Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə11/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   7   8   9   10   11   12   13   14   ...   32

Id-dispożizzjonijiet ġenerali

  1. Dan il-Kapitolu japplika għall-impjanti kollha tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jkunu installati fuq bastimenti tal-passiġġieri.

  2. (a) L-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord għandhom jikkonformaw mal-valuri tal-limitu stipulati fit-Tabella 1 waqt it-test tat-tip.

Tabella 1: Valuri tal-limitu li għandhom jiġu osservati fit-tħaddim waqt il-ħruġ tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord (impjant tat-test) waqt it-test tat-tip

Parametru

konċentrazzjoni

Kampjun

Domanda bijokimika ta' ossiġenu (DBO5)
ISO 5815-1 u 5815-2 (2003)1

20 mg/l

Kampjun kompost ta’ 24 siegħa, omoġenizzat

25 mg/l

Kampjun aleatorju, omoġenizzat

Domanda kimika ta' ossiġenu (DKO)2
ISO 6060 (1989)1)

100 mg/l

Kampjun kompost ta’ 24 siegħa, omoġenizzat

125 mg/l

Kampjun aleatorju, omoġenizzat

Total ta' karbonju organiku (TKO)
EN 1484 (1997)1

35 mg/l

Kampjun kompost ta’ 24 siegħa, omoġenizzat

45 mg/l

Kampjun aleatorju, omoġenizzat

1) L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proċeduri ekwivalenti

2) Minflok id-domanda kimika ta' ossiġnu (DKO) tista' ssir referenza wkoll għat-total ta' karbonju organiku (TKO) għall-verifika.

(b) Waqt it-tħaddim għandhom jiġu osservati l-valuri ta’ kontroll stipulati fit-Tabella 2.

Tabella 2: Valuri ta’ kontroll li għandhom jiġu osservati fil-ħruġ tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord waqt tħaddim fuq bastimenti tal-passiġġieri


Parametru

konċentrazzjoni

Kampjun

Domanda bijokimika ta' ossiġenu (DBO5)
ISO 5815-1 u 5815-2 (2003)1

25 mg/l

Kampjun aleatorju, omoġenizzat

Domanda kimika ta' ossiġenu (DKO)2
ISO 6060 (1989)1)

125 mg/l

Kampjun aleatorju, omoġenizzat

150 mg/l

Kampjun aleatorju

Total ta' karbonju organiku (TKO)
EN 1484 (1997)1

45 mg/l

Kampjun aleatorju, omoġenizzat

1) L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proċeduri ekwivalenti

2) Minflok id-domanda kimika ta' ossiġnu (DKO) tista' ssir referenza wkoll għat-total ta' karbonju organiku (TKO) għall-verifika.



(c) Il-valuri rispettivi fit-Tabelli 1 u 2 ma jridux jinqabżu fil-kampjun aleatorju.

  1. Mhumiex ammissibbli proċeduri li jużaw prodotti li fihom il-kloru.

Mhijiex ammissibbli wkoll id-dilwizzjoni tad-drenaġġ domestiku sabiex titnaqqas it-tagħbija speċifika u b'hekk jiġi permess ukoll ir-rimi

  1. Għandhom isiru arranġamenti adegwati għall-ħażna, il-preservazzjoni (jekk meħtieġa), u r-rimi tal-ħama tad-drenaġġ. Dan għandu jinkludi wkoll pjan ta’ ġestjoni għall-ħama tad-drenaġġ.

  2. Il-konformità mal-valuri tal-limitu stabbiliti fit-Tabella 1 fil-paragrafu 2 għandha tiġi kkonfermata permezz ta’ test tat-tip u determinata permezz ta’ approvazzjoni tat-tip. L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi ċċertifikata f'ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip. Is-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jinkludi kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip mal-applikazzjoni għal spezzjoni skont l-Artikolu 2.02. Kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u r-reġistrazzjoni tal-parametri tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord għandhom abbord il-bastiment.

  3. Wara li l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord ikun ġie installat fuq il-bastiment, il-manifattur għandu jwettaq test tal-prestazzjoni qabel ma jibda s-servizz skedat. L-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord għandu jiddaħħal fil-punt 52 taċ-ċertifikat tal-bastiment bid-dettalji li ġejjin dwar l-impjant:

isem

        1. numru tal-approvazzjoni tat-tip

        2. numru tas-serje

        3. sena tal-kostruzzjoni

  1. Kwalunkwe modifika sinifikanti f'impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jkollha effett fuq it-trattament tad-drenaġġ għandha dejjem tiġi segwita minn test speċjali skont l-Artikolu 14a.11(3).

  2. L-awtorità kompetenti tista' tagħmel użu minn servizz tekniku biex twettaq il-kompiti deskritti f'dan il-Kapitolu.

  3. L-impjant tat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ abbord għandha ssirlu manutenzjoni regolari skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur sabiex jiġi żgurat li jkun f'kundizzjoni tajba. Abbord għandu jinżamm ġurnal tal-manutenzjoni li jikkorrabora din il-manutenzjoni.

Artikolu 14a.03
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip

  1. Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għal tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord lill-awtorità kompetenti. Mal-applikazzjoni għandhom jiġu inklużi fajl ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 14a.01(6) u l-abbozz tar-reġistrazzjoin tal-parametri tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord skont l-Artikolu 14a.01(9), kif ukoll l-abbozz ta’ gwida tal-manifattur għall-iċċekkjar tal-komponenti u l-parametri rilevanti għat-trattament tad-drenaġġ għal dak it-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord skont l-Artikolu 14a.01(10). Għat-test tat-tip, il-manifattur għandu juri prototip tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord.

  2. Jekk, f'applikazzjoni partikolari għall-approvazzjoni tat-tip għal tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord, l-awtorità kompetenti ssib li l-applikazzjoni ppreżentata fir-rigward tal-prototip ippreżentat tal-impjant ma tkunx rappreżentattiva tal-karatteristiċi ta’ dan it-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord kif deskritt fl-Addendum I tal-Parti II tal-Appendiċi VI, għandu jiġi pprovdut prototip ieħor, addizzjonali jekk ikun meħtieġ, li għandu jintgħażel mill-awtorità kompetenti, għall-approvazzjoni skont il-paragrafu 1.

  3. L-ebda applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għal tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord ma tista' tiġi ppreżentata lil iżjed minn awtorità kompetenti waħda. Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni separata għal kull tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jrid jiġi approvat.

Artikolu 14a.04
Il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip

  1. L-awtorità kompetenti li lilha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għandha toħroġ l-approvazzjoni tat-tip għat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jikkorrispondi mad-deskrizzjonijiet fil-fajl ta’ informazzjoni u li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu. L-issodisfar ta’ dawn ir-rekwiżiti se jiġi eżaminat skont l-Appendiċi VII.

  2. Għal kull tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li tapprova, l-awtorità kompetenti għandha timla l-partijiet kollha rilevanti taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, li mudell tiegħu jista' jinstab fil-Parti III tal-Appendiċi VI, u għandha tikkompila jew tivverifika l-kontenut tal-indiċi tal-pakkett ta’ informazzjoni. Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jiġu nnumerati skont il-metodu deskritt fil-Parti IV tal-Appendiċi VI. Iċ-ċertifikat mimli tal-approvazzjoni tat-tip u l-appendiċijiet tiegħu għandhom jiġu kkonsenjati lill-applikant.

  3. Jekk l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord għall-approvazzjoni jkun jista' jaqdi biss il-funzjoni tiegħu jew ikollu biss proprjetajiet speċifiċi flimkien ma’ komponenti oħra tal-inġenju li fih ikun se jiġi installat u jekk għal din ir-raġuni, il-konformità ma’ rekwiżit wieħed jew aktar tkun tista' tiġi ċċekkjata biss jekk l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord għall-approvazzjoni jitħaddem ma’ komponenti reali jew simulati oħra tal-inġenju, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għal dan l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord għandu jkun limitat skont dan. F'każijiet bħal dawn, ir-restrizzjonijiet kollha fuq l-użu u r-rekwiżiti kollha tal-installazzjoni għandhom jiġu dettaljati fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għal dak it-tip ta’ impjant.

  4. Kull awtorità kompetenti għandha tibgħat id-dokumenti li ġejjin:

        1. il-lista tat-tipi ta’ impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord, inklużi d-dettalji kif stabbilit fil-Parti V tal-Appendiċi VI, li għalihom tkun ħarġet, ċaħdet jew irtirat l-approvazzjoni fil-perjodu inkwistjoni lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kull darba li tiġi emendata din il-lista;

        2. jekk tintalab tagħmel dan minn awtorità kompetenti oħra,

          1. kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord, b'pakkett ta’ informazzjoni jew mingħajru, għal kull tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li għalih tkun ħarġet, ċaħdet jew irtirat approvazzjoni, u, jekk applikabbli,

          2. il-lista tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jkunu ġew manifatturati skont l-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa, kif stabbilit fl-Artikolu 14a.06(3), li fih id-dettalji skont il-Parti VI tal-Appendiċi VI.

Artikolu 14a.05
L-emenda tal-approvazzjonijiet tat-tip

  1. L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex tiżgura li tiġi infurmata bi kwalunkwe tibdil fit-tagħrif li jidher fil-pakkett ta’ informazzjoni.

  2. L-applikazzjoni għall-emenda jew għall-estensjoni ta’ approvazzjoni tat-tip għandha ssir esklussivament lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip oriġinali.

  3. Jekk il-karatteristiċi tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord kif deskritti fil-pakkett ta’ informazzjoni jkunu ġew modifikati, l-awtorità kompetenti għandha:

        1. toħroġ paġni riveduti tal-pakkett ta’ informazzjoni kif meħtieġ, billi timmarka kull paġna riveduta biex turi b'mod ċar in-natura tat-tibdil u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Kull meta jinħarġu paġni riveduti, għandu jiġi aġġornat ukoll l-indiċi tal-pakkett ta’ informazzjoni li jkun mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip;

        2. toħroġ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip rivedut (b'numru ta’ estensjoni) jekk xi informazzjoni fuqu (esklużi l-annessi) tkun inbidlet jew jekk ir-rekwiżiti minimi ta’ dan il-Kapitolu jkunu nbidlu mid-data tal-approvazzjoni oriġinali. Iċ-ċertifikat rivedut tal-approvazzjoni għandu juri b'mod ċar ir-raġuni għall-modifika tiegħu u d-data tal-ħruġ mill-ġdid.

Jekk l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip issib li jkunu ġustifikati provi jew testijiet ġodda minħabba modifika magħmula fil-pakkett ta’ informazzjoni, hija għandha tinnotifika lill-manifattur b'dan il-fatt u toħroġ id-dokumenti speċifikati hawn fuq biss wara li jkunu tlestew b'suċċess il-provi jew it-testijiet ġodda.

Artikolu 14a.06
Il-konformità

  1. Il-manifattur għandu jwaħħal ma’ kull impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord immanifatturat f'konformità mal-approvazzjoni tat-tip, il-marki ddefiniti fil-Parti I tal-Appendiċi VI, inkluż in-numru tal-approvazzjoni tat-tip.

  2. Jekk l-approvazzjoni tat-tip tkun tinkludi restrizzjonijiet fuq l-użu skont l-Artikolu 14a.04(3), il-manifattur għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar dawn ir-restrizzjonijiet u r-rekwiżiti kollha tal-installazzjoni ma’ kull unità mmanifatturata.

  3. Jekk tintalab mill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi lista tan-numri tas-serje tal-impjanti kollha tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jkunu ġew immanifatturati skont ir-rekwiżiti stipulati f'dan il-Kapitolu mill-aħħar rapport, jew minn meta dawk id-dispożizzjonijiet ikunu daħlu fis-seħħ l-ewwel darba, fi żmien 45 jum wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja, u immedjatament wara kull data addizzjonali speċifikata mill-awtorità kompetenti. Il-lista għandha tippreżenta l-korrelazzjonijiet bejn in-numri tas-serje, it-tipi korrispondenti ta’ impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord u n-numri tal-approvazzjoni tat-tip. Barra minn hekk, il-lista għandha tinkludi wkoll informazzjoni partikolari għal dawk il-każijiet fejn il-manifattur iwaqqaf il-produzzjoni ta’ tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord approvat. Jekk l-awtorità kompetenti ma titlobx il-forniment regolari ta’ din il-lista mill-manifattur, il-manifattur għandu jżomm id-dejta rreġistrata għal perjodu ta’ tal-anqas 40 sena.

Artikolu 14a.07
L-aċċettazzjoni ta’ approvazzjonijiet ekwivalenti

L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu approvazzjonijiet tat-tip għal sistemi tat-trattament tad-drenaġġ abbord ibbażati fuq standards differenti għall-użu fuq il-passaġġi fuq l-ilma nazzjonali tagħhom.



Artikolu 14a.08
L-iċċekkjar tan-numri tas-serje

  1. L-awtorità kompetenti li toħroġ approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura – billi taħdem, jekk ikun meħtieġ, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra – li jiġu rreġistrati u ċċekkjati n-numri tas-serje tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord immanifatturati f'konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

  2. Jista' jsir kontroll addizzjonali tan-numri tas-serje flimkien mal-kontroll dwar il-konformità tal-produzzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 14a.09.

  3. Rigward l-iċċekkjar tan-numri tas-serje, il-manifattur jew ir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu fl-Istati Membri għandhom, jekk jiġu mitluba, jipprovdu immedjatament lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja dwar ix-xerrejja diretti tagħhom kif ukoll in-numri tas-serje ta’ dawk l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jkunu ġew irrappurtati bħala mmanifatturati skont l-Artikolu 14a.06(3).

  4. Jekk manifattur ma jkunx kapaċi jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 14a.06 meta jintalab jagħmel dan mill-awtorità kompetenti, l-approvazzjoni għat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord ikkonċernat tista' tiġi rtirata. F'tali każ, għandha tintuża l-proċedura ta’ notifika speċifikata fl-Artikolu 14a.10(4).

Artikolu 14a.09
Il-konformità tal-produzzjoni

  1. L-awtorità kompetenti li toħroġ approvazzjoni tat-tip għandha taċċerta bil-quddiem – billi taħdem, jekk ikun meħtieġ, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra – li jkunu saru arranġamenti xierqa sabiex jiżguraw iċċekkjar effettiv tal-konformità tal-produzzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Parti I tal-Appendiċi VI.

  2. L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet approvazzjoni tat-tip għandha taċċerta — billi taħdem, jekk ikun meħtieġ, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra — li l-arranġamenti speċifikati fil-paragrafu 1 rigward id-dispożizzjonijiet tal-Parti I tal-Appendiċi VI ikomplu jkunu suffiċjenti u li kull impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord ipprovdut b'numru tal-approvazzjoni tat-tip skont ir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu jkompli jikkorrispondi mad-deskrizzjoni fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu għat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord approvat.

  3. L-awtorità kompetenti tista' tirrikonoxxi testijiet komparabbli minn awtoritajiet kompetenti oħra bħala ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 14a.10
In-nuqqas ta’ konformità ma’ tip approvat ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord

  1. Għandu jitqies li jeżisti nuqqas ta’ konformità mat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ approvat meta jkun hemm devjazzjonijiet mill-karatteristiċi fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip jew, skont kif ikun il-każ, mill-pakkett ta’ informazzjoni, li ma jkunux ġew approvati skont l-Artikolu 14a.05(3) mill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip.

  2. Jekk l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet approvazzjoni tat-tip issib li l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord ma jikkonformawx mat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li għalih tkun ħarġet l-approvazzjoni, hija għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord fil-produzzjoni jerġgħu jikkonformaw mat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord approvat. L-awtorità kompetenti li tkun sabet in-nuqqas ta’ konformità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li tkun ħadet, li jistgħu jestendu għall-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip.

  3. Jekk awtorità kompetenti tkun kapaċi turi li impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord ipprovduti b'numru tal-approvazzjoni tat-tip ma jikkonformawx mat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord approvat, hija tista' titlob lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip sabiex it-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jkun qed jiġi prodott jiġi ċċekkjat għall-konformità tiegħu mat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord approvat. Azzjoni bħal din għandha tittieħed fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba.

Artikolu 14a.11
Il-kejl ta’ kampjun aleatorju / It-test speċjali

  1. Mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-kummissjonar tal-bastiment tal-passiġġieri jew, fil-każ ta’ modernizzar tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord, wara li jkun ġie installat u sar it-test xieraq tal-prestazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tieħu kampjun aleatorju waqt it-tħaddim tal-bastiment tal-passiġġieri sabiex tiċċekkja l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 14a.02(2), it-Tabella 2.

F'intervalli regolari, l-awtorità kompetenti għandha twettaq kontrolli tal-funzjonalità fuq l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord permezz ta’ kejl ta’ kampjuni aleatorji sabiex tiċċekkja l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 14a.02(2), it-Tabella 2.

Jekk l-awtorità kompetenti ssib li l-valuri tal-kejl tal-kampjun aleatorju ma jikkonformawx mal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 14a.02(2), it-Tabella 2, hija tista' titlob li:



        1. id-difetti fl-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord jiġu rranġati sabiex tiżgura li dan jaħdem sewwa;

        2. l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord jerġa' jinġieb konformi mal-approvazzjoni tip; jew

        3. isir test speċjali skont il-paragrafu 3.

Ladarba n-nuqqasijiet ta’ konformità jkunu ġew irranġati u l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord ikun reġa' nġieb konformi mal-approvazzjoni tat-tip, l-awtorità kompetenti tista' twettaq kejl ġdid ta’ kampjun aleatorju.

Jekk id-difetti ma jiġux irranġati jew ma tiġix restawrata l-konformità tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord mal-ispeċifikazzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip, l-awtorità kompetenti għandha tissiġilla l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord u tinforma lill-bord ta’ spezzjoni biex jagħmel annotazzjoni dwar dan fil-punt 52 taċ-ċertifikat tal-bastiment.



  1. Il-kampjuni aleatorji għandhom jitkejlu skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Artikolu 14a.02(2), it-Tabella 2.

  2. Jekk l-awtorità kompetenti ssib xi diskrepanzi fl-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jindikaw devjazzjoni mill-approvazzjoni tat-tip, l-awtorità kompetenti għandha twettaq test speċjali sabiex tistabbilixxi l-istat preżenti tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord fir-rigward tal-komponenti speċifikati fir-reġistrazzjoni tal-parametri tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord, il-kalibrazzjoni u l-issettjar tal-parametri tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord.

Jekk l-awtorità kompetenti tasal għall-konklużjoni li l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord ma jkunx konformi mat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ approvat, hija tista' tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

        1. titlob li:

          1. tiġi restawrata l-konformità tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord; jew

          2. tiġi emendata l-approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 14a.05; jew

        2. tordna kejl skont l-ispeċifikazzjoni tat-test kif stipulat fl-Appendiċi VII.

Jekk ma tiġix restawrata l-konformità jew ma tiġix emendata l-approvazzjoni tat-tip, jew meta mill-kejl imwettaq skont il-punt (b) isir evidenti li l-valuri tal-limitu stabbiliti fl-Artikolu 14a.02(2), it-Tabella 1 ma jkunux rispettati, l-awtorità kompetenti għandha tissiġilla l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord u tinforma lill-korp ta’ spezzjoni biex jagħmel annotazzjoni dwar dan fil-punt 52 taċ-ċertifikat tal-bastiment.

  1. It-testijiet skont il-paragrafu 3 għandhom jitwettqu abbażi tal-gwida tal-manifattur għall-iċċekkjar tal-komponenti u l-parametri tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord rilevanti għat-trattament tad-drenaġġ. Din il-gwida, li għandha tiġi kompilata mill-manifattur u tkun approvata minn awtorità kompetenti, għandha tispeċifika l-komponenti rilevanti għat-trattament kif ukoll il-konfigurazzjonijiet, il-kriterji u l-parametri tad-dimensjonar li għandhom jiġu applikati sabiex jiġi żgurat li l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 14a.02(2), il-Tabelli 1 u 2 jinżammu l-ħin kollu. Hija għandha tinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

        1. speċifikazzjoni tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord flimkien ma’ deskrizzjoni tal-proċessi u indikazzjoni ta’ jekk it-tankijiet għall-ħżin tad-drenaġġ għandhomx jiġu installati lejn għajn ix-xmara tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord;

        2. lista tal-komponenti speċifiċi għat-trattament tad-drenaġġ;

        3. id-disinn u l-kriterji tad-dimensjonar, l-ispeċifikazzjonijiet tad-dimensjonar u r-regolamenti applikati;

        4. rappreżentazzjoni skematika tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord bil-karatteristiċi li jidentifikaw il-komponenti approvati rilevanti għat-trattament (eż. in-numri tal-partijiet fuq il-komponenti).

  1. Impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jkun ġie mitfi jista' jerġa' jitħaddem biss wara test speċjali skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3.

Artikolu 14a.12
L-awtoritajiet kompetenti u servizzi tekniċi

Is-servizzi tekniċi responsabbli għat-twettiq tal-funzjonijiet deskritti f'dan il-Kapitolu għandhom jissodisfaw l-istandard Ewropew dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni (EN ISO/IEC 17025 : 2005 - 8), billi jitqiesu l-kundizzjonijiet li ġejjin:



        1. il-manifatturi tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord ma jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala servizzi tekniċi;

        2. għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, servizz tekniku jista', bil-qbil tal-awtorità kompetenti, juża faċilitajiet esterni għal-laboratorju tiegħu stess
1   ...   7   8   9   10   11   12   13   14   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət