Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə8/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   4   5   6   7   8   9   10   11   ...   32

KAPITOLU 10

IT-TAGĦMIR

Artikolu 10.01
It-tagħmir tal-ankra

  1. Bastimenti maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija, ħlief iċ-ċattri li jinġarru minn bastiment li t-tul tagħhom L ma jaqbiżx 40 m, għandhom ikunu mgħammra b'ankri tal-pruwa li l-massa totali tagħhom P tinkiseb bil-formula li ġejja:

P = k · B · T (kg)

fejn


k




huwa koeffiċjent li jqis ir-relazzjoni bejn it-tul L u l-wisa' B, u tat-tip ta' bastiment:

għaċ-ċattri, madankollu, għandu jintuża k = c;





c




huwa koeffiċjent empiriku mniżżel fit-tabella li ġejja:

Tunnellaġġ massimu li jiflaħ f't Koeffiċjent c

sa 400 inklużi 45

minn 400 sa 650 inkużi 55

minn 650 sa 1000 inkużi 65

aktar minn 1000 70



Fuq bastimenti li jifilħu tunnellaġġ ta' mhux aktar minn 400 t u li, minħabba d-disinn u l-iskop maħsub tagħhom, jintużaw biss għal vjaġġi qosra predeterminati, il-korp ta' spezzjoni jista' jaċċetta li żewġ terzi biss mill-massa totali P tkun meħtieġa għall-ankri tal-pruwa.


  1. Il-bastimenti tal-passiġġieri u l-bastimenti li mhumiex maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija, ħlief ir-rimonkjaturi li jimbuttaw, għandhom ikunu mgħammra b'ankri tal-pruwa li l-massa totali tagħhom P tinkiseb bil-formula li ġejja:

P = k · B · T (kg)

fejn:


k




huwa l-koeffiċjent li jikkorrispondi għall-paragrafu 1, iżda fejn biex jinkiseb il-valur tal-koeffiċjent empiriku (c) l-ispostament tal-ilma f'm3 mniżżel fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jittieħed minflok it-tunellaġġ tal-piż mejjet.


  1. Il-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 li t-tul massimu tagħhom ma jeċċedix 86 m għandhom ikunu mgħammra b'ankri tal-poppa li l-massa totali tagħhom tkun ugwali għal 25 % tal-massa P.

Bastimenti li l-ikbar tul tagħhom jeċċedi 86 m għandhom ikunu mgħammra b'ankri tal-poppa li l-massa totali tagħhom tkun ugwali għal 50 % tal-massa P maħduma skont il-paragrafu 1 jew 2.

L-ankri tal-poppa mhumiex meħtieġa għal:

(a) bastimenti li għalihom il-massa tal-ankra tal-poppa tkun inqas minn 150 kg; fil-każ tal-bastimenti msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 1, għandha titqies il-massa mnaqqsa tal-ankri tal-pruwa;

(b) ċattri.



  1. Bastimenti maħsuba għall-propulsjoni ta' konvojs riġidi li t-tul massimu tagħhom ma jeċċedix 86 m għandhom ikunu mgħammra b'ankri tal-poppa li l-massa totali tagħhom tkun ugwali għal 25 % tal-ikbar massa P kkalkulata skont il-paragrafu 1 għall-formazzjonijiet (meqjusa bħala unità nawtika) permessi u mniżżla fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Bastimenti maħsuba għall-propulsjoni fid-direzzjoni tax-xmara ta' konvojs riġidi b'tul ta' aktar minn 86 m għandhom ikunu mgħammra b'ankri tal-poppa li l-massa totali tagħhom tkun ugwali għal 50 % tal-ikbar massa P kkalkulata skont il-paragrafu 1 għall-formazzjonijiet (meqjusa bħala unità nawtika) permessi u mniżżla fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

  1. Il-mases tal-ankri stabbiliti skont il-paragrafi 1 sa 4 jistgħu jitnaqqsu għal ċerti ankri speċjali.

  2. Il-massa totali P speċifikata għall-ankri tal-pruwa tista' tkun imqassma bejn ankra waħda jew tnejn. Din tista' titnaqqas bi 15 % meta l-bastiment ikun mgħammar b'ankra tal-pruwa waħda biss u l-kubija tkun tinsab f'nofs il-bastiment.

Il-massa totali meħtieġa għall-ankri tal-poppa għar-rimonkjaturi li jimbuttaw u dawk li t-tul massimu tagħhom hu itwal minn 86 m tista' tkun imqassma bejn ankra waħda jew tnejn.

Il-massa tal-eħfef ankra ma għandhiex tkun inqas minn 45 % ta' dik il-massa totali.



  1. L-ankri tal-ħadid fondut mhumiex permessi.

  2. Il-massa tal-ankri għandha tkun indikata fuqhom b'figuri imbozzati b'mod li jibqgħu hekk għal ħafna żmien.

  3. Ankri li jkollhom massa ta' iktar minn 50 kg għandhom ikunu mgħammra bil-murinelli.

  4. Kull katina tal-ankra tal-pruwa għandu jkollha tul ta' mill-inqas:

(a) 40 m għal bastimenti li ma jkunux itwal minn 30 m;

(b) 10 m itwal mill-bastiment meta dan ikun itwal minn 30 m u mhux itwal minn 50 m;

(c) 60 m meta l-bastiment ikun itwal minn 50 m.

Kull waħda mill-ktajjen tal-ankri tal-poppa għandha tkun twila tal-inqas 40 m. Madankollu, meta l-bastimenti jkunu jeħtieġu jieqfu u jħarsu fid-direzzjoni tax-xmara, għandu jkollhom ktajjen tal-ankri tal-poppa li jkunu twal tal-inqas 60 m kull waħda.



  1. Is-saħħa tensili minima R tal-ktajjen tal-ankri għandha tiġi kkalkulata bil-formuli li ġejjin:

(a) ankri li jkollhom massa sa 500 kg:

R = 0,35 · P' (kN);

(b) ankri li jkollhom massa ta' iktar minn 500 kg u mhux iktar minn 2000 kg:

;

(c) ankri li jkollhom massa ta' iktar minn 2000 kg:

R = 0,25 · P' (kN).

fejn


P'




hija l-massa teoretika ta' kull ankra stabbilita skont il-paragrafi 1 sa 4 u 6.

Is-saħħa tensili tal-ktajjen tal-ankri għandha tkun iddikjarata skont standard li jkun fis-seħħ fi Stat Membru.

Meta l-ankri jkollhom massa ikbar minn dik meħtieġa mill-paragrafi 1 sa 6, is-saħħa tensili tal-katina tal-ankri għandha tiġi stabbilita bħala funzjoni tal-massa proprja tal-ankri.



  1. F'każijiet fejn ikun hemm abbord ankri itqal bi ktajjen tal-ankri korrispondentement iktar b'saħħithom, huma biss il-mases minimi u s-saħħiet tensili minimi meħtieġa skont il-paragrafi 1 sa 6 u 11 li għandhom jitniżżlu fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

  2. Il-biċċiet tal-irbit (swivels) bejn l-ankra u l-katina għandhom ikunu jifilħu għal tagħbija b'reżistenza ta' 20 % ogħla mis-saħħa tensili tal-katina korrispondenti.

  3. L-użu ta' ċimi minflok ktajjen tal-ankri huwa permess. Iċ-ċimi għandu jkollhom l-istess saħħa tensili bħal dik meħtieġa għall-ktajjen, iżda għandhom ikunu 20 % itwal.

Artikolu 10.02
Tagħmir ieħor

  1. Skont ir-regolamenti applikabbli tal-awtorità tan-navigazzjoni li hemm fis-seħħ fl-Istati Membri, għandu jkun abbord tal-inqas it-tagħmir li ġej:

(a) tagħmir ta' telefonija bir-radju;

(b) tagħmir u apparat li jagħtu sinjali viżivi u akustiċi, kif ukoll għall-immarkar tal-bastimenti;

(c) dwal ta' riżerva li jaħdmu b'mod indipendenti għad-dwal preskritti tal-irmiġġ.

Għandhom ikunu preżenti wkoll il-kontenituri li ġejjin:

(a) Kontenitur immarkat għall-iskart domestiku;

(b) Kontenituri separati u mmarkati, b'għotjien li jissiġillaw, magħmula mill-azzar jew minn xi materjal ieħor b'saħħtu u li ma jiħux in-nar, ta' daqs adegwat iżda li jesa' mill-inqas 10 l, għall-ġbir ta':

(aa) ċraret għat-tindif ta' żjut;

(bb) skart solidu perikoluż jew li jniġġes;

(cc) skart likwidu perikoluż jew li jniġġes;

u, fejn jistgħu jkunu preżenti, għall-ġbir ta':

(dd) slops,

(ee) skart żejtni jew xaħmi ieħor.



  1. Barra minn dan, it-tagħmir għandu jinkludi mill-inqas:

(a) Ċimi għall-irmiġġ;

Il-bastimenti għandhom ikunu mgħammra bi tliet ċimi għall-irmiġġ. It-tulijiet minimi tagħhom għandhom ikunu tal-inqas dawn li ġejjin:





l-ewwel ċima

:

L + 20 m, iżda mhux iktar minn 100 m,



it-tieni ċima

:

2/3 tal-ewwel kejbil,



it-tielet ċima

:

1/3 tal-ewwel kejbil.

L-iqsar ċima mhijiex meħieġa abbord bastimenti li għandhom L inqas minn 20 m.

Iċ-ċimi għandu jkollhom saħħa tensili Rs li tiġi kkalkulata bil-formuli li ġejjin;

għal L · B · T sa 1000 m3: Rs = 60 + [kN];

għal L · B · T aktar minn 1000 m3: Rs = 150 + [kN].

Għaċ-ċimi meħtieġa għandu jkun hemm abbord ċertifikat skont l-istandard Ewropew EN 10 204:1991, taħt in-Nru 3.1.

Dawn iċ-ċimi jistgħu jiġu sostitwiti bi ħbula li jkollhom l-istess tul u saħħa tensili. Is-saħħa tensili minima ta' dawn il-ħbula għandha tkun indikata fiċ-ċertifikat.

(b) Ċimi tal-irmonk:

Ir-rimonkjaturi għandhom ikunu mgħammra b'numru ta' ċimi li jkunu tajbin għall-operazzjoni tagħhom.

Madankollu, iċ-ċima ewlenija għandha tkun mill-inqas 100 m twil u jkollha saħħa tensili, f'kN, ta' mhux inqas minn terz tal-qawwa totali, f'kW, tal-magna jew magni ewlenin.

Bastimenti bil-magni u r-rimonkjaturi li jimbuttaw li jistgħu wkoll jirmunkaw għandhom ikunu mgħammra b'ċima tal-irmonk li tkun mill-inqas 100 m twil u li s-saħħa tensili tagħha, f'kN, ma tkunx inqas minn kwart tal-qawwa totali, f'kW, tal-magna jew magni ewlenin.

(c) Siegla għall-ġbid taċ-ċimi;

(d) Skaletta tal-imbark mill-inqas 0,4 m wiesgħa u 4 m twila u li t-truf tal-ġenb tagħha jkunu ddefiniti bi strixxa ta' lewn jgħajjat; dik l-iskaletta għandha tkun mgħammra b'poġġaman. Il-korp ta' spezzjoni jista' jippermetti skaletti iqsar għal bastimenti żgħar;

(e) Ganċ tar-randa;

(f) Sett xieraq tal-ewwel għajnuna bil-kontenut skont standard relevanti ta' Stat Membru. Dan is-sett tal-ewwel għajnuna għandu jinżamm f'kamra tal-akkomodazzjoni jew fil-kabina tat-tmunier u jiġi maħżun b'tali mod li jekk meħtieġ ikun jintaħaq faċilment u bla periklu. Jekk is-settijiet tal-ewwel għajnuna jiġu maħżuna f'post mgħotti, l-għata għandha tkun immarkata b'simbolu għal sett tal-ewwel għajnuna skont il-Fig.8 tal-Appendiċi I, b'tul ta' naħa ta' mill-inqas 10 cm;

(g) Par binokli, 7 × 50 jew b'lentijiet ta' dijametru ikbar;

(h) Avviż dwar is-salvataġġ u r-rianimazzjoni tal-persuni li jaqgħu l-baħar;

(i) Dawl għat-tfittxija li jista' jitħaddem mill-kabina tat-tmunier.


  1. Għandu jkun hemm taraġ jew sellum tal-imbark fuq bastimenti li l-għoli tal-ġnub tagħhom 'il fuq mil-linja tal-ilma mhux mgħobbija jkun iżjed minn 1,50 m.

Artikolu 10.03
L-apparat għat-tifi tan-nar li jinġarr

  1. Għandu jkun hemm mill-inqas apparat għat-tifi tan-nar li jinġarr wieħed skont l-istandards Ewropej EN 3­7 2007 u EN 3-8 : 2007 f'kull wieħed mill-postijiet li ġejjin:

(a) fil-kabina tat-tmunier;

(b) qrib kull daħla mill-gverta sal-ispazji tal-akkomodazzjoni;

(c) qrib kull daħla għall-ispazji tas-servizzi li ma jkunux aċċessibbli mill-ispazji tal-akkomodazzjoni u li jkun fihom tagħmir tat-tisħin, tat-tisjir jew tar-refriġerazzjoni li jużaw karburanti solidi jew likwidi jew gass likwifikat;

(d) f'kull daħla għall-kmamar tal-magni u l-kmamar tal-bojler;

(e) f'postijiet adatti taħt il-gverta fil-kmamar tal-magni u fil-kmamar tal-bojler b'tali mod li l-ebda post f'dak l-ispazju ma jkun aktar minn 10 metri mixi 'l bogħod minn tagħmir tat-tifi tan-nar.


  1. Għall-apparat għat-tifi tan-nar li jinġarr meħtieġ mill-paragrafu 1, jista' jintuża biss apparat tat-tifi tan-nar li jopera bit-trab b'kontenut ta' mill-inqas 6 kg jew apparat għat-tifi tan-nar li jinġarr ieħor bl-istess kapaċità ta' tifi. Dawn għandhom ikunu adatti għal nirien tal-Klassi A, B u C.

B'deroga għal bastimenti mingħajr installazzjonijiet ta' gass likwifikat, huwa permessibbli apparat tat-tifi tan-nar li jisprejja l-fowm billi juża fowm li jifforma rita (AFFF-AR) u li ma jiffriżax sa 20 °C taħt (-) iż-żero, anki jekk ma jkunx adegwat għal nirien tal-Klassi C. Dan l-apparat tat-tifi tan-nar għandu jkollu kapaċità minima ta' 9 litri.

It-tagħmir tat-tifi tan-nar kollu għandu jkunu adattat biex jitfi nirien f'sistemi tal-elettriku sa 1000 V.



  1. Minbarra dan jistgħu jintużaw ċilindri tat-tifi tan-nar li jaħdmu bit-trab, bl-ilma jew bil-fowm li jkunu adatti għall-inqas għall-klassi ta' nar li l-iktar x'aktarx iseħħ fil-kamra li għalih ikunu maħsuba.

  2. Apparat għat-tifi tan-nar li jinġarr li juża s-CO2 jista' jintuża biss biex jitfi nirien fi kċejjen u fi stallazzjonijiet elettriċi. Il-kontenut ta' dan l-apparat tat-tifi tan-nar ma għandux ikun iktar minn 1 kg għal kull 15 m3 tal-kamra li fiha jkun disponibbli biex jintuża.

  3. L-apparat għat-tifi tan-nar li jinġarr għandu jiġi kkontrollat mill-inqas kull sentejn minn persuna kompetenti. Għandha titwaħħal tikketta tal-ispezzjoni mal-apparat tat-tifi tan-nar, li tkun iffirmata mill-persuna kompetenti u li turi d-data tal-ispezzjoni.

  4. Jekk jitwaħħal apparat għat-tifi tan-nar li jinġarr b'tali mod li ma jkunx jidher, il-pannell li jgħattih għandu jkun identifikat b'simbolu għal tagħmir tat-tifi tan-nar kif muri fil-Figura 3 tal-Appendiċi I, u b'tul ta' naħa ta' mill-inqas 10 cm.

Artikolu 10.03a
Is-sistemi tat-tifi tan-nar installati b’mod permanenti għall-protezzjoni tal-ispazji ta' akkomodazzjoni,
tal-kabini tat-tmunier u tal-ispazji tal-passiġġieri

  1. Għall-protezzjoni tal-ispazji tal-akkomodazzjoni, tal-kabini tat-tmunier u tal-ispazji tal-passiġġieri huma permessi biss bexxiexi tal-ilma awtomatiċi adatti bħala sistemi installati b'mod permanenti għat-tifi tan-nar.

  2. L-istallazzjoni jew il-konverżjoni tas-sistemi għandha titwettaq biss minn ditti speċjalizzati.

  3. Is-sistemi għandhom ikunu magħmula mill-azzar jew materjali ekwivalenti li ma jieħdux in-nar.

  4. Is-sistemi għandhom ikunu kapaċi jbexxu l-ilma b'rata ta' mill-inqas 5 l/m2 kull minuta fl-ispazju kollu tal-ikbar kamra li tkun se tiġi protetta.

  5. Is-sistemi li jitfgħu kwantità anqas ta' ilma għandu jkollhom approvazzjoni tat-tip skont ir-riżoluzzjoni A 800(19) tal-IMO jew standard ieħor rikonoxxut. L-approvazzjoni tat-tip għandha titwettaq minn soċjetà ta' klassifikazzjonji approvata jew minn istituzzjoni tal-ittestjar akkreditata. L-istituzzjoni tal-ittestjar akkreditata għandha tissodisfa l-istandard Ewropew għar-rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza ta' laboratorji għall-ittestjar u għall-kalibrar (EN ISO/CEI 17025: 2000).

  6. Is-sistemi għandhom jiġu kkontrollati minn espert:

(a) qabel jiddaħħlu fis-servizz għall-ewwel darba

(b) qabel jiddaħħlu lura fis-servizz wara li jkunu ġew attivati;

(c) qabel jiddaħħlu lura fis-servizz wara kull modifika jew tiswija kbira,

(d) regolarment, mill-inqas kull sentejn.

L-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt (d) jistgħu jitwettqu wkoll minn persuna kompetenti minn aġenzija kompetenti li tispeċjalizza f'sistemi tat-tifi tan-nar.


  1. Meta jwettqu l-kontroll skont il-paragrafu 6, l-espert jew il-persuna kompetenti għandhom jivverifikaw jekk is-sistemi jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu.

Il-kontroll għandu jinkludi mill-inqas:

(a) spezzjoni esterna tas-sistema sħiħa;

(b) l-ittestjar funzjonali tas-sistemi tas-sikurezza u taż-żennuni;

(c) l-ittestjar funzjonali tat-tankijiet tal-pressjoni u tas-sistema tal-pompi.



  1. Għandu jinħareġ ċertifikat ta' spezzjoni, li jkun iffirmat mill-espert jew mill-persuna kompetenti u li juri d-data tal-ispezzjoni.

  2. In-numru tas-sistemi installati għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

  3. (Jitħalla vojt);

Artikolu 10.03b
Is-sistemi tat-tifi tan-nar installati b’mod permanenti għall-protezzjoni tal-kmamar tal-magni,
tal-kmamar tal-bojlers u tal-kmamar tal-pompi

  1. Il-materjali li jitfu n-nar

Għall-protezzjoni tal-kmamar tal-magni, tal-kmamar tal-bojlers u tal-kmamar tal-pompi, l-aġenti għat-tifi tan-nar li ġejjin jistgħu jintużaw f'sisemi għat-tifi tan-nar installati b'mod permanenti:

(a) CO2 (dijossidu tal-karbonju);

(b) HFC 227 ea (Heptaflworpropan);

(c) IG 541 (52 % azotu, 40 % argon, 8 % dijossidu tal-karbonju).

(d) FK-5-1-12 (Dodecafluoro-2-methylpentane-3-on).


  1. Il-ventilazzjoni, id-dħul ta' arja

(a) L-arja tal-kombustjoni għall-magni tal-propulsjoni ma għandhiex tiġi estratta mill-kmamar li se jiġu protetti bis-sistemi permanenti tat-tifi tan-nar. Dan ma għandux japplika fejn ikun hemm żewġt ikmamar tal-magni ewlenin indipendenti minn xulxin u ermetikament separati jew jekk maġenb il-kamra tal-magni ewlenija jkun hemm kamra tal-magni separata b'apparat fil-pruwa għall-immanuvrar, li jiżgura li l-bastiment ikun jista' jaħdem bil-qawwa tiegħu stess fil-każ ta' xi nar fil-kamra tal-magni ewlenija.

(b) Kull ventilazzjoni sfurzata li jkun hemm fil-kamra li se tiġi protetta għandha tintefa awtomatikament jekk tiġi attivata s-sistema tat-tifi tan-nar.

(c) Għandu jkun hemm disponibbli tagħmir li bih l-aperturi kollha li jippermettu li tidħol l-arja jew li joħroġ il-gass mill-kamra li se tiġi protetta jkunu jistgħu jingħalqu malajr. Għandu jkun jidher ċar jekk dawn humiex miftuħa jew magħluqa.

(d) L-arja li toħroġ mill-valvoli tar-rilaxx tat-tankijiet tal-arja kkompressata installati fil-kmamar tal-magni għandha tinħareġ għall-arja aperta.

(e) Pressjoni żejda jew baxxa li tirriżulta mill-influss ta' materjal li jitfi n-nar ma għandhiex teqred il-komponenti tal-partijiet ta' madwar il-kamra li se tiġi protetta. Għandu jkun possibbli li l-pressjoni tibbilanċja ruħha mingħajr periklu.

(f) Il-kmamar protetti għandu jkollhom faċilità għall-estrazzjoni tal-materjal li jitfi n-nar u tal-gassijiet tal-kombustjoni. Dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu minn postijiet barra mill-kmamar protetti u li jibqgħu aċċessibbli jekk jiżviluppa xi nar f'dawk il-kmamar. Jekk ikun hemm estratturi installati b'mod permanenti, ma għandux ikun possibbli li dawn jinxtegħlu waqt li n-nar ikun qed jiġi mitfi.



  1. Is-sistema ta' allarm kontra n-nar

Il-kamra li se tiġi protetta għandha tkun issorveljata permezz ta' sistema adatta ta' allarm kontra n-nar. L-avviż tal-allarm għandu jasal fil-kabina tat-tmunier, fl-ispazji tal-akkommodazzjoni u fil-kamra li trid tiġi protetta.

  1. Is-sistema tal-pajpijiet

(a) Il-materjal li jitfi n-nar għandu jiġi mgħoddi għall-kamra li se tiġi protetta u jiġi distribwit hemm permezz ta' sistema ta' pajpijiet fissi. Fil-kamra li se tiġi protetta l-pajpijiet u t-tagħmir assoċjat għandhom ikunu magħmula mill-azzar. Il-pajpijiet li jaqbdu mat-tank u l-ġonot ta' espansjoni għandhom ikunu eżentati minn dan bil-kundizzjoni li l-materjali użati jkollhom karatteristiċi ekwivalenti fil-każ ta' nar. Il-pajpijiet għandhom ikunu protetti minn barra u minn ġewwa kontra l-korrużjoni.

(b) Iż-żennuni tal-ħruġ għandhom ikunu ta' qies u mgħammra b'tali mod li l-materjal li jitfi n-nar jiġi distribwit b'mod uniformi. B'mod partikolari, il-komponent tat-tifi għandu jkun effettiv ukoll taħt il-pannelli tal-art.



  1. It-tagħmir ta' attivazzjoni

(a) Is-sistemi tat-tifi tan-nar b'attivazzjoni awtomatika ma għandhomx ikunu permissibbli.

(b) Għandu jkun possibbli li s-sistema tat-tifi tan-nar tiġi attivata minn post adattat barra l-kamra li se tiġi protetta.

(c) It-tagħmir ta' attivazzjoni għandu jkun installat b'tali mod li jkun jista' jitħaddem anke fil-każ ta' nar u li fil-każ ta' ħsara minn xi nar jew splużjoni fil-kamra li se tiġi protetta l-kwantità meħtieġa ta' materjal li jitfi n-nar xorta waħda tkun tista' titwassal.

It-tagħmir ta' attivazzjoni mhux mekkaniku għandu jitħaddem minn żewġ sorsi ta' enerġija differenti u independenti minn xulxin. Dawn is-sorsi ta' enerġija għandhom ikunu jinsabu fuq barra tal-kamra li se tiġi protetta. Il-linji tal-kontroll fil-kamra li se tiġi protetta għandhom ikunu mfassla b'mod li jibqgħu jaħdmu għal mill-inqas 30 minuta fil-każ ta' nar. Dan ir-rekwiżit ikun intlaħaq fil-każ ta' wajers tal-elettriku jekk dawn ikunu konformi mal-istandard IEC 60331-21:1999.

Jekk it-tagħmir ta' attivazzjoni jkun installat b'mod li ma jkunx jidher il-pannell li jgħattih għandu jkun identifikat bis-simbolu “installazzjoni tat-tifi tan-nar” kif muri fil-Figura 6 tal-Appendiċi I, b'tul ta' naħa ta' mill-inqas 10 cm, u l-kitba li ġejja b'ittri ħomor fuq sfond abjad:

‘Feuerlöscheinrichtung

Installation d'extinction

Brandblusinstallatie

Fire-fighting installation’.»

(d) Jekk is-sistema tat-tifi tan-nar tkun maħsuba għall-protezzjoni ta' diversi kmamar, it-tagħmir ta' attivazzjoni ta' kull kamra jrid ikun separat u identifikat b'mod ċar għal kull kamra.

(e) Maġenb kull tagħmir ta' attivazzjoni għandu jkun hemm imwaħħla f'post fejn jidhru u b'mod li ma jitħassarx l-istruzzjonijiet tat-tħaddim f'waħda mil-lingwi tal-Istati Membri. Dawn għandu jkollhom, b'mod partikolari, struzzjonijiet dwar:

(aa) l-attivazzjoni tas-sistema tat-tifi tan-nar;

(bb) il-ħtieġa ta' verifika biex jiġi żgurat li l-persuni kollha jkunu ħallew il-kamra li se tiġi protetta;

(cc) għandha tittieħed azzjoni mill-ekwipaġġ meta tiġi attivata s-sistema tat-tifi tan-nar u meta jkun hemm aċċess għall-kamra protetta wara l-attivazzjoni jew l-għargħar, partikolarment fir-rigward tal-preżenza possibbli ta' sustanzi perikolużi;”

(dd) l-azzjoni li għandha tittieħed mill-ekwipaġġ f'każ ta' ħsara fis-sistema tat-tifi tan-nar.

(f) L-istruzzjonijiet tat-tħaddim għandhom jiġbdu l-attenzjoni li qabel tiġi attivata s-sistema tat-tifi tan-nar il-magni tal-kombustjoni li jiġbdu l-arja mill-kamra li se tiġi protetta għandhom jintfew.



  1. Is-sistema tat-twissija

(a) Is-sistemi tat-tifi tan-nar permanenti għandu jkollhom sistemi ta' twissija li jinstemgħu u li jidhru.

(b) Is-sistema ta' twissija għandha tixgħel awtomatikament hekk kif is-sistema tat-tifi tan-nar tiġi attivata. Is-sinjal ta' twissija għandu jinstema' għal ħin adegwat qabel ma jiġi rrilaxxat il-materjal li jitfi n-nar, u ma għandux ikun possibbli li jiġi mitfi.

(c) Is-sinjali ta' twissija għandhom ikunu jidhru b'mod ċar fil-kmamar li se jiġu protetti u barra d-daħliet għalihom, u jkunu jinstemgħu ċar anke fil-kondizzjonijiet ta' xogħol li jipproduċuu l-iktar volum għoli ta' ħoss. Huma għandhom ikunu jingħarfu b'mod ċar minn kull sinjal akustiku u ottiku ieħor fil-kamra li se tiġi protetta.

(d) Is-sinjali ta' twissija akustiċi għandhom ikunu jinstemgħu b'mod ċar fil-kmamar fil-qrib anke meta l-bibien ta' bejniethom ikunu magħluqa u fil-kundizzjonijiet ta' xogħol li jipproduċu l-iktar volum għoli ta' ħoss.

(e) Jekk is-sistema ta' twissija ma tkunx awtoprotetta fejn jikkonċerna xi xort elettriku, qtugħ tal-wajers u waqgħat fil-vultaġġ, għandu jkun possibbli li jiġi vverifikat li tkun qed taħdem sew.

(f) Fid-daħla għal kull kamra li tista' tiġi pprovduta b'materjal li jitfi n-nar, għandu jitwaħħal avviż li jidher ċar u li jkollu l-kliem li ġej miktub b'ittri ħomor fuq sfond abjad:

‘Vorsicht, Feuerlöscheinrichtung!

Bei Ertönen des Warnsignals (Beschreibung des Signals) den Raum sofort verlassen!

Attention, installation d'extinction d'incendie!

Quitter immédiatement ce local au signal (description du signal)

Let op, brandblusinstallatie!

Bij het in werking treden van het alarmsignaal (omschrijving van het signaal) deze ruimte onmiddellijk verlaten!

Warning, fire-fighting installation!

Leave the room as soon as the warning signal sounds (description of signal)’.»



  1. It-tankijiet tal-pressjoni, it-tagħmir u l-pajpijiet tal-pressjoni

(a) It-tankijiet tal-pressjoni, it-tagħmir u l-pajpijiet tal-pressjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet li hemm fis-seħħ f'wieħed mill-Istati Membri.

(b) It-tankijiet tal-pressjoni għandhom jiġu installati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(c) It-tankijiet tal-pressjoni, it-tagħmir u l-pajpijiet tal-pressjoni ma għandhomx jiġu installati fl-ispazji tal-akkommodazzjoni.

(d) It-temperatura fl-armadji u fl-ispazji tal-installazjoni li jkun hemm fihom tankijiet tal-pressjoni ma għandhiex tkun aktar minn 50 °C.

(e) Il-kabinetti jew l-ispazji tal-installazzjoni fuq il-gverta għandhom ikunu mwaħħla sew fil-post u jkollhom ventijiet tal-arja li għandhom ikunu b'tali mod li f'każ li jkun hemm xi tnixxija fit-tank tal-pressjoni, l-ebda gass ma jkun jista' jispiċċa fil-partijiet ta' ġewwa tal-bastiment. Il-konnessjonijiet diretti għal kmamar oħra mhumiex permessi.


  1. Il-kwantità ta' materjal li jitfi n-nar

Jekk il-kwantità ta' materjal li jitfi n-nar tkun maħsuba biex tħares iktar minn kamra waħda, l-ammont totali disponibbli ta' materjal li jitfi n-nar m'hemmx għalfejn ikun ikbar mill-kwantità meħtieġa għall-ikbar kamra li trid tkun protetta.

  1. L-installazzjoni, l-ispezzjoni u d-dokumentazzjoni

(a) Is-sistema għandha tkun installata jew konvertita biss minn ditta li tispeċjalizza fis-sistemi tat-tifi tan-nar. Ir-rekwiżiti speċifikati mill-manifattur tal-materjal li jitfi n-nar u mill-manifattur tas-sistema (il-folja tad-detja tal-prodott, il-folja tad-dejta tas-sikurezza) għandhom jintlaħqu.

(b) Is-sistema għandha tiġi kkontrollata minn espert:

(aa) qabel tiddaħħal fis-servizz għall-ewwel darba;

(bb) qabel tiddaħħal lura fis-servizz wara li tkun ġiet attivata;

(cc) qabel tiddaħħal lura fis-servizz wara kull modifika jew tiswija kbira;

(dd) regolarment, mill-inqas kull sentejn.

L-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt (dd) jistgħu jitwettqu wkoll minn persuna kompetenti minn agenzija kompetenti li tispeċjalizza f'sistemi tat-tifi tan-nar.

(c) Fl-ispezzjoni, l-espert jew il-persuna kompetenti għandhom jikkontrollaw jekk is-sistema tissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu.

(d) L-ispezzjoni għandha tkopri mill-inqas dawn li ġejjin:

(aa) spezzjoni minn barra tal-installazzjoni sħiħa;

(bb) iċċekkjar dwar l-issikkar tal-pajpijiet;

(cc) iċċekkjar dwar kemm jaħdmu s-sistemi tal-kontroll u ta' attivazzjoni;

(dd) iċċekkjar dwar il-pressjoni tat-tank u l-kontenut;

(ee) iċċekkjar dwar l-issikkar u l-faċilitajiet biex il-kamra li se tiġi protetta tkun illokkjata;

(ff) iċċekkjar dwar is-sistema ta' allarm kontra n-nar;

(gg) iċċekkjar dwar is-sistema tat-twissija.

(e) Għandu jinħareġ ċertifikat ta' spezzjoni, li jkun iffirmat mill-espert jew mill-persuna kompetenti u li juri d-data tal-ispezzjoni.

(f) Il-numru tas-sistemi tat-tifi tan-nar installati b'mod permanenti għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.



  1. Is-sistemi tat-tifi tan-nar bis-CO2

Is-sistemi tat-tifi tan-nar li jużaw is-CO2 bħala l-komponent li jitfi n-nar għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin, minbarra r-rekwiżiti li hemm taħt il-paragrafi 1 sa 9:

(a) il-kontenituri tas-CO2 għandhom jitpoġġew barra mil-kamra li se tiġi protetta fi spazju jew kabinett li jkun separat ermetikament minn kmamar oħra. Il-bibien għal dawn l-ispazji tal-installazzjoni u l-kabinetti għandhom jinfetħu 'l barra, ikunu jistgħu jillokkjaw u jkollhom fuq barra s-simbolu għal “Twissija ta' periklu ġenerali” skont il-Figura 4 tal-Appendiċi I, li dan ikun mill-inqas 5 cm għoli, flimkien mal-marka “CO2” fl-istess kulur u tal-istess għoli;

(b) l-ispazji tal-installazzjoni taħt il-gverti għall-kontenituri tas-CO2 għandhom ikunu aċċessibbi biss mill-arja ta' barra. Dawn l-ispazji għandu jkollhom is-sistema ta' ventilazzjoni artifiċjali xierqa tagħhom stess b'ventijiet tal-estrazzjoni, li jkunu separati kompletament minn sistemi oħrajn ta' ventilazzjoni abbord;

(c) il-kontenituri tas-CO2 m’għandhomx jimtlew aktar minn 0,75 kg/l. Dan il-volum speċifiku ta’ gass tas-CO2 mhux taħt pressa għandu jkun ta’0,56 m3/kg;

(d) il-volum ta' CO2 għall-kamra li se tiġi protetta għandu jkun mill-inqas 40 % tal-volum gross tiegħu. Għandu jkun possibbli li dan il-volum ikun fornut f'120 sekonda, u li jiġi ċċekkjat jekk il-provvista tkunx ġiet kompluta;

(e) il-ftuħ tal-valvijiet tal-kontenitur u t-tħaddim tal-valv tal-mili għandhom ikunu operazzjonijiet ta' kontroll separati.

(f) il-ħin xieraq imsemmi taħt il-paragrafu 6(b) għandu jkun tal-inqas 20 sekonda. Għandu jkun hemm tagħmir affidabbli biex jiġi żgurat id-dewmien qabel ma jitwassal il-gass CO2.


  1. Is-sistemi tat-tifi tan-nar — HFC-227ea

Sistemi tat-tifi tan-nar li jużaw l-HFC 227ea bħala l-komponent li jitfi n-nar għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-rekwiżiti li hemm taħt il-paragrafi 1 sa 9:

(a) jekk ikun hemm diversi kmamar li se jiġu protetti, kull waħda b'volum gross differenti, kull kamra għandu jkollha s-sistema tat-tifi tan-nar tagħha stess;

(b) kull kontenitur ta' HFC 227ea li jkun installat fil-kamra li se tiġi protetta għandu jkun mgħammar b'valv tar-rilaxx għall-pressjoni żejda. Dan għandu jħalli joħroġ mingħajr ħsara l-kontenut tal-kontenitur fil-kamra li se tiġi protetta jekk il-kontenitur ikun espost għall-effetti tan-nar u s-sistema tat-tifi tan-nar ma tkunx ġiet attivata;

(c) kull kontenitur għandu jkollu tagħmir li jiċċekkja l-pressjoni tal-gass;

(d) il-kontenituri m’għandhomx jimtlew aktar minn 1,15 kg/l. Dan il-volum speċifiku ta’ HFC-227ea mhux taħt pressa għandu jkun ta’ 0,1374 m3/kg;

(e) Il-volum ta' HFC-227ea għall-kamra li se tiġi protetta għandu jkun mill-inqas 8 % tal-volum gross tal-kamra. Dan il-volum għandu jkun fornut f'10 sekondi;

(f) il-kontenituri tal-HFC-227ea għandu jkollhom monitur tal-pressjoni li jitfa' sinjal ta' allarm li jinstema' u li jidher fil-kabina tat-tmunier f'każ ta' telf ta' fjuwil mhux awtorizzat. jekk ma jkunx hemm kabina tat-tmunier, dan is-sinjal ta' allarm għandu jingħata minn fuq barra tal-kamra li se tiġi protetta;

(g) wara li timtela, il-konċentrazzjoni fil-kamra li se tiġi protetta ma għandhiex tkun iżjed minn 10,5 %;

(h) is-sistema tat-tifi tan-nar ma għandhiex ikollha xi partijiet magħmulin mill-aluminju;


  1. Is-sistemi tat-tifi tan-nar — IG-541

Is-sistemi tat-tifi tan-nar li jużaw l-IG-541 bħala l-komponent li jitfi n-nar għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-rekwiżiti li hemm taħt il-paragrafi 1 sa 9:

(a) jekk ikun hemm diversi kmamar li se jiġu protetti, kull waħda b'volum gross differenti, kull kamra għandu jkollha s-sistema tat-tifi tan-nar tagħha stess;

(b) kull kontenitur ta' IG-541 li jkun installat fil-kamra li se tiġi protetta għandu jkun mgħammar b'valv tar-rilaxx għall-pressjoni żejda. Dan għandu jħalli joħroġ mingħajr ħsara l-kontenut tal-kontenitur fil-kamra li se tiġi protetta jekk il-kontenitur ikun espost għall-effetti tan-nar u s-sistema tat-tifi tan-nar ma tkunx ġiet attivata;

(c) kull kontenitur għandu jkollu tagħmir biex jiċċekkja l-kontentut;

(d) il-pressjoni tal-mili tal-kontenitur ma għandhiex tkun iżjed min 200 bar fi +15 °C;

(e) il-volum ta' IG-541 għall-kamra li se tiġi protetta għandu jkun tal-inqas 44 % u mhux iktar minn 50 % tal-volum gross tal-kamra. Dan il-volum għandu jkun fornut f'120 sekonda.



  1. Is-sistemi tat-tifi tan-nar — FK-5-1-12

Is-sistemi tat-tifi tan-nar li jużaw l-FK-5-1-12 bħala l-komponent li jitfi n-nar għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-rekwiżiti li hemm taħt il-paragrafi 1 sa 9:

(a) jekk ikun hemm diversi kmamar li se jiġu protetti, kull waħda b'volum gross differenti, kull kamra għandu jkollha s-sistema tat-tifi tan-nar tagħha stess;

(b) kull kontenitur ta' FK-5-1-12 installat fil-kamra li se tiġi protetta għandu jkun mgħammar b'valv tar-rilaxx għall-pressjoni żejda. Il-valv li jeħles il-pressjoni żejda (overpressure relief valve) għandu jħalli joħroġ mingħajr ħsara l-kontenut tal-kontenitur fil-kamra li se tiġi protetta jekk il-kontenitur ikun espost għall-effetti tan-nar u s-sistema tat-tifi tan-nar ma tkunx ġiet attivata;

(c) kull kontenitur għandu jkollu tagħmir li jiċċekkja l-pressjoni tal-gass;

(d) il-kontenituri m’għandhomx jimtlew aktar minn 1,00 kg/l. Dan il-volum speċifiku ta’ FK-5-1-12 mhux taħt pressa għandu jkun ta’ 0,0719 m3/kg;

(e) il-volum ta' FK-5-1-12 għall-kamra li se tiġi protetta għandu jkun mill-inqas 5,5 % tal-volum gross tal-kamra. Dan il-volum għandu jkun fornut f'10 sekondi;

(f) il-kontenituri ta' FK-5-1-12 għandu jkollhom monitur tal-pressjoni li jitfa' sinjal ta' allarm li jinstema' u li jidher fil-kabina tat-tmunier f'każ ta' telf ta' fjuwil mhux awtorizzat. Jekk ma jkunx hemm kabina tat-tmunier, dan is-sinjal ta' allarm għandu jingħata minn fuq barra tal-kamra li se tiġi protetta;

(g) wara li timtela, il-konċentrazzjoni fil-kamra li se tiġi protetta ma għandhiex tkun iżjed minn 10,0 %.



Artikolu 10.03c
(Jitħalla vojt)

Artikolu 10.04
Id-dgħajjes tal-bastiment

  1. L-inġenju li ġej għandu jġorr dgħajsa tal-bastiment skont l-istandard Ewropew EN 1914: 1997.

(a) bastimenti bil-magna u barkuni li jkollhom piż mejjet ta' iktar minn 150 t;

(b) rimonkjaturi u rimonkjaturi li jimbuttaw bi spostament tal-ilma ta' iktar minn 150 m3;

(c) tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma;

(d) bastimenti tal-passiġġieri.



  1. Għandu jkun possibbli li persuna waħda tkun tista' tvara tali dgħajjes tal-bastiment bla perikolu f'ħames minuti mill-ewwel azzjoni manwali meħtieġa. Jekk jintuża tagħmir ta' varar li jaħdem bl-enerġija, dan għandu jkun tali li l-varar bla periklu u bil-ħeffa ma jkunx imfixkel jekk il-provvista tal-enerġija tieqaf milli taħdem.

  2. Id-dgħajjes li jintefħu tal-bastiment għandhom jiġu spezzjonati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Artikolu 10.05
Is-salvawomi u l-ġkieket tas-salvataġġ

  1. Abbord il-vapur għandu jkun hemm mill-inqas tliet salvawomi skont l-istandard Ewropew EN 14144: 2002. Dawn għandhom ikunu lesti biex jintużaw u mwaħħla mal-gverta f'postijiet xierqa mingħajr ma jkunu mwaħħla mal-immuntar tagħhom. Tal-inqas salvawomu wieħed għandu jkun fil-viċin qrib tal-kabina tat-tmunier u jkun mgħammar b'dawl li jaħdem bil-batterija, li jixgħel waħdu u ma jintefiex fl-ilma.

  2. Ġakketta tas-salvataġġ personalizzata u li tintefaħ awtomatikament skont l-istandards Ewropej EN 395:1998, EN 396:1998 EN ISO 12402-3:2006, EN ISO 12402-4:2006; għandha tkun qrib kull persuna li tkun regolarment abbord l-inġenju.

Ġkieket tas-salvataġġ li ma jintefħux skont dawn l-istandards għandhom ikunu ammissibbli wkoll għat-tfal.

  1. Il-ġkieket tas-salvataġġ għandhom ikunu spezzjonati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
1   ...   4   5   6   7   8   9   10   11   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət