Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə10/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   6   7   8   9   10   11   12   13   ...   32

KAPITOLU 13

IT-TAGĦMIR TAT-TISĦIN, IT-TISJIR U T-TKESSIĦ LI JAĦDEM BIL-KARBURANT

Artikolu 13.01
Ġenerali

  1. L-apparat tat-tisħin, tat-tisjir u tat-tkessiħ li jaħdem bil-gass likwidu għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Kapitolu 14.

  2. L-apparat tat-tisħin, tat-tisjir u tat-tkessiħ, flimkien mal-aċċessorji tiegħu, għandu jkun imfassal u installat b'tali mod li ma jkunx perikoluż anke f'każ ta' tisħin żejjed. Għandu jkun installat b'tali mod li ma jistax jinqaleb jew jiċċaqqlaq b'mod aċċidentali.

  3. L-apparat imsemmi fil-paragrafu 2 ma għandux ikun installat f'żoni fejn is-sustanzi b'punt li jaqbad taħt il-55 °C jintużaw jew jinħażnu. L-ebda patti tal-ankra minn dawn l-installazzjonijiet ma jistgħu jgħaddu minn żoni bħal dawn.

  4. Il-provvista tal-arja neċessarja għall-ħruġ għandha tkun żgurata.

  5. L-istrumenti tat-tisħin għandhom ikunu mqabbda sewwa mal-patti tal-ankra, li għandu jkollhom ventilaturi jew tagħmir adegwat li jippermettu l-protezzjoni kontra r-riħ. Għandhom ikunu rranġati b'tali mod li jippermetu t-tindif.

Artikolu 13.02
L-użu ta' karburanti likwidi, it-tagħmir li jaħdem biż-żejt

  1. L-apparat tat-tisħin, tat-tisjir u tat-tkessiħ li juża karburant likwidu jista' jitħaddem biss b'karburanti b'punt li jaqbad 'il fuq minn 55 °C.

  2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-istrumenti tat-tisjir u l-istrumenti tat-tisħin u tat-tkessiħ li jkollhom berners bi ftila jew li jaħdmu biż-żejt tal-paraffin kummerċjali jistgħu jitħallew fl-akkomodazzjoni u fil-kabina tat-tmunier sakemm il-kapaċità tat-tank tal-karburant ma taqbiżx it-12-il litru.

  3. L-istrumenti li jkollhom berners tal-ftila għandhom ikunu:

(a) ffitjati b'tank tal-karburant tal-metall li l-apertura tal-mili tiegħu tista' tiġi llokkjata u ma għandhiex ġunta tal-istann artab taħt il-livell massimu tal-mili, u għandhom ikunu mfassla u installati b'tali mod li t-tank tal-karburant ma jistax jinfetaħ jew jitbattal b'mod aċċidentali;

(b) jistgħu jinxtegħlu mingħajr l-għajnuna ta' karburant likwidu ieħor;

(c) installati b'tali mod li jiżguraw l-evakwazzjoni bla perikolu tal-gassijiet tal-kombustjoni.

Artikolu 13.03
Il-fuklari tal-berner taż-żejt bil-vaporizzazzjoni u apparati tat-tisħin tal-berner taż-żejt bl-atomizzazzjoni


  1. Il-fuklari tal-berner taż-żejt bil-vaporizzazzjoni u l-apparati tat-tisħin tal-berner taż-żejt bl-atomizzazzjoni għandhom jinbnew skont l-aqwa prattika.

  2. Fejn fuklar tal-berner taż-żejt bil-vaporizzazzjoni jew apparat tat-tisħin tal-berner taż-żejt bl-atomizzazzjoni jkun installat f'kamra tal-magna, il-provvista tal-arja lill-apparat tat-tisħin u l-magni għandha tkun iddisinnjata b'tali mod li l-apparat tat-tisħin u l-magni jkunu jistgħu jaħdmu kif jixraq u bla perikolu b'mod indipendenti minn xulxin. Fejn ikun neċessarju, għandu jkun hemm provvista tal-arja separata. L-apparat għandu jkun installat b'tali mod li l-ebda fjamma mill-berner ma tista' tilħaq il-partijiet l-oħra tal-installazzjonijiet tal-kamra tal-magna.

Artikolu 13.04
Il-fuklari tal-berner taż-żejt bil-vaporizzazzjoni

  1. Għandu jkun possibbli li jixtegħlu l-fuklari tal-berner taż-żejt bil-vaporizzazzjoni mingħajr l-għajnuna ta' likwidu li jaqbad ieħor. Għandhom ikunu imqabbda 'l fuq minn dixx tat-taqtir tal-metall li jdur mal-partijiet kollha li jġorru l-karburant, bil-ġnub tiegħu tal-inqas 20 mm għolja u li għandu kapaċità tal-inqas ta' żewġ litri.

  2. Għall-fuklari tal-berner taż-żejt bil-vaporizzazzjoni installati fil-kamra tal-magna, il-ġnub tad-dixx tat-taqtir tal-metall preskritt fil-paragrafu 1 għandhom ikunu tal-inqas 200 mm għolja. It-tarf ta' isfel tal-berner bil-vaporizzazzjoni għandu jkun jinsab 'l fuq mit-tarf tad-dixx tat-taqtir. Minbarra dan, it-tarf ta' fuq tad-dixx tat-taqtir għandu jestendi tal-inqas 100 mm 'il fuq mill-art.

  3. Il-fuklari tal-berner taż-żejt bil-vaporizzazzjoni għandu jkollhom regolatur adattat li, fil-konfigurazzjonijiet kollha, jiżgura kważi ċirkolazzjoni kostanti ta' karburant għall-berner u li jevita kwalunkwe taqtir ta' karburant jekk tintefa l-fjamma. Ir-regolaturi għandhom jitqiesu adatti li jaħdmu tajjeb anke meta esposti għall-vibrazzjoni u mxaqilba sa 12° u li, minbarra l-istrument li jżomm fil-wiċċ li jirregola l-invellar, għandhom

(a) it-tieni strument li jżomm fil-wiċċ li jagħlaq il-provvista tal-karburant b'mod sikur u li huwa affidabbli meta l-livell permess jinqabeż, jew

(b) il-pajp ta' meta jfur, iżda biss jekk id-dixx tat-taqtir għandu l-kapaċità suffiċjenti li jakkomoda tal-inqas il-kontenut tat-tank tal-karburant.



  1. Fejn it-tank tal-karburant tal-fuklar tal-berner taż-żejt bil-vaporizzazzjoni huwa installat separatament:

(a) id-differenza bejn it-tank u dak li jagħti l-karburant lill-berner ma tistax taqbeż dik stabbilita fl-istruzzjonijiet tal-ħidma tal-manifattur;

(b) għandha tkun installata b'tali mod li tkun protetta minn tisħin mhux aċċettabbli;

(c) għandu jkun possibbli li titwaqqaf il-provvista tal-karburant mill-gverta.


  1. Il-patti tal-ankri tal-fuklari tal-berner taż-żejt bil-vaporizzazzjoni għandu jkollhom strument biex jevitaw it-taqlib tal-kurrent.

Artikolu 13.05
L-apparati tat-tisħin tal-berner taż-żejt bl-atomizzazzjoni

L-apparati tat-tisħin tal-berner taż-żejt bl-atomizzazzjoni għandhom b'mod partikolari jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) il-ventilazzjoni adegwata tal-berner għandha tkun żgurata qabel ma jingħata l-karburant;

(b) il-provvista tal-karburant għandha tkun irregolata minn termostat;

(c) il-karburant għandu jieħu n-nar minn apparat tal-elettriku jew minn fjamma żgħira li tixgħel il-ħin kollu;

(d) apparat li jimmonitorja l-fjamma għandu jaqta' l-provvista tal-karburant meta tintefa l-fjamma;

(e) is-swiċċ prinċipali għandu jitqiegħed f'post faċilment aċċessibbli barra l-kamra ta' installazzjoni.

Artikolu 13.06
L-apparati tat-tisħin bl-arja sfurzata

L-apparati tat-tisħin bl-arja sfurzata li jikkonsistu f'kamra tal-kombustjoni li madwarha l-arja tat-tisħin tgħaddi taħt pressjoni għal sistema ta' distribuzzjoni jew għal kamra għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) jekk il-karburant huwa awtomizzat taħt pressjoni l-arja tal-kombustjoni għandha tasal permezz ta' blower.

(b) il-kamra tal-kombustjoni għandha tkun ivventilata tajjeb qabel ma jkun jista' jinxtegħel il-berner. Il-ventilazzjoni tista' titqies kompluta meta l-blower tal-arja tal-kombustjoni tibqa' taħdem wara li l-fjamma tkun intfiet.

(c) il-provvista tal-karburant għandha tinqata' awtomatikament jekk:

jintefa n-nar;

il-provvista tal-arja tal-kombustjoni mhix biżżejjed;

l-arja msaħħna teċċedi t-temperatura stabbilita minn qabel; jew

il-provvista tal-elettriku tal-apparati tas-sikurezza tinqata'.

Fil-każijiet ta' hawn fuq il-provvista tal-karburant ma għandhiex terġa' tibda awtomatikament wara li tkun inqatgħet;

(d) għandu jkun possibbli li tinqata' l-arja tal-kombustjoni u l-blowers tal-arja tat-tisħin minn barra l-kamra fejn ikun jinsab l-apparat tat-tisħin;

(e) fejn l-arja tat-tisħin tinġibed minn barra, il-ventijiet tat-teħid tal-arja għandhom ikunu jinsabu l-aktar bogħod possibbli 'l fuq mill-gverta. Għandhom ikunu installati b'tali mod li x-xita u r-raxx tal-ilma ma jistgħux jidħlu;

(f) il-pajpijiet tal-arja tat-tisħin għandhom ikunu magħmula mill-metall;

(g) ma għandux ikunu possibbli li l-fetħiet tal-arja tat-tisħin jingħalqu kompletament;

(h) ma għandux ikun possibbli li kwalunkwe karburant li jnixxi jilħaq il-pajpijiet tal-arja tat-tisħin;

(i) ma għandux ikun possibbli li l-istrumenti tat-tisħin tal-arja sfurzata jkunu jistgħu jiġbdu l-arja tat-tisħin mill-kamra tal-magna.



Artikolu 13.07
It-tisħin bil-karburant solidu

  1. L-apparati tat-tisħin tal-karburant solidu għandhom jitpoġġew fuq pjanċa tal-metall bi trufijiet mgħollija b'tali mod li l-ebda karburant jaqbad jew irmied sħun ma jaqgħu barra l-pjanċa.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-apparati installati f'kompartamenti mibnija minn materjali li ma jaqbadx u maħsuba biss għall-bojlers domestiċi.

  1. Il-bojlers tal-karburant solidu għandhom ikunu mgħammra b'apparati ta' kontroll termostatiċi sabiex jirregolaw iċ-ċirkolazzjoni tal-arja ta' kombustjoni.

  2. Mezz li permezz tiegħu l-irmied jista' jitnaqqas malajr għandu jitpoġġa fil-viċinanza ta' kull apparat tat-tisħin.

KAPITOLU 14

L-INSTALLAZZJONIJIET TAL-GASS LIKWIFIKAT GĦAL SKOPIJIET DOMESTIĊI

Artikolu 14.01
Ġenerali

  1. L-installazzjonijiet tal-gass likwifikat b'mod essenzjali jikkonsistu f'unità tal-provvista li jkun fiha kontenitur wieħed jew aktar tal-gass, u minn regolatur tal-pressjoni wieħed jew aktar, sistema ta' distribuzzjoni u numru ta' apparati li jikkonsmaw il-gass.

Il-kontenituri ta' riżerva u dawk vojti li mhumiex fl-unità tal-provvista ma għandhomx jitqiesu bħala parti mill-installazzjoni. L-Artikolu 14.05 għandu japplika għalihom mutatis mutandis.

  1. L-installazzjonijiet jistgħu jitħaddmu biss bil-propan kummerċjali.

Artikolu 14.02
L-Installazzjonijiet

  1. L-installazzjonijiet tal-gass likwifikat għandhom ikunu adatti dejjem għall-użu bil-propan u għandhom ikunu mibnija u installati bl-aħjar metodu.

  2. L-installazzjonijiet tal-gass likwifikat jistgħu jintużaw biss għall-iskopijiet domestiċi fl-akkomodazzjoni u l-kabina tat-tmunier, u għall-iskopijiet korrispondenti fuq il-bastimenti tal-passiġġieri.

  3. Jista' jkun hemm numru ta' installazzjonijiet separati abbord. Installazzjoni waħda ma għandhiex tintuża sabiex isservi żoni ta' akkomodazzjoni separati permezz ta' stiva jew tank fiss.

  4. L-ebda parti tal-installazzjoni tal-gass likwifikat ma għandha titqiegħed fil-kamra tal-magni.

Artikolu 14.03
Il-kontenituri

  1. Il-kontenituri b'kontenut approvat ta' bejn 5 u 35 kg biss huma permessi. Fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri, il-korp ta' spezzjoni jista' japprova l-użu ta' kontenituri b'kontenut ikbar.

  2. Dawn għandu jkollhom it-timbru uffiċjali li jiċċertifika li ġew aċċettati wara t-testijiet meħtieġa.

Artikolu 14.04
Il-post u l-arranġament tal-unitajiet tal-provvista

  1. L-unitajiet tal-provvista għandhom ikunu installati fuq il-gverta f'armadju wieqaf waħdu jew mal-ħajt li jkun jinsab fuq barra f'pożizzjoni tali li ma tfixkilx il-moviment abbord. Madankollu, dawn ma għandhomx ikunu installati mal-murata tal-bastiment tal-pruwa jew tal-poppa. L-armadju jista' jkun armadju tal-ħajt imdaħħal fis-sovrastruttura dejjem jekk ma jistax jidħol gass fih u jkun jista' jinfetaħ biss minn barra s-sovrastruttura. Hu għandu jitqiegħed b'tali mod li l-pajpjiet tad-distribuzzjoni li jwasslu għall-punti tal-konsum tal-gass ikunu l-iqsar possibbli.

Ma jistax ikun hemm aktar kontenituri jaħdmu flimkien milli huwa necċessarju għat-tħaddim tal-installazzjoni. Diversi kontenituri jistgħu jkunu konnessi biss jekk jintuża strument li jgħaqqad u jreġġa' lura. Jistgħu jiġu konnessi sa erba' kontenituri għal kull unità tal-provvista. L-għadd tal-kontenituri abbord, inklużi l-kontenituri ta' riżerva, ma għandux ikun aktar minn sitta għal kull installazzjoni.

Sa sitt kontenituri jistgħu jkunu konessi fuq il-bastimenti tal-passiġġieri bi kċejjen jew canteens għall-passiġġieri. L-għadd tal-kontenituri abbord, inklużi l-kontenituri ta' riżerva, ma għandux ikun aktar minn disa' għal kull installazzjoni.

Ir-regolaturi tal-pressjoni, jew fil-każ ta' regolazzjoni f'żewġ stadji l-ewwel regolatur tal-pressjoni, għandu jkun imwaħħal mal-ħajt fl-istess armadju bħall-kontenituri.


  1. L-unitajiet tal-provvista għandhom ikunu installati b'tali mod li xi gass mitluf ikun jista' joħroġ mill-armadju fil-ftuħ mingħajr kwalunkwe riskju li jidħol ġewwa l-bastiment jew li jiġi f'kuntatt ma' sors ta' tqabbid.

  2. L-armadji għandhom ikunu magħmula minn materjal ritardanti tal-fjammi u għandhom ikunu ventilati biżżejjed b'aperturi fil-wiċċ u fil-qiegħ. Il-kontenituri għandhom jitpoġġew dritti fl-armadji b'tali mod li ma jistgħux jinqalbu.

  3. L-armadji għandhom ikunu mibnija u mqiegħda b'tali mod li t-temperatura tal-kontenituri ma tistax teċċedi l-50 °C.

  4. Il-kelmiet "Gass likwifat" u simbolu ta' "Nar, fjamma mikxufa u tipjip huma pprojbiti" b'dijametru ta' mill-anqas 10 cm skont il-Figura 2 tal-Appendiċi I għandhom jitwaħħlu fuq in-naħa ta' barra tal-armadju.

Artikolu 14.05
Il-kontenituri ta' riżerva u dawk vojti

Il-kontenituri ta' riżerva u dawk vojti li ma jkunux jinsabu fl-unità tal-provvista għandhom jinħażnu barra l-akkomodazzjoni u l-kabina tat-tmunier f'armadju mibni skont l-Artikolu 14.04.



Artikolu 14.06
Ir-regolaturi tal-pressjoni

  1. L-apparati li jikkunsmaw il-gass jistgħu jiġu konnessi mal-kontenituri biss permezz ta' sistema ta' distribuzzjoni mgħammra b'regolatur tal-pressjoni wieħed jew aktar sabiex ibaxxu l-pressjoni tal-gass għall-pressjoni tal-utilizzazzjoni. Il-pressjoni tista' titnaqqas fi stadju wieħed jew f'żewġ stadji. Ir-regolaturi tal-pressjoni kollha għandhom ikunu ssettjati b'mod permanenti fi pressjoni stabbilita skont l-Artikolu 14.07.

  2. Ir-regolaturi tal-pressjoni finali għandhom ikunu jew mgħammra jew ikunu segwiti immedjatament minn apparat li jipproteġi l-pajp b'mod awtomatiku kontra pressjoni żejda f'każ ta' ħsara tar-regolatur tal-pressjoni. Għandu jkun żgurat illi fil-każ ta' telf fl-apparat tal-protezzjoni kwalunkwe gass mitluf jista' joħroġ fil-ftuħ mingħajr kwalunkwe riskju li jidħol ġewwa l-bastiment jew li jiġi f'kuntatt ma' sors ta' tqabbid; jekk ikun meħtieġ għandu jitwaħħal pajp speċjali għal dan l-iskop.

  3. L-apparati tal-protezzjoni u l-ventijiet għandhom ikunu protetti kontra d-dħul tal-ilma.

Artikolu 14.07
Il-pressjoni

  1. Fejn jintużaw sistemi regolatorji b'żewġ stadji, il-pressjoni medja ma għandhiex tkun aktar minn 2,5 bar 'il fuq mill-pressjoni atmosferika.

  2. Il-pressjoni fil-ftuħ mill-aħħar regolatur tal-pressjoni ma għandhiex tkun aktar minn 0,05 bar 'il fuq mill-pressjoni atmosferika, b'tolleranza ta' 10 %.

Artikolu 14.08
Il-pajpijiet u t-tubi flessibbli

  1. Il-pajpijiet għandhom jikkonsistu f'azzar installat b'mod permanenti jew tubi tar-ramm.

Madankollu, il-pajpjiet konnessi mal-kontenituri għandhom ikunu tubi flessibli ta' pressjoni għolja jew tubi spirali adatti għall-propan. L-apparati li jikkunsmaw il-gass jistgħu, jekk ma jkunux installati b'mod permanenti, ikunu konnessi permezz ta' tubi flessibbli adatti mhux itwal minn metru (1 m).

  1. Il-pajpjiet għandhom ikunu jistgħu jifilħu għal kwalunkwe pressjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-tmermir u s-saħħa, li tista' tidher taħt il-kundizzjonijiet normali ta' tħaddim abbord u l-karatteristiċi u t-tqassim tagħhom għandhom ikunu tali li jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni tal-gass sodisfaċenti bi pressjoni xierqa għall-apparati li jikkunsmaw il-gass.

  2. Il-pajpijiet għandu jkollhom l-anqas ġonot possibbli. Kemm il-pajpijiet kif ukoll il-ġonot għandhom ikunu ssiġillati għall-gass u għandhom jibqgħu tali minkejja kwalunkwe vibrazzjoni jew espansjoni li għaliha dawn jistgħu jkunu suġġetti.

  3. Il-pajpjiet għandhom ikunu faċilment aċċessibbli, imwaħħla tajjeb u protetti f'kull punt fejn jistgħu jkunu suġġetti għall-impatt jew il-frizzjoni, b'mod partikolari fejn jgħaddu minn paratiji tal-azzar jew ħitan tal-metall. Il-wiċċ kollu tal-pajpijiet tal-azzar għandu jkun ittrattat kontra t-tmermir.

  4. Il-pajpjiet flessibbli u l-ġonot tagħhom għandhom ikunu kapaċi jifilħu kwalunkwe pressjoni li tista' sseħħ taħt kundizzjonijiet tal-ħidma normali abbord. Huma għandhom ikunu installati b'tali mod li jkunu ħielsa mit-tensjoni, ma jistgħux jisħnu b'mod eċċessiv u jistgħu jkunu spezzjonati fit-tul kollu tagħhom.

Artikolu 14.09
Is-sistema ta' distribuzzjoni

  1. Għandu jkun possibbli li s-sistema ta' distribuzzjoni tintefa kollha permezz ta' valv prinċipali li jkun aċċessibbli faċilment u b'mod rapidu l-ħin kollu.

  2. Kull apparat li jikkonsma l-gass għandu jkollu fergħa separata tas-sistema ta' distribuzzjoni, u kull fergħa għandha tkun ikkontrollata minn apparat li jagħlaq separat.

  3. Il-valvijiet għandhom ikunu mwaħħla f'postijiet fejn ikunu protetti mit-temp u mill-impatt.

  4. Għandha tkun imwaħħla konnessjoni għall-ispezzjoni wara kull regolatur tal-pressjoni. Permezz tal-użu ta' apparat li jagħlaq għandu jiġi żgurat li fit-testijiet tal-pressjoni r-regolatur tal-pressjoni ma jkunx espost għall-pressjoni tat-test.

Artikolu 14.10
L-apparati li jikkunsmaw il-gass u l-istallazzjoni tagħhom

  1. L-uniċi apparati li jistgħu jkunu installati huma apparati li jikkunsmaw il-propan approvati f'wieħed mill-Istati Membri u mgħammra b'apparati li effettivament jevitaw il-ħruġ tal-gass f'każ illi jew il-fjamma jew id-dawl li jibqa' mixgħul jintfew.

  2. L-apparati għandhom jitpoġġew u jkunu konnessi b'tali mod illi ma jkunux jistgħu jinqalbu jew b'xi mod jitmexxew b'mod aċċidentali u jkun evitat kull riskju li aċċidentalment jinqarsu l-pajpijiet tal-konnessjoni.

  3. L-apparati tat-tisħin u tat-tisħin tal-ilma u l-friġġijiet għandhom ikunu konnessi mal-patta tal-ankra għall-ħruġ tal-gassijiet tal-kombustjoni fl-arja miftuħa.

  4. L-installazzjoni tal-apparati li jikkunsmaw il-gass fil-kabina tat-tmunier hija permessa biss jekk il-kabina tat-tmunier tkun mibnija b'tali mod illi l-ebda gass mitluf ma jista' jgħaddi għall-partijiet ta' taħt tal-inġenju, b'mod partikolari mill-penetrazzjonijiet għal-linji ta' kontroll għall-kamra tal-magni.

  5. L-apparati li jikkunsmaw il-gass jistgħu jkunu installati fil-kwartieri tal-irqad biss jekk il-kombustjoni hija indipendenti mill-arja tal-atmosfera fil-kwartieri.

  6. L-apparati li jikkunsmaw il-gass li fihom il-kombustjoni tiddependi fuq l-arja tal-atmosfera għandhom ikunu installati fi kmamar li huma kbar biżżejjed.

Artikolu 14.11
Il-ventilazzjoni u l-evakwazzjoni tal-gassijiet tal-kombustjoni

  1. Fil-kmamar li jkun fihom l-apparati li jikkunsmaw il-gass fejn il-kombustjoni tiddependi fuq l-arja tal-atmosfera, għandha tkun ipprovvduta arja friska u l-gassijiet tal-kombustjoni għandhom ikunu evakwati permezz tal-aperturi tal-ventilazzjoni ta' qisien adegwati, b'sezzjoni ċara tal-inqas ta' 150 cm2 kull apertura.

  2. L-aperturi tal-ventilazzjoni ma għandux ikollhom apparat li jagħlaq u ma għandhomx iwasslu għall-kwartieri tal-irqad.

  3. L-apparati tal-evakwazzjoni għandhom ikunu iddisinjati b'tali mod li jiżguraw l-evakwazzjoni sikura tal-gassijiet tal-kombustjoni. Huma għandhom jaħdmu b'mod affidabbli fil-ħidma u jkunu magħmula minn materjal mhux kombustabbli. It-tħaddim tagħhom ma għandux ikun affettwat minn ventilazzjoni sfurzata.

Artikolu 14.12
Ir-rekwiżiti tat-tħaddim u tas-sikurezza

L-istruzzjoni tat-tħaddim għandha titwaħħal abbord f'post adattat. Hi għandha tinkludi mill-anqas dan li ġej:

“Il-valvoli tal-kontenituri mhux imqabbda mas-sistema tad-distribuzzjoni għandhom ikunu magħluqa, anke jekk il-kontenituri x'aktarx ikunu vojta”;»

“Il-pajpijiet flessibbli għandhom jiġu sostitwiti hekk kif il-kundizzjoni tagħhom tirrikjedi dan”;»

“L-apparati kollha li jikkunsmaw il-gass għandhom ikunu konnessi jew il-pajpijiet tal-konnessjoni korrispondenti għandhom ikunu ssiġilati”.»

Artikolu 14.13
It-test għall-approvazzjoni

L-installazzjonijiet tal-gass likwifikat għandhom jiġu kkontrollati minn espert, sabiex ikun ivverifikat jekk l-installazzjoni hijiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu:

(a) qabel tiddaħħal fis-servizz għall-ewwel darba

(b) qabel tiddaħħal lura fis-servizz wara kull modifika jew tiswija kbira,

(c) ma' kull tiġdid tal-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 14.15.

Għandu jinħareġ ċertifikat tal-ispezzjoni, li jkun iffirmat mill-espert u li jkun juri d-data tal-ispezzjoni. Għandha tiġi ppreżentata kopja taċ-ċertifikat tal-ispezzjoni lill-korp tal-ispezzjoni.



Artikolu 14.14
Il-kundizzjonijiet tat-test

It-testijiet fuq l-installazzjoni għandhom isiru skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:



  1. Il-pajpijiet ta' pressjoni medja bejn l-apparat tal-għeluq, imsemmija fl-Artikolu 14.09(4), tal-ewwel regolatur tal-pressjoni u l-valvi mwaħħla qabel l-aħħar regolatur tal-pressjoni:

(a) it-test tal-pressjoni, li jitwettaq bl-arja, gass inert jew likwidu bi pressjoni ta' 20 bar 'il fuq mill-pressjoni atmosferika;

(b) it-test tal-issikkar, li jsir bl-arja jew b'gass inert bi pressjoni ta' 3,5 bar 'il fuq mill-pressjoni atmosferika.



  1. Il-pajpijiet fil-pressjoni tas-servizz bejn l-apparat tal-għeluq, imsemmi fl-Artikolu 14.09(4), tal-uniku regolatur tal-pressjoni jew ir-regolatur tal-pressjoni finali u l-valvijiet imqabbda qabel l-apparati li jikkunsmaw il-gass:

it-test tal-issikkar, li jsir bl-arja jew bil-gass inert bi pressjoni ta' 1 bar 'il fuq mill-pressjoni atmosferika.

  1. Il-pajpijiet li jinsabu bejn l-apparat tal-għeluq, imsemmi fl-Artikolu 14.09(4), tal-uniku regolatur tal-pressjoni jew ir-regolatur tal-pressjoni finali u l-kontrolli tal-apparati li jikkonsmaw il-gass:

test tal-issikkar li jsir bi pressjoni ta' 0,15 bar 'il fuq mill-pressjoni atmosferika.

  1. Fit-testijiet imsemmija fil-paragrafi 1(b), 2 u 3, il-pajpijiet jitqiesu bħala ssiġillati għall-gass jekk, wara ħin biżżejjed għall-ekwiparazzjoni mat-temperatura tal-atmosfera, ma jiġi osservat l-ebda tnaqqis fil-pressjoni tat-test matul test ieħor li jdum 10 minuti.

  2. L-apparati li jikkonnettjaw il-kontenituri, il-ġonot tal-pajpijiet u tgħamir ieħor suġġett għall-pressjoni fil-kontenituri, u l-ġonot bejn ir-regolaturi tal-pressjoni u l-pajp tad-distribuzzjoni:

test tal-issikkar, li jsir b'sustanza li tagħmel ir-ragħwa, fil-pressjoni tas-servizz.

  1. L-apparati kollha li jikkunsmaw il-gass għandhom jinġiebu fis-servizz fil-kapaċità nominali u għandhom ikunu ittestjati għall-kombustjoni sodisfaċenti u mhux imfixkla f'konfigurazzjonijiet tal-kapaċità differenti.

L-apparati li jitħassru bin-nar għandhom ikunu ikkontrollati sabiex ikun żgurat li dawn jaħdmu b'mod sodisfaċenti.

  1. Wara t-test imsemmi fil-paragrafu 6, għandu jkun verifikat għal kull apparat li jikkonsma l-gass li huwa konnettjat ma' patta tal-ankra, jekk, wara ħames minuti ta' tħaddim fil-kapaċità nominali, bit-twieqi u l-bibien magħluqa u l-apparati tal-ventilazzjoni jaħdmu, kwalunkwe gass tal-kombustjoni qed joħroġ fil-kamra permezz tat-teħid tal-arja.

Jekk ikun hemm aktar minn ħruġ momentanju ta' gassijiet bħal dawn, il-kawża għandha tinstab u tissewwa immedjatament. L-apparat ma għandux ikun approvat għall-użu sakemm id-difetti kollha jkunu ġew eliminati.

Artikolu 14.15
L-attestazzjoni

  1. Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinkludi attestazzjoni illi l-installazzjonijiet kollha tal-gass likwifikat jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.

  2. L-attestazzjoni għandha tinħareġ mill-korp ta' spezzjoni wara t-test għall-approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 14.13.

  3. L-attestazzjoni għandha tkun valida għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet snin. Din tista' tiġġedded biss wara test għall-approvazzjoni ieħor li jsir skont l-Artikolu 14.13.

Eċċezzjonalment, fejn is-sid ta' bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu jissottometti talba raġunata, il-korp ta' spezzjoni jista' jestendi l-validità tal-attestazzjoni għal mhux aktar minn tliet xhur mingħajr ma jwettaq it-test għall-approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 14.13. Estensjoni bħal din għandha tiddaħħal fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Kapitolu 14a
L-Impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord għall-bastimenti tal-passiġġieri


Artikolu 14a.01
Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:



  1. "impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord" tfisser impjant kompatt għat-trattament tad-drenaġġ biex jiġu ttrattati l-kwantitajiet ta’ drenaġġ domestiku li jakkumula abbord;

  2. "approvazzjoni tat-tip" tfisser id-deċiżjoni li biha l-awtorità kompetenti tikkonferma li impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi ta’ dan il-Kapitolu;

  3. "test speċjali" tfisser il-proċedura mwettqa skont l-Artikolu 14a.11 li biha l-awtorità kompetenti tiżgura li l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord imħaddem fuq inġenju jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu;

  4. "manifattur" tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità kompetenti għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip u biex tkun żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Din il-persuna jew dan il-korp ma għandhomx għalfejn ikunu involuti fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord. Jekk l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord jiġi konvertit permezz ta’ modifiki jew modernizzar wara l-manifattura oriġinali tiegħu sabiex jintuża fuq inġenju għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-persuna jew il-korp li jkunu wettqu l-modifiki jew l-immodernizzar jitqiesu bħala l-manifattur;

  5. "dokument ta’ informazzjoni" tfisser id-dokument stipulat fil-Parti II tal-Appendiċi VI II li jelenka l-informazzjoni li għandha tingħata minn applikant;

  6. "fajl ta’ informazzjoni" tfisser is-sett komplut ta’ dejta, tpinġijiet, ritratti jew dokumenti oħra pprovduti mill-applikant lis-servizz tekniku jew lill-awtorità kompetenti kif preskritt fid-dokument ta’ informazzjoni;

  7. "pakkett ta’ informazzjoni" tfisser il-fajl ta’ informazzjoni flimkien ma’ kwalunkwe rapport dwar test jew dokumenti oħra li s-servizz tekniku jew l-awtorità kompetenti jkunu żiedu mal-fajl ta’ informazzjoni waqt id-doveri tagħhom;

  8. "ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip" tfisser id-dokument imfassal skont il-Parti III tal-Appendiċi VI li bih l-awtorità kompetenti tiċċertifika l-approvazzjoni tat-tip;

  9. “reġistrazzjoni tal-parametri tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord” tfisser id-dokument imfassal skont il-Parti VIII tal-Appendiċi VI li jirreġistra l-parametri kollha, inklużi l-komponenti ta’ u l-aġġustamenti fl-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jkollhom effett fuq il-livell ta’ trattament tad-drenaġġ, inklużi l-modifiki fih;

  10. "gwida tal-manifattur għall-iċċekkjar tal-komponenti u l-parametri rilevanti għat-trattament tad-drenaġġ" tfisser id-dokument kompilat skont l-Artikolu 14a.11(4) sabiex jiġi implimentat it-test speċjali;

  11. "drenaġġ domestiku" tfisser drenaġġ minn kċejjen, kmamar tal-ikel, kmamar tal-ħasil u tal-ħasil tal-ħwejjeġ u ilma tad-drenaġġ;

  12. "ħama tad-drenaġġ" tfisser residwi li jakkumulaw mit-tħaddim ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord inġenju.

Artikolu 14a.02
1   ...   6   7   8   9   10   11   12   13   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət