Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə12/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   8   9   10   11   12   13   14   15   ...   32

KAPITOLU 15

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI

Artikolu 15.01
Id-dispożizzjonijiet ġenerali

  1. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw:

(a) l-Artikolu 3.02(1)(b);

(b) l-Artikoli 4.01 sa 4.03;

(c) l-Artikolu 8.08(2), it-tieni sentenza, u l-paragrafu 7;

(d) l-Artikolu 9.14(3), it-tieni sentenza, għall-vultaġġi mkejla ta' aktar minn 50V.



  1. L-oġġetti ta' tagħmir li ġejjin huma pprojbiti fuq bastimenti tal-passiġġieri:

(a) lampi li jaħdmu bil-gass likwifikat jew karburant likwifikat skont l-Artikolu 12.07(3);

(b) fuklari tal-berner taż-żejt bil-vaporizzazzjoni skont l-Artikolu 13.04;

(c) tagħmir tat-tisħin tal-karburant solidu skont l-Artikolu 13.07;

(d) apparati mgħammra b'berners tal-ftila skont l-Artikolu 13.02(2) u (3), u

(e) apparati tal-gass likwifikat skont il-Kapitolu 14.


  1. Bastimenti mingħajr l-enerġija tagħhom stess ma jistgħux jingħataw liċenzja għat-trasport tal-passiġġieri.

  2. (Jitħalla vojt);

Artikolu 15.02
Il-bwieq tal-bastimenti

  1. Matul l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2.09, il-ħxuna tal-pjanċi ta' barra tal-bastimenti tal-passiġġieri tal-azzar għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:

(a) Il-ħxuna minima tmin tal-qiegħ, il-pjanċi li jiksu s-sentina u l-ġenb fil-buq ta' barra tal-bastimenti tal-passiġġieri hija stabbilita skont l-akbar valur tal-formoli li ġejjin:

t1min = 0,006 · a · (√(T))[mm];

t2min = f · 0,55 · (√(LWL))[mm].

F'dawn il-formoli:



f

=

1 + 0,0013 · (a — 500);

a

=

spazjar tal-qafas lonġitudinali jew trasvers (mm), u fejn l-ispazjar tal-qafas huwa inqsa minn 400 mm, għandu jiddaħħal a = 400 mm;

(b) huwa permess li l-valur ikun inqas mill-valur minimu stabbilit skont (a) hawn fuq għall-ħxuna tal-pjanċa fil-każijiet fejn il-valur permess ġie stabbilit u ċċertifikat fuq il-bażi ta' prova matematika għas-saħħa suffiċjenti (lonġitudinali, trasversa u lokali) tal-buq tal-bastiment;

(c) il-ħxuna kkalkolata skont (a) jew (b) hawn fuq tal-pjanċi ta' barra ma tista' tkun, fl-ebda punt, anqas minn 3 mm;

(d) it-tiġdid tal-pjanċi għandu jsir meta l-ħxuna tal-pjanċa tal-qiegħ, is-sentina jew il-pjanċa tal-ġenb ma tibqax daqs il-valur minimu stabbilit skont (a) jew (b), flimkien ma' (ċ) hawn fuq.


  1. In-numru u l-pożizzjoni tal-paratiji għandhom jingħażlu b'tali mod illi, f'każ ta' għargħar, il-bastiment jibqa' jżomm fil-wiċċ skont l-Artikolu 15.03(7) sa (13). Kull porzjon tal-istruttura interna li jaffettwa l-effiċjenza tas-sottodiviżjoni ta' dawn il-bastimenti għandu jkun imqalfat, u għandu jkun iddisinjat b'tali mod li jżomm l-integrità tas-sottodiviżjoni.

  2. Id-distanza bejn il-paratija tal-ħbit u l-perpendikular ta' quddiem għandha tkun tal-inqas 0,04 LWL u mhux aktar minn 0,04 LWL + 2 m.

  3. Paratija trasversali tista' tkun mgħammra b'daħla tal-paratija, jekk il-partijiet kollha ta' din id-daħla jkunu jinsabu f'żona sikura.

  4. Il-paratiji, li jitqiesu fil-kalkolu tal-istabilità danneġġata skont l-Artikolu 15.03(7) sa (13), għandhom ikunu imqalftin u jkunu installati fuq il-gverta tal-paratija. Fejn ma jkunx hemm gverta tal-paratija, dawn il-paratiji għandhom iwasslu sa għoli tal-inqas 20 cm 'l fuq mil-linja tal-marġni.

  5. L-għadd ta' fetħiet f'dawn il-paratiji għandu jinżamm l-aktar baxx kif hu konsistenti mat-tip ta' kostruzzjoni u t-tħaddim normali tal-bastiment. Il-fetħiet u l-penetrazzjonijiet ma għandux ikollhom effett ta' ħsara fuq il-funzjoni ta' tqalfit tal-paratiji għall-ilma.

  6. Il-paratiji tal-ħbit ma għandu jkollhom l-ebda fetħa u l-ebda bieb.

  7. Il-paratiji li jisseparaw il-kmamar tal-magni miż-żoni tal-passiġġieri jew tal-ekwipaġġ jew tal-akkomodazzjoni tal-persunal fuq il-bastiment ma għandux ikollhom bibien.

  8. Il-bibien li jaħdmu b'mod manwali mingħajr kontroll minn distanza fil-paratiji msemmija fil-paragrafu 5, huma permessi biss f'żoni mhux aċċessibbli għall-passiġġieri. Huma għandhom:

(a) jibqgħu magħluqa fil-ħinijiet kollha u jinfetħu biss b'mod temporanju sabiex jippermettu l-aċċess;

(b) ikunu mgħammra b'apparati adatti sabiex jgħinhom jingħalqu malajr u b'mod sikur;

(c) juru n-notifika li ġejja fuq iż-żewġ naħat tal-bibien:

“Agħlaq il-bieb immedjatament wara li tgħaddi”.»



  1. Il-bibien fil-paratiji msemmija fil-paragrafu 5, li huma miftuħa għall-perjodi twal għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) Huma għandhom ikunu jistgħu jingħalqu miż-żewġ naħat tal-paratija u minn punt aċċessibbli faċilment fuq il-gverta tal-paratija.

(b) Wara li jingħalaq bil-kontroll minn distanza, il-bieb għandu jkun tali illi jista' jinfetaħ mill-ġdid fuq il-post u jingħalaq b'mod sikur. L-għeluq ma għandux ikun imfixkel bi twapet, ilqugħ ta' protezzjoni għas-saqajn jew ostakoli oħra.

(c) Il-ħin li jittieħed għall-proċess tal-għeluq bil-kontroll minn distanza għandu jkun tal-inqas 30 sekonda iżda mhux aktar minn 60 sekonda.

(d) Matul il-proċedura tal-għeluq għandu jinstema' allarm akustiku awtomatiku fejn il-bieb.

(e) Il-mutur u l-allarm tal-bieb ukoll għandhom ikunu jistgħu jaħdmu indipendentament mill-provvistà tal-enerġija abbord. Għandu jkun hemm apparat fil-post tal-kontroll minn distanza li juri jekk il-bieb hux miftuħ jew magħluq.


  1. Il-bibien fil-paratiji msemmija fil-paragrafu 5, u l-apparati ta' attwazzjoni, għandhom ikunu jinsabu f'żona sikura.

  2. Għandu jkun hemm sistema ta' allarm fil-kabina tat-tmunier li turi liema mill-bibien fil-paratiji msemmija fil-paragrafu 5 huma miftuħa.

  3. Pajpijiet bit-trufijiet miftuħa u ventijiet tal-arja għandhom ikunu kkumpensati b'tali mod illi, fil-każ ta' kwalunkwe għargħar, l-ebda spazji jew tankijiet oħra ma jistgħu jegħrqu minħabba fihom.

(a) Jekk diversi kompartamenti huma konnessi biċ-ċar b'pajpijiet jew ventijiet tal-arja, dawn il-pajpijiet u l-ventijiet għandhom, f'post adegwat, jitwasslu 'l fuq mil-linja tal-ilma li tikkorrispondi għall-agħar għargħar possibbli.

(b) Mhux meħtieġ li l-pajpijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti taħt (a), jekk il-pajpijiet ikunu mgħammra b'apparat ta' għeluq minn fejn jgħaddu mill-paratija u li jistgħu jkunu kkontrollati minn distanza minn punt fuq il-gverta tal-paratija.

(c) Fejn sistema tal-pajpijiet ma jkollhiex fetħa fil-kompartiment, il-pajpijiet għandhom jitqiesu intatti f'każ illi dan il-kompartiment ikun bil-ħsara, jekk ikunu jinsabu fiż-żona mingħajr periklu u jkunu jinsabu 'il fuq b'aktar minn 0.50 m mill-qiegħ tal-bastiment.


  1. Il-kontrolli minn distanza tal-bibien tal-paratija skont il-paragrafu 10 u t-tagħmir ta' tifi skont il-paragrafu 13(b) 'il fuq mill-gverta tal-paratija għandhom ikunu mmarkati hekk b'mod ċar.

  2. Fejn jitwaħħal qiegħ doppju, l-għoli tiegħu għandu jkun tal-inqas 0.60 m, u meta jitgħammru spazji laterali doppji, il-wisa' tagħhom għandha tkun tal-inqas 0.60 m.

  3. It-twieqi jistgħu jkunu taħt il-linja tal-marġni jekk ikunu mqalftin, ma jkunux jistgħu jinfetħu, ikunu robusti biżżejjed u jikkonformaw mal-Artikolu 15.06(14).

Artikolu 15.03
L-istabilità

  1. L-applikant għandu jipprova, permezz ta' kalkolazzjoni bbażata fuq ir-riżultati mill-applikazzjoni ta' standard, li l-istabilità intatta tal-bastiment hija adegwata. Il-kalkoli kollha għandhom jitwettqu irrispettivament mill-inklinazzjoni u kalar. Id-dejta tal-vapur fanal meqjusa għall-kalkolu tal-istabilità għandha tiġi ddeterminata permezz ta' test tat-timjil.

  2. L-istabilità intatta għandha tkun ippruvata għall-kundizzjonijiet tat-tagħbija standard li ġejjin:

(a) fil-bidu tal-vjaġġ:

100 % passiġġieri, 98 % karburant u ilma ħelu, 10 % drenaġġ;

(b) matul il-vjaġġ:

100 % passiġġieri, 50 % karburant u ilma ħelu, 50 % drenaġġ;

(c) fi tmiem il-vjaġġ:

100 % passiġġieri, 10 % karburant u ilma ħelu, 98 % drenaġġ;

(d) bastiment mhux mgħobbi:

ebda passiġġier, 10 % karburant u ilma ħelu, ebda drenaġġ.

Għall-kundizzjonijiet tat-tagħbija standard kollha, it-tankijiet tas-saborra għandhom jitqiesu jew bħala vojta jew mimlija skont il-kundizzjonijiet tat-tħaddim normali.

Barra minn hekk, ir-rekwiżit tat-taqsima 3(d) għandu jiġi ppruvat għall-kundizzjoni ta' tagħbija li ġejja:

100 % passiġġieri, 50 % karburant u ilma ħelu, 50 % drenaġġ, it-tankijiet ta' likwidu ieħor kollha (inkluża s-saborra) jitqiesu mimlija sa 50 %.


  1. Il-prova ta' stabilità intatta adegwata permezz ta' kalkolazzjoni għandha tingħata bl-użu tad-definizzjonijiet li ġejjin għall-istabilità intatta u għall-kundizzjonijiet tat-tagħbija standard imsemmija fil-paragrafu 2(a) sa (d):

(a) il-lieva għall-iddrittar massima hmax għandha sseħħ f'angolu tat-timjil ta' φmax ≥ (φmom + 3°) u ma għandhiex tkun inqas minn 0,20 m. Madanakollu, fil-każ ta' φf < φmax il-lieva għall-iddrittar fl-angolu ta' 'downflooding' φf ma għandhiex tkun ta' inqas minn 0,20 m;

(b) l-angolu tad-downflooding φf ma għandux ikun anqas minn (φmom + 3°);

(c) iż-żona A taħt il-kurva tal-lievi għall-iddrittar għandha, skont il-pożizzjoni ta' φf u φmax, tilħaq mill-inqas wieħed mill-valuri li ġejjin:

Każ







A

1

φmax ≤ 15° jew φf ≤ 15°




0,05 m .rad sal-iżgħar fost l-angoli φmax jew φf

2

15° < φmax < 30°

φmax ≤ φf

0,035+0,001 · (30-φmax) m·rad sal-angolu φmax

3

15° < φf < 30°

φmax > φf

0,035+0,001 · (30-φf) m·rad sal-angolu φf

4

φmax ≥ 30° u φf ≥ 30°




0,035 m·rad sal-angolu φ = 30°

Fejn:

hmax




huwa l-lieva massima;

φ




l-angolu tat-timjil

φf




l-angolu tad-downflooding, li huwa l-angolu tat-timjil, fejn il-ftuħ fil-buq, fis-sovrastruttura jew fil-gverti li ma jistgħux jingħalqu sabiex ikunu mqalftin, jinżlu taħt l-ilma;

φmom




l-angolu massimu tat-timjil skont (e);

φmax




l-angolu tat-timjil li fih isseħħ il-lieva għall-iddrittar massima;

A




iż-żona taħt il-kurva tal-lievi għall-iddrittar.

(d) l-ogħli metaċentriku inizjali, GMo, korrett bl-effett tal-uċuh ħielsa f'tankijiet ta' likwidu, ma għandux ikun anqas minn 0.15 m;

(e) f'kull wieħed miż-żewġ każijiet li ġejjin l-angolu tat-timjil φmom ma għandux jaqbeż il-valur ta' 12:

(aa) f'applikazzjoni tal-mument tat-timjil minħabba l-persuni u r-riħ skont is-sezzjonijiet 4 u 5;

(bb) f'applikazzjoni tal-mument tat-timjil minħabba l-persuni u l-ikkwartjar skont is-sezzjonijiet 4 u 6;

(f) għall-mument tat-timjil li jirriżulta mill-mumenti minħabba l-passiġġieri, ir-riħ u l-ikkwartjar skont il-paragrafi 4, 5 u 6, il-freeboard residwu ma għandux ikun anqas minn 0,20 m;

(g) għall-bastimenti bi twieqi jew fetħiet oħra fil-buq li jkunu jinsabu taħt il-gverti tal-paratija u mhux imqalftin, il-wisa' ħieles għas-sikurezza residwu għandu jkun tal-inqas 0,10 m mal-applikazzjoni tat-tliet mumenti ta' timjil li tirriżulta mis-subparagrafu (f).



  1. Il-mument tat-timjil minħabba l-akkumulazzjoni fuq naħa waħda tal-persuni għandu jkun ikkalkolat skont il-formola li ġejja:

[kNm

fejn:


P

=

il-massa totali ta' persuni abbord f'(t), ikkalkolata billi jingħadd l-għadd massimu ta' passiġġieri permess u l-għadd massimu tal-ekwipaġġ fuq il-bastiment u l-ekwipaġġ f'kundizzjonijiet ta' ħidma normali, billi wieħed jassumi li l-massa medja għal kull persuna hi ta' 0,075 t

y

=

id-distanza laterali taċ-ċentru ta' gravita tal-massa totali tal-persuni P mil-linja taċ-ċentru f'(m)

g

=

aċċellerazzjoni tal-gravità (g = 9,81 m/s2)

Pi

=

il-massa tal-persuni akkumulata fuq żona Ai f'(t)

Pi = ni · 0,075 · Ai (t)

fejn
Ai = iż-żona okkupata mill-persuni f'(m2)

ni = l-għadd ta' persuni kull metru kwadru

ni 3,75 għaż-żoni ħielsa tal-gverta u ż-żoni tal-gverta bl-għamara mobbli; għaż-żoni tal-gverta b'għamara li wieħed ipoġġi fuqha fissa bħall-bankijiet, ni għandu jkun ikkalkolat billi wieħed jassumi żona ta' 0,50 m fil-wisa' u 0,75 m fil-fond tas-sedil għal kull persuna


yi

=

id-distanza laterali miċ-ċentru ġeometriku taż-żona Ai mil-linja taċ-ċentru f'(m).

Il-kalkolu għandu jsir għall-akkumulazzjoni tal-persuni kemm għan-naħa tal-lemin kif ukoll tax-xellug.

Id-distribuzzjoni tal-persuni għandha tikkorrispondi għal dik l-anqas favorevoli min-naħa tal-istabilità. Wieħed għandu dejjem jassumi li l-kabini ma jkunux okkupati għall-kalkolu tal-mument tal-persuni.

Għall-kalkolu tal-każijiet tat-tagħbija, iċ-ċentru tal-gravità tal-persuna għandu jitqies bħala 1 m 'il fuq mill-punt l-aktar baxx tal-gverta ta' 0.5 LWL, filwaqt li tiġi injorata kwalunkwe kurvatura tal-gverta u wieħed jassumi massa ta' 0.075 t kull persuna.

Kalkolu dettaljat taż-żoni tal-gverta li huma okkupati minn persuni jista' ma jsirx jekk jintużaw il-valuri li ġejjin:



P

=

1,1 · Fmax · 0,075 għal bastimenti tal-vjaġġi ta' ġurnata

1,5 · Fmax · 0,075 għal bastimenti bil-kabini

fejn

Fmax = l-għadd massimu permess ta' passiġġieri abbord



y

=

B/2 in (m).




  1. Il-mument tat-timjil ikkawżat mill-pressjoni tar-riħ (MW) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

MW= pW • AW • (lW + T/2) [kNm]

fejn:


pW = il-pressjoni speċifika tar-riħ ta' 0.25 kN/m²;

AW = il-pjan laterali tal-bastiment 'il fuq mill-pjan tal-fundar skont il-kundizzjoni meqjusa ta' tagħbija f'[m²];

lW = id-distanza miċ-ċentru tal-gravità tal-pjan laterali AW mill-pjan tal-fundar skont il-kundizzjoni meqjusa ta' tagħbija f'[m].

Meta jiġi kkalkolat il-pjan laterali, għandu jittieħed kont tal-għeluq intenzjonat tal-gverta permezz ta' tined u installazzjonijiet mobbli simili.



  1. Il-mument minħabba l-forza ċentrifugali (Mdr), ikkawżat mit-tidwir tal-bastiment, għandu jkun ikkalkolat kif ġej:

Mdr = cdr · CB · v2 · D/LWL · (KG — T/2) (kNm)

fejn


cdr

=

koeffiċjent ta' 0.45;

CB

=

koeffiċjent tal-blockk (jekk mhux magħruf, jittieħed bħala 1.0);

v

=

veloċità massima tal-bastiment f'm/s;

kg

=

distanza bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-linja tal-prim f'm.

Għall-bastimenti tal-passiġġieri b'sistemi ta' propulsjoni skont l-Artikolu 6.06, Mdr għandu jittieħed minn testijiet tal-bastiment innifsu jew testijiet tal-mudell jew inkella minn kalkoli korrispondenti.

  1. L-applikant għandu jipprova, permezz ta' kalkolu bbażat fuq il-metodu tan-nuqqas ta' kapaċità ta' żamma f'wiċċ l-ilma, illi l-istabilità danneġġata tal-bastiment hija adegwata f'każ ta' għargħar. Il-kalkoli kollha għandhom jitwettqu irrispettivament mill-inklinazzjoni u kalar.

  2. Il-kapaċità ta' żamma f'wiċċ l-ilma tal-bastiment f'każ ta' għargħar għandha tkun ippruvata għall-kundizzjonijiet tat-tagħbija standard speċifikati fil-paragrafu 2. Għaldaqstant, il-prova matematika tal-istabilità suffiċjenti għandha tiġi stabbilita fi tliet stadji intermedjarji ta' għargħar (25 %, 50 % u 75 % ta' tiġmiegħ tal-għargħar) u għall-istadju finali tal-għargħar.

  3. Il-bastimenti tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mal-istatus ta' kompartiment-wieħed u mal-istatus ta' żewġ-kompartimenti.

Għandhom jitqiesu s-suppożizzjonijiet li ġejjin dwar kemm issir ħsara f'każ ta' għargħar:




Status ta' kompartiment-1

Status ta' kompartiment-2

Dimensjoni tal-ħsara tal-ġenb







lonġitudinali l [m]

0,10 · LWL, madanakollu mhux inqas minn 4,00 m

0,05 · LWL, madanakollu mhux inqas minn 2,25 m

trasversali b [m]

B/5

0,59

vertikali h [m]

mill-qiegħ tal-bastiment sa fuq mingħajr delimitazzjoni

Dimensjoni tal-ħsara tal-qiegħ







lonġitudinali l [m]

0,10 · LWL, madanakollu mhux inqas minn 4,00 m

0,05 · LWL, madanakollu mhux inqas minn 2,25 m

trasversali b [m]

B/5

vertikali h [m]

0,59; pajpijiet installati skont l-Artikolu 15.02(13)(c) għandhom jitqiesu bħala intatti

(a) Għall-istatus ta' kompartiment-wieħed, jista' jkun preżunt li l-paratiji huma intatti jekk id-distanza bejn żewġ paratiji ħdejn xulxin tkun akbar mit-tul tal-ħsara. Paratiji lonġitudinali f'distanza ta' inqas minn B/3 mill-buq, imkejla perpendikolari lejn il-linja taċ-ċentru mill-istruttura tal-buq f'fundar massimu ma għandhomx jitqiesu għall-iskopijiet tal-kalkolu. Daħla tal-paratija f'paratija trażversali li ma tkunx itwal minn 2,50 m, hija meqjusa bħala paratija lonġitudinali.

(b) Għall-istatus ta' żewġ-kompartimenti kull paratija fil-punt ta' ħsara jitqiesu bil-ħsara. Dan ifisser li l-pożizzjoni tal-paratiji għandha tingħażel b'tali mod li tiżgura li l-bastiment tal-passiġġieri jżomm f'wiċċ l-ilma wara l-għargħar ta' żewġ kompartimenti jew aktar maġenb xulxin fid-direzzjoni lonġitudinali.

(c) L-aktar punt baxx ta' kull fetħa mhux imqalfta (pereż. bibien, twieqi, bokkaporti tal-aċċess) għandu jkun tal-inqas 0.10 m 'il fuq mil-linja tal-ilma danneġġata. Il-gverta tal-paratija ma għandhiex tkun mgħarrqa fl-istadju finali tal-għargħar.

(d) Għandu jkun hemm is-suppożizzjoni li l-permeabilità hija 95 %. Jekk jiġi ppruvat b'kalkolu li l-permeabilità medja ta' kwalunkwe kompartiment hija anqas minn 95 %, jista' jintuża l-valur kalkolat minflok.

Il-valuri li għandhom ikunu adottati ma għandhomx ikunu anqas minn:



Is-swali

95 %

Il-kmamar tal-magni u tal-bojlers

85 %

Il-kmamar tal-bagalji u tal-ħażna

75 %

Qigħan doppji, tankijiet tal-karburant, tankijiet tas-saborra u tankijiet oħrajn, skont jekk għandux ikun hemm is-suppożizzjoni li huma mimlija jew vojta għal bastiment li jżomm f'wiċċ l-ilma fil-pjan tal-fundar massimu, skont l-iskop maħsub tagħhom

0 jew 95 %

(e) Jekk ħsara ta' dimensjoni iżgħar minn dik speċifikata hawn fuq tipproduċi aktar effetti ta' ħsara fir-rigward tat-timjil jew telf ta' għoli metaċentriku, għandu jittieħed kont ta' din il-ħsara għall-iskopijiet tal-kalkolu.

  1. Għall-istadji intermedjarji kollha tal-għargħar imsemmija fil-paragrafu 8, għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

(a) l-angolu tat-timjil φ fil-pożizzjoni tal-ekwilibriju ta' dan l-istadju intermedjarju ma għandux jaqbeż 15°;

(b) lil hinn mit-timjil fil-pożizzjoni tal-ekwilibriju ta' dan l-istadju intermedjarju, il-parti pożittiva tal-kurva tal-lieva għall-iddrittar għandha turi valur tal-lieva għall-iddrittar ta' GZ ≥ 0.02 m qabel ma l-ewwel fetħa mhix protetta tegħreq jew jintlaħaq l-angolu tat-timjil φ ta' 25°;

(c) il-fetħiet li mhumiex imqalftin ma għandhomx ikunu mgħarrqa fl-ilma qabel ma jintlaħaq it-tinġib fil-pożizzjoni tal-ekwilibriju tal-istadju intermedjarju inkwistjoni;

(d) il-kalkolu tal-effett tal-wiċċ vojt fl-istadji intermedjarji kollha tal-għargħar għandu jkun ibbażat fuq il-wiċċ kollu tal-kompartimenti bil-ħsara.



  1. Matul l-aħħar stadju tal-għargħar, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati filwaqt li jitqies il-mument tat-timjil skont il-paragrafu 4:

(a) l-angolu tat-timjil φE ma għandux jeċċedi 10°;

(b) lil hinn mill-pożizzjoni ta’ ekwilibriju l-parti pożittva tal-kurva tal-lieva għall-iddrittar għandha turi valur tal-lieva għall-iddrittar ta’ GZR ≥ 0,02 m f’żona ta’ A ≥ 0,0025 m rad. Dawn il-valuri minimi għall-istabilità għandhom jintlaħqu sakemm issir l-immersjoni tal-ewwel fetħa mhux protetta jew fi kwalunkwe każ qabel ma jintlaħaq angolu tat-timjil ta’ φm of 25°.






Fejn:

φE




huwa l-angolu tat-timjil fl-istadju finali tal-għargħar ikkunsidrat fil-mument skont it-taqsima 4;

φm




huwa l-angolu tal-linja fejn tgħib l-istabilita jew l-angolu li fih jinżel l-ewwel ftuħ mhux protett jew 25°; liema minnhom huwa l-anqas biex jintuża;

GZR




huwa l-lieva għall-iddrittar li tibqa’ fl-istadju finali tal-għargħar meta jitqies fil-mument skont it-taqsima 4;

GZK




huwa l-lieva tat-timjil li tirriżulta mill-mument skont it-taqsima 4.

(c) fetħiet mhux imqalftin ma għandomx ikunu mgħarrqa qabel ma tkun intlaħqet il-pożizzjoni tal-ekwilibriju; jekk dawn il-fetħiet huma mgħarrqa qabel dan il-punt, il-kmamar li joffru aċċess jitqiesu li huma mgħarrqa għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-istabilità danneġġata.



  1. Għaldaqstant, it-tagħmir ta' għeluq li għandu jkun jista' jiġi msakkar b'mod imqalfat għandu jkun immarkat.

  2. Jekk ikun hemm fetħiet tal-għargħar travers ('cross-flood') sabiex jitnaqqas l-għargħar asimmetriku, dawn għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għall-kalkolu tal-kompartimentalizzazzjoni tal-għargħar, għandha tiġi applikata r-Riżoluzzjoni IMO A.266 (VIII);

(b) għandhom ikunu tali li jaġixxu weħidhom;

(c) ma għandhomx ikunu mgħammra b'tagħmir ta' għeluq;

(d) il-ħin totali permess għall-kumpens ma għandux jeċċedi 15-il minuta.



Artikolu 15.04
Il-wisa' ħieles għas-sikurezza u l-freeboard

  1. Il-wisa' ħieles għas-sikurezza għandu jkun tal-inqas ekwivalenti għas-somma ta':

(a) l-immersjoni laterali addizzjonali, li, imkejla fuq il-pjanċa ta' barra, issir permezz tal-angolu tat-timjil permissibbli skont l-Artikolu 15.03(3)(e), u

(b) il-wisa' ħieles għas-sikurezza residwu skont l-Artikolu 15.03(3)(g).

Għall-bastimenti mingħajr il-paratija tal-gverta, il-wisa' ħieles għas-sikurezza għandu jkun tal-inqas 500 mm.


  1. Il-freeboard għandu jkun tal-inqas ekwivalenti għas-somma ta':

(a) l-immersjoni laterali żejda, li, imkejla fuq il-pjanċa ta' barra, issir permezz tal-angolu tat-timjil skont l-Artikolu 15.03(3)(e), u

(b) il-freeboard residwu skont l-Artikolu 15.03(3)(f).

Madanakollu, il-freeboard għandu jkun tal-inqas 300 mm.


  1. Il-pjan tal-fundar massimu għandu jkun stabbilit sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-wisa' ħieles għas-sikurezza skont il-paragrafu 1, u l-freeboard skont il-paragrafu 2 u l-Artikoli 15.02 u 15.03.

  2. Għar-raġunijiet ta' sikurezza, il-korp ta' spezzjoni jista' jistipula wisa' ħieles għas-sikurezza akbar jew freeboard akbar.

Artikolu 15.05
L-għadd massimu permess ta' passiġġieri

  1. Il-korp ta' spezzjoni għandu jistipula għadd massimu permess ta' passiġġieri u għandu jniżżel dan in-numru fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

  2. L-għadd massimu permess ta' passiġġieri ma għandux jaqbeż kwalunkwe wieħed mill-valuri li ġejjin:

(a) l-għadd tal-passiġġieri li għalihom l-eżistenza ta' żona ta' evakwazzjoni skont l-Artikolu 15.06(8), ġiet approvata;

(b) l-għadd tal-passiġġieri li tagħhom ittieħed kont għall-kalkolu tal-istabilità skont l-Artikolu 15.03;

(c) l-għadd ta' postijieti ta' rmiġġ disponibbli għall-passiġġieri fuq il-bastimenti bil-kabina użati għall-vjaġġi inkluż waqfiet bil-lejl.


  1. Għall-bastimenti bil-kabina li jintużaw ukoll bħala bastimenti għall-vjaġġi ta' ġurnata, l-għadd tal-passiġġieri għandu jkun ikkalkolat kemm għall-użu bħala bastiment tal-vjaġġi ta' ġurnata kif ukoll bħala bastiment bil-kabina u mniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

  2. L-għadd massimu permess tal-passiġġieri għandu jidher fuq notifiki li jistgħu jinqraw faċilment u li jidhru sew abbord il-bastiment.

Artikolu 15.06
Il-kmamar u ż-żoni tal-passiġġieri

  1. Il-kmamar tal-passiġġieri għandhom:

(a) fuq il-gverti kollha, ikunu jinsabu lejn il-livell tal-paratija ta' kolliżjoni u, jekk ikunu taħt il-gverta tal-paratija, quddiem il-livell tal-paratija lejn il-poppa,

(b) ikunu separati mill-kmamar tal-magna u tal-bojlers b'mod li jkunu ssiġillati,

(c) ikunu rranġati b'tali mod li l-linji tal-vista skont l-Artikolu 7.02 ma jgħaddux minnhom.

Iż-żoni tal-gverta li huma magħluqa b'tined jew installazzjonijiet mobbli simili mhux biss fuq iżda wkoll kompletament jew parzjalment lejn il-ġenb għandhom jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-kmamar tal-passiġġieri magħluqa.



  1. L-armadji u l-kmamar imsemmija fl-Artikolu 11.13 u maħsuba għall-ħażna ta' likwidi li jieħdu n-nar għandhom ikunu barra ż-żona tal-passiġġieri.

  2. In-numru u l-wisa' tal-postijiet tal-ħruġ tal-kmamar tal-passiġġieri għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) il-kmamar jew il-gruppi tal-kmamar iddisinjati jew irranġati għal 30 passiġġier jew aktar jew li jinkludu irmiġġi għal 12-il passiġġier jew aktar għandu jkollhom tal-inqas żewġ postijiet tal-ħruġ. Fuq il-bastimenti ta' vjaġġi ta' ġurnata waħda minn dawn iż-żewġ postijiet tal-ħruġ tista' tiġi sostitwita minn żewġ postijiet tal-ħruġ tal-emerġenza; kmamar, minbarra l-kabini, u l-gruppi ta’ kmamar li għandhom ħruġ wieħed biss, għandu jkollhom minn tal-anqas ħruġ ta’ emerġenza wieħed;

(b) jekk il-kmamar ikunu jinsabu taħt il-gverta tal-paratija, wieħed mill-postijiet tal-ħruġ jista' jkun bieb tal-paratija mqalfat, skont l-Artikolu 15.02(10), li jwassal għall-kompartament ta' maġenb li minnu l-gverta ta' fuq tista' tintlaħaq direttament. Il-post tal-ħruġ l-ieħor għandu jwassal direttament jew, jekk ikun permess skont (a), bħala post tal-ħruġ tal-emerġenza għall-arja aperta, jew għall-gverta tal-paratija. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-kabini individwali;

(c) il-postijiet tal-ħruġ skont (a) u (b) għandhom ikunu rranġati b'mod adegwat u għandu jkollhom wisa' liberu ta' mill-inqas 0,80 m kif ukoll għoli liberu ta' tal-anqas 2,00 m. Għall-bibien tal-kabini tal-passiġġieri u kmamar żgħar oħra, il-wisa' liberu jista' jitnaqqas għal 0,70 m.

(d) fil-każ ta' kmamar jew gruppi ta' kmamar maħsuba għal aktar minn 80 passiġġier, is-somma tal-wisa' tal-postijiet tal-ħruġ kollha maħsuba għall-passiġġieri u li għandhom jintużaw minnhom f'emerġenza għandha tkun tal-inqas 0,01 m kull passiġġier.

(e) jekk il-wisa' totali tal-post tal-ħruġ huwa stabbilit mill-għadd ta' passiġġieri, il-wisa' ta' kull post tal-ħruġ għandu jkun mill-inqas 0,005 m għal kull passiġġier.

(f) l-iqsar naħa ta' post tal-ħruġ ta' evakwazzjoni għandha tkun tal-inqas ta' 0,60 m tul jew dijametru minimu ta' 0,70 m. Dawn għandhom jinfetħu fid-direzzjoni tal-evakwazzjoni u jkunu mmarkati fuq iż-żewġ naħat.

(g) il-postijiet tal-ħruġ tal-kmamar maħsuba għall-użu minn persuni b'mobbilità nieqsa għandu jkollhom wisa' liberu ta' tal-inqas 0,90 m. Il-postijiet tal-ħruġ li normalment użati għall-imbark u l-iżbark tal-persuni b'mobbilità nieqsa għandu jkollhom wisa' ħielsa tal-inqas ta' 1,50 m.


  1. Il-bibien tal-kmamar tal-passiġġieri għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) bl-eċċezzjoni tal-bibien li jwasslu għall-kuruturi ta' konnessjoni, dawn għandhom ikunu jistgħu jinfetħu 'l barra jew ikunu mibnija bħala bibien li jiżżerżqu;

(b) il-bibien tal-kabina għandhom ikunu magħmula b'tali mod illi jistgħu jinfetħu ukoll minn barra fi kwalunkwe ħin;

(c) il-bibien awtomatiċi għandhom jinfetħu faċilment f'każ ta' qtugħ tad-dawl għal dan il-mekkaniżmu;

(d) għall-bibien maħsuba għall-użu mill-persuni b'mobbilità nieqsa, għandu jkun hemm forma ta' direzzjoni minn fejn il-bieb jinfetaħ, distanza minima ta' 0,60 m bejn it-tarf ta' ġewwa tal-qafas tal-bieb min-naħa li fiha jingħalaq u ħajt perpendikulari viċin.



  1. Il-kurituri ta' konnessjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) huma għandu jkollhom wisa' netta ta’ mill-inqas 0,80 m. Jekk iwasslu għal kmamar użati minn iktar minn 80 passiġġier, huma għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fi (3)(d) u (e) rigward il-wisa' tal-postijiet tal-ħruġ li jwasslu għal kurituri ta' konnessjoni.

(b) l-għoli liberu tagħhom ma għandux ikun anqas minn 2,00 m.

(c) il-kuruturi ta' konnessjoni maħsuba biss għall-użu minn persuni b'mobbilità nieqsa għandu jkollhom wisa' liberu ta' 1,30 m. Il-kuruturi ta' konnessjoni wesgħin aktar minn 1,50 m għandu jkollhom poġġamani fuq iż-żewġ naħat.

(d) fejn parti mill-bastiment jew kamra maħsuba għall-passiġġieri hija servuta minn kurutur ta' konnessjoni wieħed, il-wisa' liberu ta' dan għandha tkun tal-inqas 1,00 m.

(e) il-kurituri ta' konnessjoni għandhom ikunu mingħajr tarġiet.

(f) għandhom iwasslu biss għall-gverti miftuħa, il-kmamar jew it-turġien.

(g) passaġġi li jingħalqu fil-kurituri ta' konnessjoni ma għandhomx ikunu itwal minn żewġ metri.


  1. Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5, ir-rotot ta' evakwazzjoni ukoll għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) it-turġien, il-postijiet tal-ħruġ u l-postijiet tal-ħruġ ta' emerġenza għandhom jiġu mqassma b'tali mod, li f'każ ta' nar fi kwalunkwe żona, iż-żoni l-oħra jkunu jistgħu jiġu evakwati mingħajr periklu;

(b) ir-rotot ta' evakwazzjoni għandhom iwasslu għall-iqsar rotta għaż-żoni tal-evakwazzjoni skont il-paragrafu 8;

(c) ir-rotot ta' evakwazzjoni ma għandhomx iwasslu għall-kmamar tal-magni jew għall-kċejjen;

(d) ma għandux ikun hemm skaluni, slielem jew affarijiet oħra simili installati fi kwalunkwe punt matul ir-rotot ta' evakwazzjoni;

(e) il-bibien għar-rotot ta' evakwazzjoni għandhom ikunu mibnija b'tali mod illi ma jnaqqsux il-wisa' minima tar-rotta tal-ħrib imsemmija fil-paragrafu 5(a) jew (d).

(f) ir-rotot ta' evakwazzjoni u l-ħruġ tal-emerġenza għandhom ikunu immarkati b'mod ċar. Is-sinjali għandhom ikunu mixgħula mis-sistema tad-dawl tal-emerġenza.



  1. Ir-rotot ta' evakwazzjoni u l-ħruġ ta' evakwazzjoni għandhom ikollhom sistema tal-gwida tas-sikurezza adattata.

  2. Għall-persuni kollha abbord, għandu jkun hemm żoni tal-miġemgħa disponibbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) l-erja kollha taż-żoni tal-miġemgħa (AS) għandhom jikkorrispondu għal tal-anqas il-valur li ġej:

Bastimenti tal-vjaġġi ta' ġurnata

:

AS = 0,35 · Fmax (m2)

Bastimenti bil-kabina

:

AS = 0,45 · Fmax (m2)

F'dawn il-formoli tapplika d-definizzjoni li ġejja:

Fmax




għadd massimu permess ta' passiġġieri abbord;

(b) kull miġemgħa individwali jew żona tal-evakwazzjoni għandha tkun akbar minn 10 m2;

(c) iż-żoni tal-miġemgħa għandhom ikunu ħielsa mill-għamara, kemm jekk tista' tiġi mċaqalqa jew fissa;

(d) jekk l-għamara li tista' tiġi mċaqalqa tkun tinsab f'kamra li fiha jkunu jinsabu żoni tal-miġemgħa, hi għandha tkun imqiegħda b'mod adegwat sabiex ikun evitat li din tiżloq;

(e) jekk sits u bankijiet fissi jkunu jinsabu f'kamra li fiha jkunu jinstabu żoni tal-miġemgħa, l-għadd korrispondenti ta' nies ma għandux jitqies meta tiġi kkalkolata l-erja totali taż-żoni tal-miġemgħa skont (a). Madankollu, l-għadd ta’ persuni li għalih jitqiesu s-sedili jew il-bankijiet fissi f’ċertu kamra m’għandux ikun ogħla mill-għadd ta’ persuni li għalih huma disponibbli żoni tal-miġemgħa f’din il-kamra;

(f) il-mezzi ta’ salvataġġ għandhom ikunu aċċessibbli faċilment miż-żoni tal-evakwazzjoni;

(g) għandu jkun possibbli li n-nies ikunu evakwati b'mod sikur minn dawn iż-żoni tal-evakwazzjoni, billi jintuża wieħed mill-ġnub tal-bastiment;

(h) iż-żoni tal-miġemgħa għandhom jinsabu 'l fuq mil-linja tal-marġni;

(i) iż-żoni tal-miġemgħa u ż-żoni tal-evakwazzjoni għandhom ikunu murija bħala tali fil-pjan ta’ sikurezza u ssenjalati abbord il-bastiment;

(j) id-dispożizzjonijiet ta’ (d) u (e) għandhom japplikaw ukoll għal gverti miftuħa li jkollhom żoni tal-miġemgħa definiti;

(k) jekk tagħmir tas-salvataġġ kollettiv li jikkonforma mal-Artikolu 15.09(5), hu disponibbli abbord, l-għadd ta' persuni li għalihom dan it-tagħmir hu disponibbli jista' ma jitqiesx fil-kalkolu tal-erja tal-wiċċ totali taż-żoni tal-miġemgħa msemmija f'(a).

(l) madankollu, fil-każijiet kollha fejn jiġi applikat tnaqqis skont (e), (j) u (k), l-erja totali skont (a) għandha tkun suffiċjenti għal tal-inqas 50 % tal-għadd massimu ta’ passiġġieri permessi.


  1. It-turġien u l-pjanijiet tagħhom fiż-żoni tal-passiġġiera għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għandhom ikunu mibnija skont l-istandard Ewropew EN 13056:2000;

(b) għandu jkollhom wisa' liberu ta' mill-inqas 0,80 m jew, jekk għandhom kurituri ta' konnessjoni jew żoni użati minn aktar minn 80 passiġġier, tal-inqas 0.01 m għal kull passiġġier;

(c) Għandu jkollhom wisa' liberu ta' mill-inqas 1,00 m jekk joffru l-uniku mezz ta' aċċess għall-kamra ntiża għall-passiġġieri;

(d) fejn ma hemmx tal-inqas taraġ wieħed fuq kull naħa tal-bastiment fl-istess kamra, dawn għandhom ikunu f'żona sikura;

(e) minbarra dan, it-taraġ maħsub għall-użu minn persuni b'mobbilità nieqsa għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(aa) Il-gradjent tat-taraġ ma għandux jaqbeż it-38°;

(bb) It-taraġ għandu jkollu wisa' liberu ta' mill-inqas 0,90 m;

(cc) Taraġ spirali mhux permess;

(dd) It-taraġ ma għandux ikun f'direzzjoni trasversali mal-bastiment;

(ee) Il-poġġamani tat-taraġ għandhom jestendu bejn wieħed u ieħor għal 0,30 m lil hinn mill-wiċċ u l-qiegħ tat-turħien mingħajr ma jillimtaw ir-rotot tat-traffiku;

(ff) Il-poġġamani tat-taraġ, in-naħat ta' quddiem ta' mill-inqas l-ewwel u l-aħħar tarġa kif ukoll l-għotjien tal-art fit-truf tat-taraġ għandhom ikunu ta' kulur jgħajjat.

Il-liftijiet maħsuba għall-persuni b'mobbilità nieqsa, u t-tagħmir tal-irfiegħ, bħal-liftijiet tat-taraġ jew il-pjattaformi tal-irfiegħ, għandhom ikunu mibnija skont standard rilevanti jew regolament ta' Stat Membru.



  1. Il-partijiet tal-gverta maħsuba għall-passiġġieri, u li mhumiex magħluqa, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għandhom ikunu mdawra b'murata fissa jew b'poġġaman tal-inqas 1,00 m għoli jew poġġaman skont l-istandard Ewropew EN 711: 1995, tip ta' kostruzzjoni PF, PG jew PZ. Il-murati u l-poġġamani tal-gverta maħsuba għall-użu minn persuni b'mobbilità nieqsa għandu jkollhom għoli ta' mill-inqas 1,10 m;

(b) il-fetħiet u tagħmir għall-imbark u l-iżbark kif ukoll il-fetħiet għat-tagħbija jew il-ħatt għandhom ikunu tali li jkunu jistgħu jingħalqu u jkollhom wisa' liberu ta' mill-inqas 1,00 m. Il-fetħiet, użati normalment għall-imbark u l-iżbark tal-persuni b'mobbilità nieqsa, għandu jkollhom wisa' liberu ta' mill-inqas 1,50 m;

(c) Jekk il-fetħiet u t-tagħmir għall-imbark u l-iżbark ma jistgħux jiġu osservati mill-kabina tat-tmunier, għandhom jiġu provduti għajnuniet ottiċi u elettroniċi;

(d) il-passiġġieri li qegħdin bilqiegħda ma għandhomx jinterrompu l-linji tal-vista skont l-Artikolu 7.02.



  1. Il-partijiet tal-bastiment mhux maħsuba għall-passiġġieri, b'mod partikolari l-aċċess għall-kabina tat-tmunier, sal-argni u sal-kmamar tal-magni, għandhom ikunu jistgħu jingħalqu kontra dħul mhux awtorizzat. F'kull aċċess bħal dan, għandu jkun muri simbolu li jikkorripsondi mal-Figura 1 fl-Appendiċi I f'pożizzjoni prominenti.

  2. L-iskaletti għandhom ikunu mibnija skont l-istandard Ewropew EN 14206: 2003. B'deroga mill-Artikolu 10.02(2)(d), it-tul tagħhom jista' jkun anqas minn 4 m.

  3. Iż-żoni tat-traffiku maħsuba għall-użu minn persuni b'mobbilità nieqsa għandu jkollhom wisa' liberu ta' 1,30 m u jkunu mingħajr taraġ tal-bibien u sollijiet ta' għoli aktar minn 0,025 m. Il-ħitan fiż-żoni tat-traffiku, maħsuba għall-użu minn persuni b'mobbilità nieqsa għandhom ikunu mgħammra b'poġġamani ta' għoli ta' 0,90 m 'l fuq mill-art.

  4. Il-bibien tal-ħġieġ u l-ħitan fiż-żoni tat-traffiku kif ukoll il-ħġiġiet tat-twieqi għandhom ikunu magħmula minn ħġieġ infurzat minn qabel jew ħġieġ laminat. Jistgħu jkunu magħmula wkoll minn materjal sintetiku, sakemm dan ikun awtorizzat għall-użu f'kuntest tal-protezzjoni kontra n-nar.

Il-bibien trasparenti u l-ħitan trasparenti li jestendu sal-art fiż-żoni tat-traffiku għandhom ikunu mmarkati b'mod prominenti.

  1. Is-sovrastrutturi jew is-soqfa tagħhom li jikkonsistu kompletament minn twieqi panoramiċi u għeluq maħluqa minn tined jew installazzjonijiet mobbli simili u s-sottostrutturi tagħhom għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li, f'każ ta' inċident inaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji ta' korriment tal-persuni abbord u għandhom ikunu magħmula biss minn materjali li jagħmlu dan.

  2. Is-sistemi tal-ilma tax-xorb għandhom, tal-inqas, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 12.05.

  3. Għandu jkun hemm tojlits disponibbli għall-passiġġieri. Tal-inqas tojlit wieħed għandu jkun apposta għall-użu mill-persuni b'mobbilità nieqsa skont standard jew regolament rilevanti ta' Stat Membru u għandu jkun aċċessibbli miż-żoni kollha maħsuba għall-użu mill-persuni b'mobbilità nieqsa.

  4. Il-kabini mingħajr tieqa tal-ftuħ għandhom ikunu konnessi ma' sistema tal-ventilazzjoni.

  5. B'analoġija, il-kmamar li fihom il-membri tal-ekwipaġġ jew l-ekwipaġġ abbord il-bastiment huma alloġġatti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 15.07
Is-sistema tal-propulsjoni

Minbarra s-sistema tal-propulsjoni prinċipali, il-bastimenti għandhom ikunu mgħammra bit-tieni sistema tal-propulsjoni indipendenti sabiex jiġi żgurat li, fil-każ ta' ħsara li taffettwa s-sistema tal-propulsjoni prinċipali, il-bastiment jista' jibqa' jbaħħar bl-enerġija tiegħu stess.

It-tieni sistema tal-propulsjoni indipendenti għandha titpoġġa f'kamra tal-magni separata. Jekk iż-żewġ kmamar tal-magni ikollhom ħitan komuni, dawn għandhom ikunu mibnija skont l-Artikolu 15.11(2).

Artikolu 15.08
L-apparati u t-tagħmir ta' sikurezza


  1. Il-bastimenti tal-passiġġieri għandu jkollhom facilitajiet tal-komunikazzjoni interni skont l-Artikolu 7.08. Dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu disponibbli ukoll fil-kmamar tat-tħaddim u, fejn ma jkunx hemm komunikazzjoni diretta mill-kabina tat-tmunier, fiż-żoni tal-aċċess u taż-żoni tal-miġemgħa għall-passiġġieri msemmija fl-Artikolu 15.06(8).

  2. Iż-żoni tal-passiġġieri kollha għandhom ikunu jistgħu jintlaħqu permezz ta' sistema ta' lawdspiker. Is-sistema għandha tkun iddisinnjata b'tali mod illi tiżgura li t-tagħrif li jintbagħat ikun jista' jintgħaraf b'mod ċar mill-ħoss fl-isfond. Il-lawdspikers huma fakultattivi fejn hija possibbli l-komunikazzjoni diretta bejn il-kabina tat-tmunier u ż-żona tal-passiġġieri.

  3. Il-bastiment għandu jkun mgħammar b'sistema ta' allarm. Is-sistema għandha tinkludi:

(a) sistema tal-allarm li tgħin lill-passiġġieri, lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-persunal tal-bastiment li jiġbdu l-attenzjoni tal-kaptan u tal-ekwipaġġ tal-bastiment.

Dan l-allarm għandu jingħata biss fiż-żoni assenjati għall-kmand tal-bastiment u għall-ekwipaġġ; għandu jkun possibbli biss għall-kmand tal-bastiment li jwaqqaf l-allarm. L-allarm għandu jkun jista' jiġi attivat tal-inqas mill-postijiet li ġejjin:

(aa) f'kull kabina;

(bb) fil-kuruturi, liftijiet u trombi tat-taraġ, bid-distanza għall-eqreb grillu ma jeċċedix 10 m u b'tal-anqas grillu wieħed għal kull kompartiment imqalfat;

(cc) fis-swali, il-kmamar tal-ikel u l-kmamar ta' divertiment simili;

(dd) fit-tojlits, maħsuba għall-użu minn persuni b'mobbilità nieqsa;

(ee) fil-kmamar tal-magni, il-kċejjen u l-kmamar simili fejn hemm riskju tan-nar;

(ff) fil-kmamar tal-ħażna fil-kesħa u l-kmamar tal-ħażna oħra.

Il-grilli tal-allarm għandhom ikunu installati f'għoli 'l fuq mill-art ta' 0,85 m sa 1,10 m.

(b) sistema tal-allarm li tippermetti lill-kmand tal-bastiment li tiġbed l-attenzjoni tal-passiġġieri.

Dan l-allarm għandu jkun jinstema' b'mod ċar u li ma jistax jiġi mfixkel ma' ħoss ieħor fil-kmamar kollha aċċessibbli għall-passiġġieri. Għandu jkun jista' jiġi attivat mill-kabina tat-tmunier u minn post fejn dejjem ikun hemm membri tal-ekwipaġġ.

(c) sistema tal-allarm li tippermetti lill-kaptan tal-bastiment jiġbed l-attenzjoni tal-ekwipaġġ u tal-persunal abbord il-bastiment.

Is-sistema tal-allarm imsemmija fl-Artikolu 7.09(1), għandha tilħaq ukoll lill-kmamar tad-divertiment għall-persunal abbord il-bastiment, il-kmamar tal-ħażna fil-kesħa u l-kmamar tal-ħażna oħra.

Il-grilli tal-allarm għandhom ikunu mħarsa kontra użu mhux intenzjonali.



  1. Kull kompartiment imqalfat għandu jkun mgħammar b'allarm tal-livell tas-sentina.

  2. Għandhom ikunu provduti żewġ pompi tas-sentina li jaħdmu bil-mutur.

  3. Għandha tkun disponibbli sistema ta’ ppumpjar tas-sentina b’sistema ta’ pajpijiet installata b’mod permanenti.

  4. Il-kmamar tal-kamra tal-ħażna fil-kesħa, anke meta jkunu msakkra, għandhom ikunu jistgħu jinfetħu minn ġewwa ukoll.

  5. Fejn sistemi-bar tas-CO2 ikunu jinsabu fil-kmamar taħt il-gverta dawn il-kmamar għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' ventilazzjoni awtomatika li tinxtegħel b'mod awtomatiku meta jinfetaħ il-bieb jew il-bokkaport. Il-kanali tal-ventilijiet għandhom jinżlu sa 0,05 m mill-art ta' din il-kamra.

  6. Minbarra s-sett għall-ewwel għajnuna skont l-Artikolu 10.02(2)(f), għandhom jiġu pprovduti aktar settijiet għall-ewwel għajnuna. Is-settijiet tal-ewwel għajnuna u l-ħażna tagħhom għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 10.02(2)(f).

Artikolu 15.09
It-tagħmir tas-salvataġġ

  1. Minbarra s-salvawomi speċifikati fl-Artikolu 10.05(1), il-partijiet kollha tal-gverta intiżi għall-passiġġieri u mhux magħluqa għandhom ikunu mgħammra b'salvawomi li għandhom jitpoġġew fuq iż-żewġ naħat tal-bastiment b’mhux anqas minn 20 m bejn waħda u oħra. Is-salvawomi għandhom jitqiesu xierqa jekk ikunu konformi mal-

  • istandard Ewropew EN 14144: 2003, jew

  • il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS 1974) il-Kapitolu III, ir-Regola 7.1 u l-Kodiċi Internazzjonali għall-Apparat tas-Salvataġġ (LSA), il-paragrafu 2.1.

Nofs is-salvawomi preskritti għandhom ikunu mgħammra b'ħabel li jżomm f'wiċċ l-ilma tal-inqas 30 m tul b'dijametru ta' 8 sa 11 mm. In-nofs l-ieħor tas-salvawomi preskritti għandhom ikunu mgħammra b'dawl li jixgħel waħdu, li jaħdem bil-batterija u li ma jintefix fl-ilma.

  1. Flimkien mas-salvawomi msemmija fit-taqsima 1, it-tagħmir individwali tas-salvataġġ skont l-Artikolu 10.05, it-taqsima 2, għandu jkun f'post li l-persunal abbord ikun jista' jagħmel użu minnu b'mod faċli. Għal dak il-persunal abbord li mhux responsabbli minn dmirijiet skont ir-roster tas-sikurezza, jistgħu jintużaw ġkieket tas-salvataġġ li ma jintefħux jew li jintefħu b’mod semi-awtomatiku skont l-istandards imsemmija fl-Artikolu 10.05, it-taqsima 2.

  2. Il-bastiment tal-passiġġieri għandu jkollhom apparat adegwat biex jippermetti li l-persuni jiġu trasferiti fis-sikur għall-ilma baxx, għax-xatt jew għal inġenju ieħor.

  3. Minbarra t-tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja msemmi fit-taqsimiet 1 u 2, għandu jkun disponibbli tagħmir individwali tas-salvataġġ tal-ħajja skont l-Artikolu 10.05, it-taqsima 2, għal 100 % tal-għadd massimu ta’ passiġġieri permess abbord. Huma permessi wkoll ġkieket tas-salvataġġ li ma jintefħux jew li jintefħu b’mod semi-awtomatiku skont l-istandards imsemmija fl-Artikolu 10.05, it-taqsima 2.

  4. It-term "tagħmir tas-salvataġġ kollettiv" ikopri d-dgħajjes tal-bastiment skont l-Artikolu 10.04, u ċ-ċattri tas-salvataġġ.

Iċ-ċattri tas-salvataġġ għandhom:

(a) ikollhom notifika li tindika l-iskop tagħhom u l-għadd ta' persuni li huma approvati għalih;

(b) joffru spazju ta' postijiet bilqiegħda adegwat għall-għadd permess tal-persuni;

(c) joffru kapaċità li jżommu f'wiċċ l-ilma tal-inqas 750 N kull persuna fl-ilma ħelu;

(d) ikunu pprovduti b'ħabel imqabbad mal-bastiment tal-passiġġieri sabiex jevitaw li dawn jitilqu 'l bogħol mill-bastiment;

(e) ikunu magħmula minn materjal adattat u li jkun jirreżisti ż-żejt, prodotti taż-żejt u t-temperaturi sa 50 °C;

(f) jassumu u jżommu inklinazzjoni stabbli u, f'dan ir-rigward, ikunu mgħammra b'tagħmir xieraq li jgħinhom jinqabdu mill-għadd indikat tal-persuni;

(g) ikunu ta' kulur oranġjo jgħajjat jew ikollhom uċuh b'kuluri jgħajtu, li jkunu jidhru min-naħat kollha, ta' mill-inqas 100 cm2;

(h) ikunu tali li jistgħu jiġu rrilaxxati mill-pożizzjoni stivata tagħhom u mqiegħda abbord malajr u fis-sikur minn persuna waħda, jew jistgħu jżommu f'wiċċ l-ilma ħielsa mill-pożizzjoni stivata tagħhom;

(i) ikunu provduti b'mezzi ta' evakwazzjoni adegwati miż-żoni ta' evakwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15.06(8), fuq iċ-ċattri tas-salvataġġ jekk id-distanza vertikali bejn il-gverta taż-żoni tal-evakwazzjoni u l-pjan tal-fundar massimu tkun akbar minn 1 m.



  1. Tagħmir tas-salvataġġ kollettiv ieħor jikkonsisti f'oġġetti ta' tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja li jippermettu lil diversi persuni biex iżommu f'wiċċ l-ilma. Dawn għandhom:

(a) ikollhom notifika li tindika l-iskop tagħhom u l-għadd ta' persuni li huma approvati għalih;

(b) joffru kapaċità li jżommu f'wiċċ l-ilma tal-inqas 100 N kull persuna fl-ilma ħelu;

(c) ikunu magħmula minn materjal adattat u li jkun jirreżisti ż-żejt, prodotti taż-żejt u t-temperaturi sa 50 °C;

(d) jassumu u jżommu inklinazzjoni stabbli u, f'dan ir-rigward, ikunu mgħammra b'tagħmir xieraq li jgħinhom jinqabdu mill-għadd indikat tal-persuni;

(e) ikunu ta' kulur oranġjo jgħajjat jew ikollhom uċuh b'kuluri jgħajtu, li jkunu jidhru min-naħat kollha, ta' mill-inqas 100 cm2;

(f) ikunu tali li jistgħu jinħelsu mill-pożizzjoni stivata tagħhom u jitpoġġew abbord malajr u fis-sikur minn persuna waħda, jew jistgħu jżommu f'wiċċ l-ilma mill-pożizzjoni stivata tagħhom.



  1. Tagħmir tas-salvataġġ kollettiv li jintefħu għandu, minbarra dan:

(a) ikun fih tal-inqas żewġ kompartimenti tal-arja separati;

(b) jintefaħ b'mod awtomatiku jew bi kmand manwali meta jiġi varat;

(c) jassumi u jżomm inklinazzjoni stabbli irrispettivament mit-tagħbija li għandha tkun merfugħa, ukoll meta jintefħu biss nofs il-kompartamenti tal-arja.


  1. It-tagħmir tas-salvataġġ għandu jkun stivat abbord b'tali mod illi jkun jista' jintlaħaq faċilment u mingħajr periklu meta jkun meħtieġ. Il-postijiet tal-ħażna moħbija għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar.

  2. It-tagħmir tas-salvataġġ għandu jkun ikkontrollat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

  3. Id-dgħajsa tal-bastiment għandha tkun mgħammra b'magna u dawl għat-tfittxija.

  4. Għandu jkun disponibbli streċer adattat.

Artikolu 15.10
It-tagħmir tal-elettriku

  1. Tagħmir tal-elettriku biss jista' jkun permess għas-sistema tad-dawl.

  2. L-Artikolu 9.16(3), japplika ukoll għall-passaġġi jew il-kmamar tad-divertiment għall-passiġġieri.

  3. Għall-kmamar u l-postijiet li ġejjin, għandu jkun ipprovdut dawl adegwat u dawl ta' emerġenza:

(a) postijiet fejn it-tagħmir tas-salvataġġ huwa maħżun u fejn dan it-tagħmir huwa normalment imħejji għall-użu;

(b) ir-rotot ta' evakwazzjoni, l-aċċess għall-passiġġieri, inklużi l-iskaletti, il-postijiet ta' dħul u ta' ħruġ, il-kuruturi ta' konnessjoni, il-liftijiet u s-slielem mill-gverta għaż-żoni ta' akkomodazzjoni, iż-żoni tal-kabina u ż-żoni tal-akkomodazzjoni;

(c) marki fuq ir-rotot ta' evakwazzjoni u l-ħruġ ta' emerġenza;

(d) fiż-żoni l-oħra ntiżi għall-użu mill-persuni b'mobbilità nieqsa;

(e) il-kmamar tat-tħaddim, il-kmamar tal-magni, il-kmamar tat-tagħmir tat-tmunier u l-postijiet ta' ħruġ tagħhom;

(f) il-kabina tat-tmunier

(g) il-kamra tal-provvistà tal-enerġija ta' emerġenza;

(h) il-punti fejn ikun jinsab it-tagħmir għat-tifi tan-nar u l-kontrolli tat-tagħmir għat-tifi tan-nar;

(i) iż-żoni fejn il-passiġġieri, l-ekwipaġġ abbord u l-ekwipaġġ jinġemgħu f'każ ta' perikolu.


  1. Għandu jkun hemm impjant tad-dawl ta' emerġenza li jkun jikkonsisti f'sors ta' provvista ta' emerġenza u swiċċbord ta' emerġenza li, f'każ ta' qtugħ tal-provvista għat-tagħmir tal-elettriku li se jissemma', jista' immedjatament jibda jaħdem bħala l-provvista ta' sostitut tagħhom, fejn l-apparat ma jkollux is-sors ta' provvista tiegħu stess:

(a) id-dwal tas-sinjali;

(b) l-apparat ta' twissija li jinstema';

(c) id-dawl ta' emerġenza skont il-paragrafu 3;

(d) l-installazzjonijiet tat-telefon bir-radju;

(e) l-allarm, il-lawdspiker u s-sistemi ta' kommunikazzjoni tal-messaġġi abbord;

(f) id-dwal għat-tfittxija skont l-Artikolu 10.02(2)(i);

(g) is-sistema ta' allarm kontra n-nar

(h) tagħmir ta' sikurezza ieħor bħas-sistemi tal-bexxiexa bil-pressjoni awtomatiċi jew il-pompi li jitfu n-nar;

(i) il-liftijiet u t-tagħmir tal-irfiegħ skont it-tifsira it-tieni sentenza tal-Artikolu 15.06(9).


  1. It-tagħmir tad-dawl għad-dawl ta' emerġenza għandu jkun immarkat bħala tali.

  2. L-impjant tad-dawl ta' emerġenza għandu jkun installat barra l-kamra tal-magni prinċipali, barra l-kmamar li jilqgħu s-sorsi tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 9.02(1), u barra l-kamra fejn ikun jinsab l-iswiċċbord prinċipali; għandu jkun separat minn dawn il-kmamar b'ħitan skont l-Artikolu 15.11(2).

Il-kejbils li jipprovdu l-enerġija lill-installazzjonijiet tal-enerġija fil-każ ta' emerġenza għandhom ikunu installati u mqiegħda b'tali mod li jżommu l-kontinwità tal-provvistà ta' dawn l-installazzjonijiet f'każ ta' nar jew għargħar. Dawn il-kejbils ma għandhom qatt jgħaddu mill-kamra tal-magna prinċipali, il-kċejjen jew il-kmamar fejn is-sors tal-enerġija prinċipali u l-apparat konness tiegħu jkun installat, għajr sakemm huwa neċessarju li jingħata tagħmir ta' emerġenza f'dawn iż-żoni.

L-impjant tal-enerġija ta’ emerġenza għandu jkun installat jew ’il fuq mil-linja tal-marġni jew kemm jista' jkun ’il bogħod mis-sorsi ta’ enerġija skont l-Artikolu 9.02(1), biex ikun żgurat li, fil-każ ta’ għargħar skont l-Artikolu 15.03(9), ma jsoffrix għargħar fl-istess ħin tas-sorsi ta’ enerġija.



  1. Dawn li ġejjin huma ammissibbli għall-użu bħala sors tad-dawl ta' emerġenza:

(a) is-settijiet tal-ġeneratur awżiljari bil-provvista ta' karburant tagħhom stess u s-sistema tat-tkessiħ indipendenti li, fil-każ tal-qtugħ tad-dawl, jinxtegħlu u jieħdu l-provvistà tal-enerġija fi żmien 30 sekonda awtomatikament jew, jekk ikunu jinsabu fil-viċinanza immedjata tal-kabina tat-tmunier jew fi kwalunkwe post ieħor fejn ikun hemm il-membri tal-ekwipaġġ b'mod permanenti, jistgħu jinxtegħelu b'mod manwali; jew

(b) il-batteriji li jakkumulaw, li f'każ ta' qtugħ tad-dawl, jinxtegħlu b'mod awtomatiku jew, jekk ikunu jinsabu fil-viċinanza immedjata tal-kabina tat-tmunier jew kwalunkwe post ieħor b'ekwipaġġ permanenti, jistgħu jinxtegħlu b'mod manwali. Għandhom ikunu jistgħu jagħtu l-enerġija lill-konsumaturi tad-dawl hawn fuq imsemmija matul il-perjodu preskritt mingħajr ma jerġgħu jiċċarġjaw u mingħajr tnaqqis fil-vultaġġ li ma jkunx aċċettabbli.



  1. Il-perjodu ta' ħidma ipproġettat għall-provvista tal-enerġija ta' emerġenza għandha tkun definita skont l-iskop definit tal-bastiment tal-passiġġieri. Ma għandux ikun anqas minn 30 minuta.

  2. Ir-reżistenzi tal-insulazzjoni u tal-ertjar għas-sistemi tal-elettriku għandhom ikunu ttestjati waqt l-ispezzjonijiet skont l-Artikolu 2.09.

  3. Is-sorsi tal-enerġija skont l-Artikolu 9.02(1), għandhom ikunu indipendenti minn xulxin.

  4. Il-ħsara tal-apparat tad-dawl prinċipali jew ta' emerġenza ma għandhiex taffettwa s-sikurezza tat-tħaddim tal-installazzjonijiet.

Artikolu 15.11
Il-protezzjoni kontra n-nar

  1. L-adegwatezza tal-protezzjoni kontra n-nar tal-materjali u l-komponenti għandha tkun stabbilita mill-istituzzjoni tal-ittestjar akkreditata fuq il-bażi ta' metodi tat-testijiet adegwati.

(a) L-istituzzjoni tal-ittestjar għandha tissodisfa:

(aa) il-Kodiċi għall-Proċeduri tat-Test tan-Nirien; jew

(bb) L-istandard Ewropew EN ISO/IEC 17025:2000 dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar.

(b) Il-metodi tat-test rikonoxxuti għad-determinazzjoni ta' kemm il-materjali għandhom kwalità li ma jaqbdux huma:

(aa) l-Anness 1, il-Parti 1, tal-Kodiċi għall-Proċeduri tat-Test tan-Nirien, u u

(bb) ir-regolamenti ekwivalenti ta' wieħed mill-Istati Membri.

(c) Il-metodi tat-test rikonoxxuti sabiex jiġi stabbilit li l-materjal huwa ritardant tal-fjamma huma:

(aa) ir-rekwiżiti rispettivi mniżżla fl-Anness 1, il-Partijiet 5 (Test ta' kemm jieħu n-nar il-wiċċ), 6 (Test tal-koperturi tal-gverta), 7 (Test għat-tessuti mdendlin u l-plastik), 8 (Test għall-għamara miksija) u 9 (Test għall-komponenti tas-sodda) tal-Kodiċi għall-Proċeduri għat-Test tan-Nirien, u u

(bb) ir-regolamenti ekwivalenti ta' wieħed mill-Istati Membri.

(d) Il-metodi tat-test rikonoxxuti sabiex tiġi stabbilita r-reżistenza għan-nar huma:

(aa) l-Anness I, il-Parti 3, tal-Kodiċi għall-Proċeduri tat-Test tan-Nirien, u

(bb) ir-regolamenti ekwivalenti ta' wieħed mill-Istati Membri.

(e) Il-korp ta' spezzjoni jista', skont il-Kodiċi tal-Proċeduri għat-Test tan-Nirien, jordna test dwar kampjun ta' ħajt sabiex jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 dwar ir-reżistenza u ż-żieda fit-temperatura.


  1. Ħitan diviżorji

(a) bejn il-kmamar għandhom ikunu ddisinjati skont it-tabelli li ġejjin:

(aa) Tabella għall-ħitan diviżorji bejn il-kmamar, fejn m'huma installati l-ebda sistemi ta' bexxiexa bil-pressjoni skont l-Artikolu 10.03a



Kmamar

Ċentri tal-kontroll

Trombi tat-taraġ

Żoni tal-miġemgħa

Swali

Kmamar tal-magni

Kċejjen

Imħażen

Ċentri tal-kontroll

-

A0

A0/B151)

A30

A60

A60

A30/A605)

Trombi tat-taraġ




-

A0

A30

A60

A60

A30

Żoni tal-miġemgħa







-

A30/B152)

A60

A60

A30/A605)

Swali










-/A0/B153)

A60

A60

A30

Kmamar tal-magni













A60/A04)

A60

A60

Kċejjen
















A0

A30/B156)

Imħażen



















-
1   ...   8   9   10   11   12   13   14   15   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət