħalqu li jirreżistu r-raxx u t-temp, sa 200 mm.



  1. B'deroga mill-Artikolu 4.02, il-freeboard minimu ta' bastimenti li jkunu qed jinnavigaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 4 huwa 0 mm, jekk ikun rispettat il-wisa' ħieles għas-sikurezza skont il-paragrafu 1.

KAPITOLU 20

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENT TAT-TBAĦĦIR

(Jitħalla vojt)

KAPITOLU 21

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-INĠENJI RIKREATTIVI

Artikolu 21.01

Ġenerali

L-Artikoli 21.02 u 21.03 biss għandhom japplikaw għall-kostruzzjoni u t-tagħmir ta' inġenju rikreattiv.



Artikolu 21.02
L-applikazzjoni tal-Parti II

  1. L-inġenji rikreattivi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) mill-Kapitolu 3:

l-Artikolu 3.01, l-Artikolu 3.02(1)(a) u 2, l-Artikolu 3.03(1)(a) u (6), u l-Artikolu 3.04(1);

(b) il-Kapitolu 5:

(c) mill-Kapitolu 6:

l-Artikolu 6.01(1), u l-Artikolu 6.08;

(d) mill-Kapitolu 7:

l-Artikolu 7.01(1) u (2), l-Artikolu 7.02, l-Artikolu 7.03(1) u(2), l-Artikolu 7.04(1), l-Artikolu 7.05(2), l-Artikolu 7.13 jekk ikun hemm kabina tat-tmunier maħsuba għal navigazzjoni bir-radar minn persuna waħda;

(e) mill-Kapitolu 8:

l-Artikolu 8.01(1) u (2), l-Artikolu 8.02(1) u (2), l-Artikolu 8.03(1) u (3), l-Artikolu 8.04, l-Artikolu 8.05(1) sa (10) u (13), l-Artikolu 8.06, l-Artikolu 8.07, l-Artikolu 8.08 (1), (2), (5), (7) u (10), l-Artikolu 8.09(1), u l-Artikolu 8.10;

(f) mill-Kapitolu 9:

l-Artikolu 9.01(1), mutatis mutandis;

(g) mill-Kapitolu 10:

l-Artikolu 10.01(2), (3) u (5) sa (14), l-Artikolu 10.02(1)(a) sa (c), u 2(a) u (e) sa (h), l-Artikolu 10.03(1)(a), (b) u (d): madankollu, għandu jkun hemm tal-inqas żewġ apparati tat-tifi tan-nar abbord; l-Artikolu 10.03(2) sa (6), l-Artikolu 10.03a, l-Artikolu 10.03b, Artikolu 18(1e) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 10.05;

(h) il-Kapitolu 13:

(i) il-Kapitolu 14.


  1. Għal inġenji rikreattivi suġġetti għad-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni23, l-ewwel spezzjoni u l-ispezzjonijiet perjodiċi jestendu biss għal:

(a) l-Artikolu 6.08, jekk hemm indikatur tar-rata tal-ikkwartjar;

(b) l-Artikolu 7.01(2), l-Artikolu 7.02, l-Artikolu 7.03(1) u l-Artikolu 7.13, jekk hemm kabina tat-tmunier maħsuba għal navigazzjoni bir-radar minn persuna waħda;

(c) l-Artikolu 8.01(2), l-Artikolu 8.02(1), l-Artikolu 8.03(3), l-Artikolu 8.05(5), l-Artikolu 8.08(2) u l-Artikolu 8.10;

(d) l-Artikolu 10.01(2). (3), (6) u (14), l-Artikolu 10.02(1)(b) u (c), (2)(a) u (e) sa (h), l-Artikolu 10.03(1)(b) u (d) u (2) sa (6), u l-Artikolu 10.05;

(e) il-kapitolu 13;

(f) mill-Kapitolu 14:

(aa) l-Artikolu 14.12;

(bb) l-Artikolu 14.13; it-test għall-approvazzjoni wara li jitqiegħed f'servizz tal-installazzjoni tal-gass likwifikat għandu jitwettaq skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 94/25/KE, u rapport tal-approvazzjoni għandu jiġi sottomess lill-korp ta' spezzjoni;

(cc) l-Artikoli 14.14 u 14.15; l-istallazzjoni tal-gass likwifikat għandha tkun skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 94/25/KE;

(dd) il-Kapitolu 14 kollu kemm hu, jekk l-istallazzjoni tal-gass likwifikat issir wara t-tqegħid fuq is-suq tal-inġenju rikreattiv.



Artikolu 21.03
(Jitħalla vojt)

KAPITOLU 22

L-ISTABILITÀ TAL-BASTIMENTI LI JĠORRU L-KONTEJNERS

Artikolu 22.01
Ġenerali

  1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal bastimenti li jkunu qed iġorru kontejners fejn huma meħtieġa dokumenti ta' stabilità skont ir-regolamenti tal-awtorità tan-navigazzjoni applikabbli fis-seħħ fl-Istati Membri.

Id-dokumenti ta' stabilità għandhom ikunu kkontrollati, jew ippreżentati xi mkien ieħor għall-kontroll, u jkunu ittimbrati kif dovut mill-korp ta' spezzjoni.

  1. Id-dokumenti ta' stabilità għandhom jipprovdu lill-kaptan tal-bastiment b'informazzjoni li tinftiehem dwar l-istabilità tal-bastiment għal kull kundizzjoni ta' tagħbija.

Id-dokumenti ta' stabilità għandhom ikopru tal-inqas dawn li ġejjin:

(a) l-informazzjoni dwar il-koeffiċjenti ta' stabilità permissibbli, il-valuri permessibbli - jew l-għoli permissibbli għaċ-ċentru ta' gravità tal-merkanzija;

(b) id-dejta dwar l-ispazji li jistgħu jimtlew bl-ilma tas-saborra;

(c) il-forom sabiex tkun ikkontrollata l-istabilità;

(d) l-istruzzjonijiet għall-użu jew eżempju ta' kalkolu għall-użu mill-kaptan tal-bastiment.


  1. Għal bastimenti fejn huwa fakultattiv jekk il-kontejners jinġarrux marbutin jew mhux marbutin, il-metodi tal-kalkolu separati għandhom ikunu pprovduti għall-konferma tal-istabilità kemm għat-trasport ta' merkanzija marbuta kif ukoll ta' merkanzija mhux marbuta ta' kontejners.

  2. Merkanzija ta' kontejners għandha titqies biss li hija marbuta jekk kull kontejner individwali jkun imwaħħal b'mod sod mal-buq tal-bastiment permezz ta' gwidi tal-kontejners jew tagħmir tal-irbit u l-pożizzjoni tiegħu ma tistax tinbidel matul il-vjaġġ.

Artikolu 22.02
Il-kundizzjonijiet tal-limitu u l-metodu tal-kalkolu għall-konferma tal-istabilità
għat-trasport ta' kontejners mhux marbutin

  1. Il-metodi kollha ta' kalkolu tal-istabilità ta' bastiment fil-każ ta' kojntejners mhux marbutin għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' limitu li ġejjin:

(a) L-għoli metaċentriku MG ma għandux ikun anqas minn 1,00 m.

(b) Taħt l-azzjoni konġunta tal-forza ċentrifugali li tirriżulta mit-tidwir tal-bastiment, il-pressjoni tar-riħ u l-uċuħ ħielsa tal-likwidi l-angolu tat-timjil ma għandux jaqbeż 5° u t-tarf tal-gverta ma għandux ikun taħt l-ilma.

(c) Il-lieva tat-timjil li tirriżulta mill-forza ċentrifugali kkawżata mit-tidwir tal-bastiment għandha tkun determinata skont il-formola li ġejja:

[m

fejn:


cKZ




il-parametru (cKZ = 0,04) (s2/m);

v




il-veloċità massima tal-bastiment fir-rigward tal-ilma (m/s);

KG




l-għoli taċ-ċentru ta' gravità tal-bastiment mgħobbi 'l fuq mill-bażi tiegħu (m);

T'




il-fundar tal-bastiment mgħobbi (m).

(d) Il-lieva tat-timjil li tirriżulta mill-pressjoni tar-riħ għandha tkun determinata skont il-formola li ġejja:

[m]

fejn:


cKW




il-parametru (cKW = 0,025) (t/m2);

A'




il-pjan laterali 'l fuq mill-pjan rispettiv tal-fundar meta l-bastiment ikun mgħobbi (m2);

D'




l-ispostament tal-bastiment mgħobbi (t);

lW




l-għoli taċ-ċentru ta' gravità tal-pjan laterali A' 'l fuq mill-pjan rispettiv tal-fundar (m);

T'




il-fundar tal-bastiment mgħobbi (m).

(e) Il-lieva tat-timjil li tirriżulta mill-uċuħ ħielsa tal-ilma tax-xita u l-ilma residwu fl-istiva jew il-qiegħ doppju għandha tiġi ddeterminata skont il-formola li ġejja:

[m]

fejn:


cKfO




il-parametru (cKfO = 0,015) (t/m2)

b




il-wisa' tal-istiva jew il-parti tal-istiva inkwistjoni (m);24


l




it-tul tal-istiva jew il-parti tal-istiva inkwistjoni (m);25


D'




l-ispostament tal-bastiment mgħobbi (t).

(f) Għandha titqies nofs il-provvistà tal-karburant u tal-ilma ħelu għal kull kundizzjoni tat-tagħbija.


  1. L-istabilità ta' bastiment li jkun qed iġorr kontejners mhux marbuta għandha titqies li hija suffiċjenti jekk il-KG‾ effettiv ma jaqbiżx il-KG‾zul li jirriżulta mill-formuli li ġejjin. Il-KG‾zul għandu jkun ikkalkulat għall-diversi spostamenti li jkopru s-sensiela sħiħa ta' fundara.

(a) [m]

L-ebda valur anqas minn 11,5 (11,5 = 1/tan5°) ma għandu jittieħed għal

(b)

L-aktar valur baxx ta' skont il-formola (a) jew (b) għandu jkun deċisiv.

Ġewwa l-formuli:






l-għoli massimu permissibli taċ-ċentru ta' gravità tal-bastiment mgħobbi 'l fuq mill-bażi tiegħu (m);






l-għoli tal-metaċentru 'l fuq mill-bażi (m) skont il-formola ta' approsimazzjoni fil-paragrafu 3;

F




il-freeboard effettiv rispettiv f'1/2 L (m);

Z




parametru għall-forza ċentrifugali li tirriżulta mit-tidwir

-

v




il-veloċità massima tal-bastiment fir-rigward tal-ilma (m/s);

Tm




il-medja tal-fundar rispettiva (m);

hKW




il-lieva tat-timjil li tirriżulta mill-pressjoni tar-riħ laterali skont il-paragrafu 1(d) (m);

hKfO




it-total tal-lievi tat-timjil li jirriżultaw mill-uċuħ ħielsa tal-likwidi skont il-paragrafu 1(e) (m).



  1. Il-formula ta' approsimazzjoni għal KM‾

Fejn ma teżisti l-ebda folja ta' kurvi idrostatiċi l-valur KM għall-kalkolu skont il-paragrafu 2 u l-Artikolu 22.03 (2), jista' jiġi determinat bil-formuli ta' approsimazzjoni li ġejjin:

(a) għal bastimenti f'forma ta' puntun



[m]

(b) għal bastimenti oħra



[m]

Artikolu 22.03
Il-kundizzjonijiet tal-limitu u l-metodu tal-kalkolu għall-konferma tal-istabilità
għat-trasport ta' kontejners marbutin

  1. Il-metodi kollha tal-kalkolu tal-istabilità ta' bastiment fil-każ ta' kontejners marbutin għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' limitu li ġejjin:

(a) l-għoli metaċentriku MG ma għandux ikun anqas minn 0,50 m;

(b) l-ebda fetħa tal-buq ma għandha tkun mgħarrqa mill-azzjoni konġunta tal-forza ċentrifugali li tirriżulta mill-ikkwartjar tal-bastiment, il-pressjoni tar-riħ u l-uċuħ ħielsa tal-likwidi;

(c) il-lievi tat-timjil li jirriżultaw mill-forza ċentrifugali minħabba l-ikkwartjar tal-bastiment, il-pressjoni tar-riħ u l-uċuħ ħielsa tal-likwidi għandhom jiġu stabbiliti skont il-formuli msemmija fl-Artikolu 22.02(1)(c) sa (e).

(d) għandha titqies nofs il-provvistà tal-karburant u tal-ilma ħelu għal kull kundizzjoni ta' tagħbija.



  1. L-istabilità ta' bastiment li jkun qed iġorr kontejners marbutin għandha titqies li hija suffiċjenti jekk il-KG‾ effettiv ma jaqbiżx il-KG‾zul li jirriżulta mill-formuli li ġejjin li jkunu ġew ikkalkulati għal diversi spostamenti li jkopru s-serje sħiħa tal-fundara.

(a) [m]

L-ebda valur anqas minn 6,6 ma għandu jittieħed għal (BWL)/(F’) u

l-ebda valur anqas minn 0 għal

(b) KGzul = KM - 0,50 (m)

L-aktar valur baxx għal KGzul skont il-formola (a) jew (b) għandu jkun deċisiv.

F'dawn il-formolae, minbarra t-termini definiti qabel:



I




il-mument trasvers ta' inerzja taż-żona tal-linja tal-ilma fi Tm (m4) (għall-formola ta' approsimazzjoni ara l-paragrafu 3);

i




il-mument trasvers ta' inerzja taż-żona tal-linja tal-ilma parallela mal-bażi, f'għoli

Tm + ((2)/(3)) F’[m4]








spostament tal-ilma tal-bastiment fi Tm (m3);

F'




il-freeboard ideali F' = H' — Tm (m) jew F’ = ((a · BWL)/(2 · b))[m], l-inqas valur għandu jkun deċiżiv;

a




id-distanza vertikali bejn l-aktar tarf baxx tal-fetħa li hija l-ewwel mgħaddsa taħt l-ilma f'każ ta' timjil u l-linja tal-ilma fil-pożizzjoni wieqfa tal-bastiment (m);

b




id-distanza minn dik l-istess fetħa miċ-ċentru tal-bastiment (m);

H'




għoli ideali tal-ġenb H’ = H + ((q)/(0,9 · L · BWL))[m];

q




it-total tal-volumi tal-kamra fuq il-gverta, il-bokkaporti, il-kanali tal-gverti u sovrastrutturi oħra sa għoli massimu ta' 1,0 m 'l fuq minn H jew sa l-aktar apertura baxxa fil-volum li jkun qed jiġi kkunsidrat, bl-aktar valur baxx ikun deċisiv. Il-partijiet ta' volumi li jkunu jinsabu f'limitu ta' 0,05 L mill-estremitajiet tal-bastiment ma għandhomx jitqiesu (m3).

  1. Il-formola ta' approssimazzjoni għal I

Fejn ma hemm l-ebda folja ta' kurvi idrosatiċi disponibbli, il-valur għall-mument trasvers ta' inerzja I taż-żona tal-linja tal-ilma tista' tkun ikkalkulata bil-formuli ta' approsimazzjoni li ġejjin:

(a) għal bastimenti f'forma ta' puntun



[m]

(b) għal bastimenti oħra



[m]

Artikolu 22.04
Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-istabilità abbord

Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-istabilità tista' tkun determinata bid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 22.01(2).



KAPITOLU 22a

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-INĠENJI ITWAL MINN 110 M

Artikolu 22a.01
L-applikazzjoni tal-Parti I

(Jitħalla vojt)



Artikolu 22a.02
L-applikazzjoni tal-Parti II

Flimkien mal-Parti II, l-Artikoli 22a.03 sa 22a.05 għandhom japplikaw għal inġenji li huma itwal minn 110 m.



Artikolu 22a.03
Ir-robustezza

Robustezza suffiċjenti tal-buq skont l-Artikolu 3.02(1)(a) (ir-robustezza lonġitudinali, laterali u lokali) għandha tkun verifikata permezz ta' ċertifikat maħruġ minn soċjetà ta' klassifikazzjoni approvata.



Artikolu 22a.04
Il-kapaċità taż-żamma f'wiċċ l-ilma u l-istabilità

  1. Il-paragrafi 2 sa 10 għandhom japplikaw għal inġenji li huma itwal minn 110 m, bl-eċċezzjoni ta' bastimenti tal-passiġġieri.

  2. Il-valuri bażiċi għall-kalkolu tal-istabilità, il-piż bla tagħbija tal-bastiment u l-post taċ-ċentru tal-gravità għandhom jiġu determinati permezz ta' esperiment tal-inklinazzjoni mwettaq skont l-Anness I tar-Riżoluzzjoni tal-IMO MSC 267 (85).

  3. L-applikant għandu jagħti prova, permezz ta' kalkolu bbażat fuq il-metodu tan-nuqqas ta' kapaċità ta' żamma f'wiċċ l-ilma, li l-kapaċità ta' żamma f'wiċċ l-ilma u l-istabilità tal-bastiment huma adegwati f'każ ta' għargħar. Il-kalkoli kollha għandhom jitwettqu b'kalar ('sinkage') u inklinazzjoni lonġitudonali ('trim') ħielsa.

Il-kapaċità ta' żamma f'wiċċ l-ilma u l-istabilità suffiċjenti tal-bastiment f'każ ta' għargħar għandhom jiġu ppruvati b'merkanzija li tikkorrespondi għall-fundar massimu tiegħu u li tkun distribwita b'mod uniformi fost l-istivi kollha, kif ukoll bi provvisti massimi u mimli bil-fjuwil.

Għall-merkanzija diversifikata, il-kalkolu tal-istabilità għandu jitwettaq għall-aktar kundizzjoni ħażina tat-tagħbija. Dan il-kalkolu tal-istabilità għandu jitwettaq abbord.

Għal dan il-għan, il-prova matematika tal-istabilità suffiċjenti għandha tiġi determinata għall-istadji intermedjarji tal-għargħar (25 %, 50 % u 75 % ta' tiġmiegħ tal-għargħar, u, fejn xieraq, għall-istadju immedjatament qabel l-ekwilibriju trasvers) u għall-istadju finali tal-għargħar, fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija speċifikati hawn fuq.

Għandhom jitqiesu s-suppożizzjonijiet li ġejjin għall-kundizzjoni danneġġata:



        1. Ammont ta' ħsara mal-ġenb:

ammont lonġitudinali : tal-inqas 0,10 L,

ammont trasvers : 0,59 m

ammont vertikali : mill-qiegħ 'il fuq mingħajr limitu.


        1. Ammont ta' ħsara fil-qiegħ:

ammont lonġitudinali : tal-inqas 0,10 L,

ammont trasvers : 3,00 m

ammont vertikali : mill-bażi 0,39 m 'il fuq, is-somma mistennija.


        1. Kwalunkwe paratija fiż-żona danneġġata għandha tkun meqjusa li hija bil-ħsara, li jfisser illi s-subdiviżjoni għandha tintgħażel b'tali mod li l-bastiment jibqa' jżomm fil-wiċċ wara li jfuru bl-ilma żewġ kompartimenti jew aktar ħdejn xulxin fid-direzzjoni lonġitudinali. Għall-kamra tal-magni prinċipali, għandu jitqies biss tal-istandard ta' kompartiment wieħed, jiġifieri għandu jkun preżunt li l-paratiji tat-tarf tal-kamra tal-magni mhumiex danneġġati.

Għall-ħsara tal-qiegħ, għandu jkun preżunt li l-kompartamenti trasversali mal-buq huma mgħarrqa wkoll.

        1. Permeabilità

Il-permeabilità għandha tkun preżunta li hija 95 %.

Jekk kalkolu jagħti prova li l-permeabilità medja ta' kompartiment hija inqas minn 95 %, minflok jista' jintuża l-valur ikkalkolat.



Il-valuri użati ma għandhomx ikunu inqas minn:

  • għall-kmamar tal-magni u tat-tħaddim: 85 %

  • għall-istivi tal-merkanzija: 70 %

  • għall-qigħan doppji, it-tankijiet tal-fjuwil, it-tankijiet tas-saborra, eċċ. jiddependu minn jekk, skont il-funzjoni tagħhom, għandhomx ikunu kkunsidrati bħala mimlija jew vojta għall-bastiment li jżomm f'wiċċ l-ilma fil-fundar massimu permissibbli: 0 jew 95 %

        1. Il-kalkolu tal-effett tal-wiċċ ħieles fl-istadji intermedjarji tal-għargħar għandu jkun ibbażat fuq il-wiċċ kollu tal-kompartimenti bil-ħsara.

  1. Għall-istadji intermedjarji kollha tal-għargħar imsemmija fil-paragrafu 3, għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

        1. l-angolu tat-timjil φ fil-pożizzjoni tal-ekwilibriju tal-istadju intermedjarju inkwistjoni ma għandux jaqbeż il-15° (5° meta l-kontejners ma jkunux marbutin);

        2. 'lil hinn mit-timjil fil-pożizzjoni tal-ekwilibriju tal-istadju intermedjarju inkwistjoni, il-parti pożittiva tal-kurva tal-lieva għall-iddrittar għandha turi valur għall-iddrittar ta' GZ ≥ 0,02 m (0,03 m meta l-kontejners ma jkunux marbutin) qabel ma tinżel taħt wiċċ l-ilma l-ewwel fetħa mhux protetta jew jintlaħaq angolu tat-timjil φ ta' 27° (15° meta l-kontejners ma jkunux marbutin);

        3. il-fetħiet li mhumiex issiġillati mill-ilma ma għandhomx ikunu mgħarrqa fl-ilma qabel ma jintlaħaq it-tinġib fil-pożizzjoni tal-ekwilibriju tal-istadju intermedjarju inkwistjoni.

  1. Matul l-aħħar stadju tal-għargħar, għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

        1. l-aktar tarf baxx ta' kwalunkwe fetħa li tagħmel l-ilma (eż. bibien, twieqi, bokkaporti tal-aċċess) ma għandux ikun inqas minn 0,10 m 'il fuq mil-linja tal-ilma danneġġata;

        2. l-angolu tat-timjil φ fil-pożizzjoni tal-ekwilibriju ma għandux jaqbeż it-12° (5° meta l-kontejners ma jkunux marbutin);

        3. 'lil hinn mit-timjil fil-pożizzjoni tal-ekwilibriju tal-istadju intermedjarju inkwistjoni, il-parti pożittiva tal-kurva tal-lieva għall-iddrittar għandha turi valur tal-lieva għall-iddrittar ta' GZ ≥ 0,05 m u ż-żona taħt il-kurva għandha tilħaq mill-inqas 0,0065 m.rad qabel ma l-ewwel fetħa mhux protetta tinżel taħt wiċċ l-ilma jew jintlaħaq l-angolu tat-timjil φ ta' 27° (10° meta l-kontejners ma jkunux marbutin);

        4. jekk il-fetħiet mhux issiġillati mill-ilma jkunu mgħarrqa qabel tintlaħaq il-pożizzjoni tal-ekwilibriju, il-kmamar li joffru aċċess għandhom jitqiesu li huma mgħarrqa għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-istabilità danneġġata.

  1. Jekk ikun hemm fetħiet tal-għargħar travers sabiex jitnaqqas l-għargħar asimetriku, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

        1. għall-kalkolu tal-kompartimentalizzazzjoni tal-għargħar, għandha tiġi applikata r-Riżoluzzjoni IMO A.266 (VIII);

        2. għandhom ikunu tali li jaġixxu weħidhom;

        3. ma għandhomx ikunu mgħammra b'tagħmir ta' għeluq;

        4. il-ħin totali permess għall-ugwaljanza ma għandux jaqbeż il-15-il minuta.

  1. Jekk il-fetħiet li minnhom kompartamenti mhux danneġġati jistgħu wkoll jegħrqu jkunu jistgħu jingħalqu mod li jissiġillaw mill-ilma, it-tagħmir tal-għeluq għandu jkollu l-istruzzjoni li ġejja li tinqara mingħajr xkiel fuq iż-żewġ naħat:

"Agħlaq immedjatament wara li tgħaddi".

  1. Il-prova tal-kalkolu skont il-paragrafi 3 sa 7 għandha titqies bħala li tkun ġiet ipprovduta jekk il-kalkoli tal-istabilità danneġġata skont il-Parti 9 tar-Regolamenti annessi għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija Perikoluża fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (minn hawn 'il quddiem "ADN") huma prodotti b'riżultat pożittiv.

  2. Fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-paragrafu 3, il-pjan ta' fundar massimu għandu jkun stabbilit mill-ġdid.

Artikolu 22a.05
Ir-rekwiżiti addizzjonali

  1. Inġenji itwal minn 110 m għandhom:

(a) ikunu mgħammra b'sistemi ta' propulsjoni ta' skrejjen multipli, b'minn tal-inqas żewġ magni indipendenti ta' qawwa ndaqs u apparat fil-pruwa għall-immanuvrar li huwa kkontrollat mill-kabina tat-tmunier u huwa effettiv ukoll meta l-inġenju jkun fi stat mhux mgħobbi; jew

ikollhom sistema ta' propulsjoni bi skrun wieħed u apparat fil-pruwa għall-immanuvrar li jkun ikkontrollat mill-kabina tat-tmunier bil-provvistà ta' enerġija tiegħu stess u li huwa effettiv ukoll meta l-inġenju jkun fi stat mhux mgħobbi u tagħmilha possibbli għall-inġenju li jipproċedi bil-qawwa tiegħu stess fil-każ ta' ħsara tas-sistema ta' propulsjoni prinċipali;

(b) ikunu mgħammra b'sistema ta' navigazzjoni bir-radar, flimkien ma' indikatur tar-rata tal-ikkwartjar skont l-Artikolu 7.06(1);

(c) ikollhom sistema ta' ippumpjar tas-sentina installata b'mod permanenti skont l-Artikolu 8.08;

(d) jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 23.09(1)(1).


  1. Għal inġenji, minbarra bastimenti tal-passiġġieri, b'tul ta' aktar minn 110 m, li flimkien mal-paragrafu 1

(a) jistgħu jkunu separati, f'każ ta' inċident, fit-tielet nofs tal-bastiment mingħajr l-użu ta' tagħmir tas-salvataġġ tqil filwaqt li l-partijiet separati tal-bastimenti għandhom jibqgħu fil-wiċċ wara s-separazzjoni;

(b) ikunu pprovduti b'ċertifikat li għandu jinġarr abbord u li jinħareġ minn soċjetà ta' klassifikazzjoni approvata fir-rigward tal-kapaċità ta' żamma f'wiċċ l-ilma, il-pożizzjoni tal-inklinazzjoni u l-istabilità tal-partijiet separati tal-bastiment, b'indikazzjoni tal-grad ta' tagħbija li 'l fuq minnu l-kapaċità ta' żamma f'wiċċ l-ilma taż-żewġ partijiet ma tibqax aktar żgurata;

(c) huma mibnija bħala bastimenti bil-buq doppju skont l-ADN fejn, għall-bastimenti li jġorru tagħbija xotta għandhom japplikaw il-paragrafi 9.1.0.91 sa 9.1.0.95 u għall-bastimenti b'tank, għandhom japplikaw il-paragrafu 9.3.2.11.7 u t-taqsimiet minn 9.3.2.13 sa 9.3.2.15 jew il-paragrafu 9.3.3.11.7 u t-taqsimiet minn 9.3.3.13 sa 9.3.3.15 tal-Parti 9 tal-ADN;

(d) ikunu mgħammra b'sistema ta' propulsjoni bi skrejjen multipli skont il-paragrafu 1(a), l-ewwel nofs sentenza;

għandu jiddaħħal taħt il-punt 52 taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li huma jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-punti (a) sa (d).


  1. Għal bastimenti tal-passiġġieri b'tul ta' aktar minn 110 m li minbarra l-paragrafu 1

(a) huma mibnija jew ikkonvertiti għall-ogħla klassi tagħhom taħt is-superviżjoni ta' soċjeta ta' klassifikazzjoni approvata, f'liema każ il-konformità għandha tkun ikkonfermata permezz ta' ċertifikat maħruġ mis-soċjetà ta' klassifikazzjoni filwaqt li l-klassi kurrenti mhiex meħtieġa;

(b) jew


ikollhom qiegħ doppju b'għoli ta' mill-inqas 600 mm u subdviżjoni sabiex ikun żgurat li, f'każ ta' għargħar ta' kwalunkwe żewġ kompartamenti ħdejn xulxin li ma jagħmlux ilma, il-bastiment ma jegħriqx aktar 'l isfel mil-linja tal-marġni u jkun baqa' wisa' ħieles għas-sikurezza residwu ta' 100 mm

jew


ikollhom qiegħ doppju b'għoli ta' mill-inqas 600 mm u buq doppju b'distanza ta' mill-inqas 800 mm bejn il-ħajt tal-ġenb tal-bastiment u l-paratija lonġitudinali;

(c) ikunu mgħammra b'sistema tal-propulsjoni bi skrejjen multipli b'tal-inqas żewġ magni indipendenti b'enerġija ugwali u sistema ta' apparat fil-pruwa għall-immanuvrar li jista' jitħaddem mill-kabina tat-tmunier u li jitħaddem b'mod lonġitudinali kif ukoll b'mod trasversali;

(d) jippermettu li l-ankra tal-poppa titħaddem direttament mill-kabina tat-tmunier;

għandu jiddaħħal taħt il-punt 52 taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li huma jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-punti (a) sa (d).



Artikolu 22a.06
(Jitħalla vojt)

KAPITOLU 22b

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TA' VELOĊITA' GĦOLJA

Artikolu 22b.01
Ġenerali

  1. Bastimenti ta' veloċità għolja ma għandhomx jinbnew bħala bastimenti bil-kabini.

  2. L-installazzjonijiet li ġejjin huma projbiti abbord bastimenti ta' veloċità għolja:

(a) apparat mgħammar b'berners tal-ftila skont l-Artikolu 13.02;

(b) fuklari tal-berner taż-żejt bil-vaporizzazzjoni skont l-Artikoli 13.03 u 13.04;

(c) apparat li jsaħħan il-karburant solidu skont l-Artikolu 13.07;

(d) l-apparati tal-gass likwifikat skont il-Kapitolu 14.



Artikolu 22b.02
L-applikazzjoni tal-Parti I

  1. Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2.03, bastimenti ta' veloċità għolja għandhom jinbnew u jkunu klassifikati taħt is-superviżjoni u skont ir-regoli applikabbli ta' soċjetà ta' klassifikazzjoni approvata li għandha regoli speċjali għal bastimenti ta' veloċità għolja. Il-klassi għandha tinżamm.

  2. B'deroga mill-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva, iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna maħruġa skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom ikunu validi għal massimu ta' ħames snin.

Artikolu 22b.03
L-applikazzjoni tal-Parti II

  1. Minkejja l-paragrafu 2 u l-Artikolu 22b.02(2), il-Kapitoli 3 sa 15 għandhom japplikaw għall-bastimenti ta' veloċità għolja, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-Artikolu 3.04(6). it-tieni subparagrafu;

(b) l-Artikolu 8,08(2), it-tieni sentenza;

(c) l-Artikolu 11.02(4), it-tieni u t-tielet sentenzi;

(d) l-Artikolu 12.02(4), it-tieni sentenza;

(e) l-Artikolu 15.06(3)(a), it-tieni sentenza.


  1. B'deroga mill-Artikolu 15.02(9), u l-Artikolu 15.15(7), il-bibien kollha f'paratiji mqalfta għandhom ikunu jistgħu jiġu kkontrollati mill-bogħod.

  2. B'deroga mill-Artikolu 6.02(1), f'każ ta' falliment jew ħidma ħażina ta' unità tat-tħaddim tal-apparat tat-tmun, unità tat-tħaddim tal-apparat tat-tmun indipendenti oħra (it-tieni waħda) jew unità tat-tħaddim tal-appart imħaddma manwalment għandhom jibdew jaħdmu mingħajr telf ta' żmien.

  3. Minbarra r-rekwiżiti tal-Part  II, il-bastimenti ta' veloċità għolja għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 22b.04 sa 22b.12.

Artikolu 22b.04
Is-sits u ċ-ċinturini tas-sikurezza

Għandhom ikunu disponibbli sits għall-għadd massimu ta' passiġġieri permessi abbord. Is-sits għandhom ikunu mgħammra b'ċinturini tas-sikurezza. Jista' ma jkunx hemm ċinturini tas-sikurezza fil-każ fejn tkun provduta protezzjoni adegwata kontra l-impatti jew fejn mhumiex mitluba taħt il-Kapitolu 4, il-parti 6, tal-Kodiċi HSC 2000.



Artikolu 22b.05
Il-freeboard

B'deroga mill-Artikoli 4.02 u 4.03, il-freeboard għandu jkun minn tal-inqas 500 mm.



Artikolu 22b.06
Il-kapaċità taż-żamma f'wiċċ l-ilma, l-istabilità u s-suddiviżjoni

Għal bastimenti ta' veloċità għolja, għandha tkun ipprovduta dokumentazzjoni xierqa għal:

(a) karatteristiċi tal-kapaċità ta' żamma f'wiċċ l-ilma u ta' stabilità adegwata għas-sikurezza fejn l-inġenju huwa operat fil-modalità ta' spostament, kemm meta jkun intatt kif ukoll meta jkollu l-ħsara;

(b) karatteristiċi ta' stabbilità u s-sistemi ta' stabbilizzazzjoni li jiżguraw is-sikurezza tal-inġenju meta użat fil-fażi ta' kapaċità dinamika ta' żamma f'wiċċ l-ilma u l-fażi ta' transizzjoni;

(c) karatteristiċi ta' stabilità fil-modalitajiet ta' nuqqas ta' spostament u transizzjonali adegwati għat-trasferiment tal-inġenju b'mod sikur għal modalità ta' spostament fil-każ ta' xi ħsara fis-sistema.

Artikolu 22b.07
Il-kabina tat-tmunier


  1. L-arranġament

(a) B'deroga mill-Artikolu 7.01(1), il-kabini tat-tmunier għandhom ikunu rranġati b'tali mod li t-tmunier u t-tieni membru tal-ekwipaġġ jistgħu f'kull ħin jwettqu l-kompiti tagħhom waqt li l-bastiment ikun qed ibaħħar.

(b) Il-post tat-tmunier għandu jkun irranġat sabiex jakkomoda l-istazzjonijiet tax-xogħol għall-persuni msemmija f'(a). L-istrumenti għan-navigazzjoni, l-immanuvrar, il-monitoraġġ u l-komunikazzjoni u kontrolli tat-tħaddim importanti oħra għandhom ikunu biżżejjed qrib xulxin sabiex jippermettu lil membru ieħor tal-ekwipaġġ (it-tieni wieħed) kif ukoll lit-tmunier li jiksbu l-informazzjoni meħtieġa u li joperaw il-kontrolli u l-installazzjonijiet kif meħtieġ filwaqt li jkunu bil-qiegħda. Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw fil-każijiet kollha:

(aa) il-post tat-tmunier għat-tmunier għandu jkun irranġat sabiex jippermetti navigazzjoni bir-radar minn persuna waħda.

(bb) it-tieni membru tal-ekwipaġġ għandu jkollu l-iskrin tar-radar (slave) tiegħu stess fl-istazzjon tax-xogħol tiegħu u għandu jkun jista' jintervjeni mill-istazzjon tax-xogħol tiegħu sabiex jitrasmetti informazzjoni u jikkontrolla l-propulsjoni tal-bastiment.

(c) Il-persuni msemmija f'(a) għandhom ikunu jistgħu jħaddmu l-installazzjonijiet imsemmija f'(b) mingħajr tfixkil, inkluż meta ċ-ċinturini tas-sikurezza jintlibsu sew.


  1. Il-veduta libera

(a) B'deroga mill-Artikolu 7.02(2), iż-żona tal-veduta ħielsa quddiem tal-pruwa għat-tmunier f'pożizzjoni bilqiegħda ma għandhiex tkun aktar minn tul wieħed tal-bastiment irrispettivament mill-ammont tal-merkanzija.

(b) B'deroga mill-Artikolu 7.02(3), l-arkata totali ta' setturi mingħajr viżibilità minn dritt quddiemhom sa 22,5° lejn il-poppa r-raġġ fuq kull naħa ma għandhiex taqbeż l-20°. Kull settur mingħajr viżibilità individwali ma għandux jaqbeż il-5°. Is-settur ċar bejn iż-żewġ setturi mingħajr viżibilità ma għandux ikun anqas minn 10°.



  1. L-istrumenti

Il-panelli tal-istrumenti għat-tħaddim u l-monitoraġġ tal-installazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22b.11 għandhom ikunu f'pożizzjonijijiet separati u mmarkati b'mod ċar fil-kabina tat-tmunier. Dan għandu japplika wkoll, fejn ikun il-każ, għall-kontrolli għat-tnedija ta' tagħmir tas-salvataġġ kollettiv.

  1. Id-dawl

Għandu jiintuża dawl aħmar għal żoni jew biċċiet minn tagħmir li għandu jkun mixgħul waqt l-użu.

  1. It-twieqi

Għandhom ikunu evitati riflessjonijiet. Għandu jiġi pprovdut mezz sabiex ikun evitat it-tgħammix mid-dawl tax-xemx.

  1. Il-materjal tal-wiċċ

L-użu ta' materjali tas-superfiċje li jirrifletti fil-kabina tat-tmunier għandu jkun evitat.

Artikolu 22b.08
It-tagħmir addizzjonali

L-inġenji ta' veloċità għolja għandu jkollhom it-tagħmir li ġej:

(a) installazzjoni tar-radar u indikatur tar-rata tal-ikkwartjar skont l-Artikolu 7.06(1),

(b) tagħmir tas-salvataġġ individwali aċċessibbli faċilment li jikkonforma mal-Istandard Ewropew EN 395:1998 għall-għadd massimu ta' persuni permessi abbord.



Artikolu 22b.09
Iż-żoni magħluqa

  1. Ġenerali

L-ispazji pubbliċi u l-akkomodazzjoni u t-tagħmir li jkun fihom għandhom ikunu mfassla b'tali mod li kwalunkwe persuna li tagħmel użu tajjeb minn dawk il-faċilitajiet ma ssofrix dannu matul it-tluq jew il-waqfa normali u ta' emerġenza, jew matul l-immanuvrar ta' sewqan normali u f'kundizzjonijiet ta' ħsara jew ta' kundizzjonijiet ta' tħaddim ħażin.

  1. Il-komunikazzjoni

(a) Għall-finijiet ta' informazzjoni lill-passiġġieri dwar il-miżuri ta' sikurezza, il-bastimenti tal-passiġġieri kollha għandhom ikunu mgħammra b'installazzjonijiet akustiċi u viżwali viżibbli u li jinstemgħu minn dawk kollha abbord.

(b) L-installazzjonijiet deskritti taħt (a) għandhom jippermettu lill-kaptan tal-bastiment biex jagħti struzzjonijiet lill-passiġġieri.

(c) Kull passiġġier għandu jkollu aċċess għall-istruzzjonijiet għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza viċin is-sit tagħhom, inkluż pjan tal-bastiment li jkun juri l-postijiet ta' ħruġ kollha, ir-rotot ta' evakwazzjoni, it-tagħmir ta' emerġenza, it-tagħmir ta' salvataġġ u l-istruzzjonijiet għall-użu tal-ġkieket tas-salvataġġ.

Artikolu 22b.10

Il-ħruġ u r-rotot ta' evakwazzjoni

Ir-rotot ta' emerġenza u ta' evakwazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għandu jkun hemm aċċess faċli, mingħajr periklu u rapidu mill-post tat-tmunier għal spazji u akkomodazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku;

(b) ir-rotot ta' evakwazzjoni li jwasslu għall-ħruġ ta' emerġenza għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u permanenti;

(c) il-ħruġ kollu għandu jkun immarkat tajjeb. It-tħaddim tal-mekkaniżmu tal-ftuħ għandu jkun ovvju minn ġewwa u minn barra;

(d) ir-rotot ta' evakwazzjoni u l-ħruġ ta' emerġenza għandu jkollhom sistema ta' gwida ta' sikurezza adatta;

(e) għandu jitħalla spazju suffiċjenti għal membru tal-ekwipaġġ ħdejn il-postijiet ta' ħruġ.

Artikolu 22b.11
Il-protezzjoni min-nar u t-tifi tan-nar


  1. Il-kurituri, il-kmamar u l-akkomodazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku kif ukoll il-kċejjen u l-kmamar tal-magni għandhom ikunu konnessi ma' sistema ta' allarm adegwata kontra n-nar . Kwalunke nar u l-post tiegħu għandu jkun indikat awtomatikament f'post li fih ikun hemm persuni tal-ekwipaġġ b'mod permanenti.

  2. Il-kmamar tal-magni għandhom ikunu mgħammra b'sistema tat-tifi tan-nar installata b'mod permanenti skont l-Artikolu 10.03b.

  3. Il-kmamar u l-akkomodazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku u r-rotot ta' evakwazzjoni tagħhom għandhom ikunu mgħammra b'sistema li xxerred l-ilma bil-pressa skont l-Artikolu 10.03a. Għandu jkun possibbli għall-ilma użat li jitbattal malajr u direttament għal barra.

Artikolu 22b.12
Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

Bastimenti ta' veloċità għolja skont l-Artikolu 1.01(22) li għandhom ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna validu fil-31 ta' Marzu 2003 għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dan il-Kapitolu:

(a) l-Artikoli 22b.01, 22b.04, 22b.08, 22b.09, 22b.10, 22b.11(1)

meta jiġġedded iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna;

(b) fl-1 ta' April 2013,

l-Artikoli  22b.07(1), (3), (4), (5) u (6);

(c) fl-1 ta' Jannar 2023

id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha.



1   ...   11   12   13   14   15   16   17   18   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət