Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə14/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   ...   32

KAPITOLU 15a

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI BIL-QLUGĦ

Artikolu 15a.01
L-applikazzjoni tal-Parti II

Flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Parti II, ir-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-bastimenti tal-passiġġieri bil-qlugħ.



Artikolu 15a.02
L-eċċezzjonijiet għal ċerti bastimenti tal-passiġġieri bil-qlugħ

  1. Għall-bastimenti tal-passiġġieri bil-qlugħ li għandhom LWL li ma jaqbiżx 45 m u għadd permissibbli massimu ta' passiġġieri li ma jaqbiżx LWL f'metri sħaħ, id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw:

(a) l-Artikolu 3.03(7), sakemm l-ankri ma jinġarrux fil-kubija;

(b) l-Artikolu 10.02(2)(d), fir-rigward tat-tul;

(c) l-Artikolu 15.08(3)(a);

(d) l-Artikolu 15.15(9)(a);



  1. B'deroga mill-paragrafu 1, l-għadd tal-passiġġieri jista' jogħla sa 1,5 darba tal-LWL f'metri sħaħ, jekk il-qlugħ, l-armar tal-bastiment u t-tagħmir tal-gverta jippermettu dan.

Artikolu 15a.03
Ir-rekwiżiti ta' stabilità għall-bastimenti bil-qlugħ

  1. Għall-kalkolu tal-mument tat-timjil skont l-Artikolu 15.03(3), għandu jitqies il-qlugħ imgerbeb meta jiġi stabbilit iċ-ċentru tal-gravità tal-bastiment.

  2. Filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha skont l-Artikolu 15.03(2), u billi jintuża arranġament standard tal-qlugħ, il-mument tat-timjil ikkawżat mill-pressjoni tar-riħ ma għandux ikun daqshekk għoli li jaqbeż angolu tat-timjil ta' 20°. Fl-istess ħin

(a) għandha tkun applikata pressjoni tar-riħ kostanti ta' 0,07 kN/m2 għall-kalkolu,

(b) Il-wisa' ħieles għas-sikurezza għandu jkun tal-inqas 100 mm, u

(c) il-freeboard residwu ma għandux ikun negattiv.


  1. Il-lieva għall-iddrittar tal-istabilità statika għandha

(a) tilħaq il-valur massimu tagħha b'angolu tat-timjil ta' 25° jew aktar,

(b) tammonta għal tal-inqas 200 mm b'angolu tat-timjil ta' 30° jew aktar,

(c) tkun pożittiva f'angolu tat-timjil sa 60°.


  1. Iż-żona taħt il-kurva tal-lieva għall-iddrittar ma għandhiex tkun anqas minn

(a) 0,055 mrad sa 30°;

(b) 0,09 mrad sa 40° jew fl-angolu li fih, fetħa mhux protetta tilħaq wiċċ l-ilma u li huwa anqas minn 40°.

Bejn

(c) 30° u 40°, jew



(d) 30  u l-angolu li fih, fetħa mhux protetta tilħaq wiċċ l-ilma u li huwa anqas minn 40°,

din iż-żona ma għandhiex tkun anqas minn 0,03 mrad.



Artikolu 15a.04
Ir-rekwiżiti tal-bini tal-bastimenti u r-rekwiżiti mekkaniċi

  1. B'deroga mill-Artikolu 6.01(3), u l-Artikolu 9.01(3), it-tagħmir għandu jkun imfassal għal tiġnib permanenti sa 20°.

  2. B'deroga mill-Artikolu 15.06(5)(a) u l-Artikolu 15.06(9)(b), il-korp ta' spezzjoni jista', fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri bil-qlugħ ta' mhux aktar minn 25 m ta' tul, jawtorizza wisa' liberu ta' anqas minn 800 mm għall-kurituri ta' konnessjoni ta' kuruturi u s-slielem mill-gverta għall-kabina. Madanakollu, d-distanza ta' sigurtà għandha tkun tal-inqas 600 mm.

  3. B'deroga mill-Artikolu 15.06(10)(a), il-korp ta' spezzjoni jista', f'każijiet speċifiċi, jawtorizza l-użu ta' poġġamani li jistgħu jitneħħew f'żoni fejn dan huwa meħtieġ għall-kontroll tal-qlugħ.

  4. Skont it-tifsira tal-Artikolu 15.07, il-qlugħ jgħoddu bħala sistemi tal-propulsjoni prinċipali.

  5. B'deroga mill-Artikolu 15.15(7)(c), l-għoli tax-xifer t'isfel tal-fetħa tal-bieb jista' jitnaqqas għal 200 mm 'il fuq mill-art taż-żona tal-passiġġieri. Meta jinfetaħ, il-bieb għandu jingħalaq u jissakkar b'mod awtomatiku.

  6. Jekk hemm possibiltà li l-iskrun idur fil-vojt filwaqt li l-bastiment ikun qiegħed ibaħħar bil-qlugħ, kwalunkwe parti tas-sistema ta' propulsjoni li tkun fil-perikolu għandha tkun protetta kontra ħsara potenzjali.

Artikolu 15a.05
L-armar b'mod ġenerali

  1. Il-partijiet tal-armar għandhom ikunu rranġati b'tali mod li jiġi evitat li jisħnu b'mod mhux aċċettabbli.

  2. Jekk jintuża materjal ieħor minbarra l-injam jew jekk jintużaw tipi speċjali ta' armar tal-bastiment, dan id-disinn għandu jiggarantixxi livelli ekwivalenti ta' sikurezza bil-valuri tad-dimensjonijiet u s-saħħa stabbiliti f'dan il-Kapitolu. Bħala prova tar-robustezza

(a) għandu jsir kalkolu tar-robustezza, jew

(b) tinkiseb konferma ta' robustezza suffiċjenti minn soċjetà ta' klassifikazzjoni approvata, jew

(c) il-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-proċeduri stabbiliti minn qafas regolatorju awtorizzat (eż. Middendorf, Kusk-Jensen).

L-evidenza għandha tiġi ppreżenata lill-korp ta' spezzjoni.



Artikolu 15a.06
L-arbulatura b'mod ġenerali

  1. L-ispars kollha għandhom ikunu magħmula minn materjal ta' kwalità għolja.

  2. L-injam għall-arbli għandu:

(a) ikun mingħajr konċentrazzjonijiet ta' ngroppi;

(b) ikun mingħajr alburnu fid-dimensjonijiet meħtieġa;

(c) sakemm ikun possibbli ikun bil-vina dritta;

(d) ikun fih l-anqas tkabbir mgħawweġ possibbli.



  1. Jekk l-injam magħżul ikun jew piċ-pajn jew arżnu tal-Oregon ta' livell tal-kwalità "clear and better" id-dijametri fit-tabelli mogħtija fl-Artikoli  15a.07 sa 15a.12 jistgħu jitnaqqsu b'5 %.

  2. Jekk l-injam użat għall-arbli, l-arbli tal-gabja, il-pennuni, il-bomi u l-pupressi mhuwiex tond fis-sezzjon trasversali tiegħu, dan l-injam għandu jkun ta' robustezza ekwivalenti.

  3. Il-pedestalli tal-arblu, ix-xaft tal-arblu u l-irbit fuq il-gverta, fuq il-pjanċi tal-art u fuq il-pruwa jew il-poppa għandhom ikunu mibnija b'tali mod illi jistgħu jew jassorbu l-forzi li huma suġġetti għalihom jew jittrasferuhom għall-partijiet konnessi tal-istruttura.

  4. Skont l-istabilità tal-bastiment u l-forzi esterni li dan ikun suġġett għalihom kif ukoll id-distribuzzjoni tal-parti tal-qlugħ disponibbli, il-korp ta' spezzjoni jista', abbażi tad-dimensjonijiet imniżżla fl-Artikoli 15a.07 sa 15a.12, jippermetti t-tnaqqis fis-sezzjonijiet trasversali tal-ispars u, fejn ikun adattat, tal-armar tal-arbli u l-ħbula. Il-prova għandha tingħata skont l-Artikolu 15a 05(2).

  5. Jekk il-perjodu ta' oxxillazzjoi tal-bastiment/perjodu tat-tidwir, f'sekondi, huwa anqas minn tliet kwarti tal-wisa' tiegħu, f'metri, id-dimensjonijiet imniżżla fl-Artikoli 15a.07 sa 15a.12 għandhom jiżdiedu. Il-prova għandha tingħata skont l-Artikolu 15a 05(2).

  6. Fit-tabelli mogħtija fl-Artikoli 15a.07 sa 15a.12 u 15a.14, għandhom ikunu interpolati l-valuri intermedji possibbli.

Artikolu 15a.07
Id-dispożizzjonijiet speċjali għall-arbli

  1. L-arbli tal-injam għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

Tul13

m


Dijametru fuq il-gverta

(cm)


Dijametru fil-kruċetta

(cm)


Dijametru fl-għata tal-arblu

(cm)


10

20

17

15

11

22

17

15

12

24

19

17

13

26

21

18

14

28

23

19

15

30

25

21

16

32

26

22

17

34

28

23

18

36

29

24

19

39

31

25

20

41

33

26

21

43

34

28

22

44

35

29

23

46

37

30

24

49

39

32

25

51

41

33

Jekk arblu għandu żewġ pennuni, id-dijametri għandhom jiżdiedu b'tal-inqas 10 %.

Jekk arblu għandu aktar minn żewġ pennuni, id-dijametru għandu jiżdied b'tal-inqas 15 %.

Fil-każ ta' arbli li jitwaħħlu mill-gverta, id-dijametru tal-qiegħ tal-arblu għandu jkun tal-inqas 75 % tad-dijametru tal-arblu fil-livell tal-gverta.


  1. Il-muntaturi tal-arblu, l-irbit, il-kruċetti u l-għotjien tal-arblu għandhom ikunu ta' daqs b'saħħtu biżżejjed u mwaħħla.

Artikolu 15a.08
Id-dispożizzjonijiet speċjali għall-arbli tal-gabja

  1. L-arbli tal-gabja tal-injam għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

Tul14

m


Dijametru n-naħa t'isfel

(cm)


Dijametru f'nofs tul

(cm)


Dijametru tat-tagħmir15

(cm)


4

8

7

6

5

10

9

7

6

13

11

8

7

14

13

10

8

16

15

11

9

18

16

13

10

20

18

15

11

23

20

16

12

25

22

17

13

26

24

18

14

28

25

20

15

31

27

21

Jekk qlugħ kwadri jkunu mwaħħla mal-arblu tal-gabja, id-daqsijiet imniżżla fit-tabella għandhom jiżdiedu b'10 %.

  1. L-irkib bejn l-arblu tal-gabja u l-arblu għandu jkun tal-l-inqas 10 darbiet id-dijametru tal-qiegħ mitlub tal-arblu tal-gabja.

Artikolu 15a.09
Id-dispożizzjonijiet speċjali għall-pupressi

  1. Il-pupressi tal-injam għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

    Tul16

    m


    Dijametru tal-pruwa

    (cm)


    Dijametru f'nofs tul

    (cm)


    4

    14,5

    12,5

    5

    18

    16

    6

    22

    19

    7

    25

    23

    8

    29

    25

    9

    32

    29

    10

    36

    32

    11

    39

    35

    12

    43

    39

  2. Il-parti tal-pupress fuq in-naħa ta' ġewwa għandu jkollha tul tal-inqas erba' darbiet id-dijametru tal-pupress fuq il-pruwa.

  3. Id-dijametru tal-pupress fil-quċċata tagħha għandu jkun tal-inqas 60 % tad-dijametru tal-pupress fil-pruwa.

Artikolu 15a.10
Id-dispożizzjonijiet speċjali għall-bsaten tal-flokk

  1. Il-bsaten tal-flokk tal-injam għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

    Tul17 (m)

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    9

    10

    Dijametru fil-pruwa (cm)

    7

    10

    14

    17

    21

    24

    28

    31

    35

  2. Id-dijametru tal-bastun tal-flokk fil-quċċata tiegħu għandu jkun tal-inqas 60 % tad-dijametru fil-pruwa.

Artikolu 15a.11
Id-dispożizzjonijiet speċjali għall-bomi l-kbar

  1. Il-bomi l-kbar tal-injam għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

    Tul18 (m)

    5

    6

    7

    8

    9

    10

    11

    12

    13

    14

    15

    16

    Dijametru (cm)

    14

    15

    16

    17

    18

    20

    21

    23

    24

    25

    26

    27

  2. Id-dijametru tal-pern li jdur għandu jkun tal-inqas 72 % tad-dijametru speċifikat fit-tabella.

  3. Id-dijametru tal-angolu tal-iskotti għandu jkun tal-inqas 85 % tad-dijametru speċifikat fit-tabella.

  4. Imkejjel mill-arblu, l-akbar dijametru għandu jkun fil-punt taż-żewġ terzi tat-tul.

  5. Fejn:

(a) hemm angolu ta' anqas minn 65° bejn il-boma l-kbira u wara l-arlinga u l-folja prinċipali tkun imwaħħla mat-tarf tal-boma, jew

(b) il-punt fejn teħel il-folja mhuwiex immiss mal-angolu tal-iskotti,

il-korp ta' spezzjoni jista', skont l-Artikolu 15a.05(2), jitlob dijametru akbar.


  1. Għal uċuħ ta' qlugħ ta' anqas minn 50 m2, il-korp ta' spezzjoni jista' jawtorizza tnaqqis fid-dimensjonijiet imniżżla fit-tabella.

Artikolu 15a.12
Id-dispożizzjonijiet speċjali għar-randi

  1. Ir-randi tal-injam għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

    Tul19 (m)

    4

    5

    6

    7

    8

    9

    10

    Dijametru (cm)

    10

    12

    14

    16

    17

    18

    20

  2. It-tul bla appoġġ tar-randa għandu jkun mhux aktar minn 75 %.

  3. Ir-robustezza meta tinqasam il-crowfoot (għoqda) għandha tkun tal-inqas ekwivalenti għal 1,2 drabi r-robustezza ta' meta tinqasam il-quċċata tal-gindazz.

  4. L-angolu ta' fuq tal-crowfoot għandu jkun massimu ta' 60°.

  5. Jekk, b'deroga mill-paragrafu 4, l-angolu ta' fuq tal-crowfoot huwa akbar minn 60°, is-saħħa tensili għandha tiġi aġġustata sabiex takkomoda l-forzi li imbagħad iseħħu.

  6. Għal uċuħ ta' qlugħ ta' anqas minn 50 m2, il-korp ta' spezzjoni jista' jawtorizza tnaqqis fid-dimensjonijiet imniżżla fit-tabella.

Artikolu 15a.13
Id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-manuvra wieqfa u l-manuvra tiġri

  1. Il-manuvra wieqfa u l-manuvra tiġri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' robustezza mniżżla fl-Artikoli 15a.14 u 15a.15.

  2. Il-konnessjonijiet tal-kejbil tal-wajer jistgħu jieħdu l-forma ta':

(a) ċumbaturi tal-ħbula,

(b) tubi tal-kompressjoni, jew

(c) tubi tal-issiġġillar.

Iċ-ċumbaturi tal-ħbula għandhom ikunu mibrumin u t-trufijiet għandhom ikunu bit-tarjola.



  1. Iċ-ċumbaturi tal-ħbula bil-ħolqa għandhom ikunu provduti bir-radanċa.

  2. Il-ħbula għandhom jgħaddu b'tali mod sabiex ma jfixklux id-daħliet u s-slielem mill-gverta għall-kabina.

Artikolu 15a.14
Id-dispożizzjonijiet speċjali għall-manuvra wieqfa

  1. L-istralji ta' quddiem u s-sartji għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

    It-tul tal-arblu20 (m)

    11

    12

    13

    14

    15

    16

    17

    18

    Is-saħħa tensili tas-sarsi ta' quddiem(kN)

    160

    172

    185

    200

    220

    244

    269

    294

    Is-saħħa tensili tas-sartji (kN)

    355

    415

    450

    485

    525

    540

    630

    720

    L-għadd ta' ċimi tas-sartji u l-ħbula kull naħa

    3

    3

    3

    3

    3

    3

    4

    4

  2. Il-patrazzi, l-arbli tal-gabja, l-arbli tal-istrajli li jtiru, il-bsaten tal-flokk u s-sartji tal-pupress għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

    It-tul tal-arblu21 (m)

    13

    13*18

    18

    Is-saħħa tensili tal-patrazzi (kN)

    89

    119

    159

    Is-saħħa tensili tal-arblu tal-gabja (kN)

    89

    119

    159

    It-tul tal-arblu tal-gabja (m)

    6

    6*8

    8

    Is-saħħa tensili tal-arblu tal-istralja li ttir (kN)

    58

    89

    119

    It-tul tal-bastun tal-flokk (m)

    5

    5*7

    7

    Is-saħħa tensili tas-sartja tal-pupress (kN)

    58

    89

    119

  3. Id-disinn tal-ħabel preferut għandu jkun ibbażat fuq il-Metodu tal-Kostruzzjoni tal-Ħabel 6 × 7 FE fil-klassi ta' robustezza 1550 N/mm2. Alternattivament, fl-istess klassi ta' robustezza, jista' jintuża l-Metodu tal-Kostruzzjoni 6 × 36 SE jew 6 × 19 FE. Minħabba l-elastiċità ogħla tal-Metodu tal-Kostruzzjoni 6 × 19, il-valuri tas-saħħa tensili mogħtija fit-tabella għandhom jiżdiedu b'10 %. L-użu tad-disinn tal-ħabel differenti għandu jkun permess sakemm ikollu proprjetajiet kumparabbli.

  4. Jekk tintuża arbulatura riġida, il-valuri tas-saħħa tensili murija fit-tabella għandhom jiżdiedu bi 30 %.

  5. Għall-arbulatura, jistgħu jintużaw biss furċelli, anelli u boltijiet approvati.

  6. Il-boltijiet, il-furċelli, l-anelli u t-turnbuckles għandhom ikunu jistgħu jintrabtu tajjeb.

  7. Is-saħħa tensili tas-sarsa tal-pupress għandha tkun tal-inqas 1,2 drabi aktar mis-saħħa tensili tal-istralja u l-istralja li ttir rispettivi.

  8. Għal bastimenti b'anqas minn 30 m3 ta' spostament tal-ilma, il-korp ta' spezzjoni jista' jippermetti t-tnaqqis fis-saħħa tensili murija fit-tabella li tidher hawn taħt:

L-ispostament tal-ilma diviż bin-numru tal-arbli (m3)

Tnaqqis (%)

>20 sa 30

20

10 sa 20

35

< 10

60

Artikolu 15a.15
Id-dispożizzjonijiet speċjali għall-manuvra tiġri

  1. Għall-manuvra tiġri, għandhom jintużaw ħbula tal-fibra jew ħbula tal-wajer tal-azzar. Is-saħħa tensili minima u d-dijametru għall-manuvra tiġri għandha, fir-rigward tal-erja tal-qlugħ, tissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

    Tip ta' manuvra tiġri

    Materjal tal-ħabel

    Żona tal-qlugħ (m2)

    Is-saħħa tensili minima (KN)

    Dijametru tal-ħabel (mm)

    Il-gindazzi tal-qala'

    Wajer tal-azzar

    sa 35

    20

    6

    > 35

    38

    8

    Fibra (polipropilene-PP)

    Dijametru tal-ħabel tal-inqas 14 mm u dawwara taċ-ċima waħda għal kull 25 m2 jew parti minnha

    Gindazzi tal-qlugħ tar-randa

    Gindazzi tal-qlugħ tal-quċċata



    Wajer tal-azzar

    sa 50

    20

    6

    > 50 sa 80

    30

    8

    > 80 sa 120

    60

    10

    >120 sa 160

    80

    12

    Fibra (PP)

    Dijametru tal-ħabel tal-inqas 18 mm u dawwara taċ-ċima waħda għal kull 30 m2 jew parti minnha

    L-iskotta tal-qala'

    Fibra (PP)

    sa 40

    14




    > 40

    18




    Għall-erjas tal-qlugħ ta' aktar minn 30 m2, l-iskotta għandha tieħu l-forma ta' sett ta' ħbula jew għandha tkun tista' taħdem b'argnu

    Il-qlugħ tar-randa/tal-qala' ta' fuq

    Wajer tal-azzar

    < 100

    60

    10

    100 sa 150

    85

    12

    > 150

    116

    14

    Għall-iskotti tal-qala ta' fuq, huma neċessarji elementi ta' konnessjoni elastiċi (fore runners).

    Fibra (PP)

    Id-dijametru tal-ħabel għandu jkun tal-inqas 18 mm u tal-inqas tliet dawwariet taċ-ċima. Fejn l-erja tal-qlugħ hija akbar minn 60 m2, dawwara waħda taċ-ċima għal kull 20 m2

  2. Il-manuvra tiġri li tifforma parti mit-twaħħil tas-sarsi għandu jkollha saħħa tensili li tikkorrispondi għal dik tal-istralja jew tas-sartja rispettivi.

  3. Jekk jintuża materjal ieħor minbarra dak imniżżel fil-paragrafu 1, għandu jkun hemm konformità mal-valuri ta' robustezza mogħtija fit-tabella fil-paragrafu 1.

M'għandhomx jintużaw il-ħbula tal-fibra tal-polietilene.

Artikolu 15a.16
It-tagħmir u l-partijiet tal-armar

  1. Jekk jintużaw ħbula tal-wajer tal-azzar jew ħbula tal-fibra, id-dijametri tad-dawwara taċ-ċima (imkejla minn ċentru ta' ħabel sa ċentru ta' ħabel) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

    Wajer tal-azzar (mm)

    6

    7

    8

    9

    10

    11

    12

    Fibra (mm)

    16

    18

    20

    22

    24

    26

    28

    Dawwara taċ-ċima (mm)

    100

    110

    120

    130

    145

    155

    165

  2. B'deroga mill-paragrafu 1, id-dijametru tad-dawwara taċ-ċima jista' jkun ekwivalenti għal sitt darbiet id-dijametru tal-wajer tal-azzar, sakemm il-wajer tal-azzar ma jgħaddix kontinwament fuq id-dawwariet.

  3. Is-saħħa tensili tal-muntaturi ( eż. il-furċelli, l-anelli, it-turnbuckles, il-pjanċi tal-għajn, il-boltijiet, iċ-ċrieki u x-xikel) għandhom ikunu kompatibbli mar-reżistenza għall-forza tal-ġbid tal-manuvra wieqfa jew il-manuvra tiġri li magħhom ikunu mwaħħla.

  4. L-irbit tal-istamnar tas-sarsi u tas-sartji għandu jkun disinnjat li jieħu l-forzi li għalihom ikunu suġġetti.

  5. Xikel wieħed biss, flimkien mas-sarsi jew is-sartja rilevanti, jistgħu jkunu marbuta ma' kull anella.

  6. Blokokk tal-gindazz u l-wajer li jerfa' d-derik tal-bastiment mit-tarf ta' fuq għandhom ikunu marbuta sew mal-arblu, u l-crowfeet li jdur użat għal dan l-iskop għandu jkun f'kundizzjoni tajba.

  7. L-affarijiet imqabbda mal-eye-bolts, il-bitta, il-pinnijiet tal-issikkar u l-poġġamani tal-fifra għandhom ikunu disinnjati li jirreżistu għall-forzi li għalihom huma suġġetti.

Artikolu 15a.17
Il-qlugħ

  1. Għandu jkun żgurat li l-qlugħ ikun jista' jiddaħħal b'mod sempliċi, malajr u mingħajr periklu.

  2. L-erja tal-qlugħ għandha tkun xierqa għat-tip ta' bastiment u l-ispostament tal-ilma.

Artikolu 15a.18
It-tagħmir

  1. Il-bastimenti li huma mgħammra b'bastun tal-flokk jew b'pupress għandu jkollhom xibka tal-pupress u għadd adegwat ta' strumenti tal-irbit u tal-ġbid.

  2. Jista' ma jkunx hemm bżonn tat-tagħmir skont il-paragrafu 1 jekk il-bastun tal-flokk jew il-pupress ikun mgħammar b'ingassa ta' ħabel tal-idejn u ħabel tas-saqajn ta' daqs adegwat li jippermetti li l-irbit ta' sikurezza jitwettaq abbord.

  3. Għax-xogħol tal-armar, għandu jkun ipprovdut is-siġġu tan-nawċier.

Artikolu 15a.19
L-ittestjar

  1. L-armar għandu jkun ittestjat mill-korp ta' spezzjoni kull 2,5 snin. Bħala minimu, it-test għandu jkopri dan li ġej:

(a) il-qlugħ, inkluż l-arlingi, l-angolu tal-iskotti ta' qala' u t-tinżlor;

(b) l-istat tal-arbulatura;

(c) l-istat tal-manuvra wieqfa u l-manuvra tiġri flimkien mal-konnessjonijiet tal-wajer tal-kejbil;

(d) il-faċilitajiet sabiex jittieħed il-qlugħ malajr u mingħajr periklu;

(e) l-irbit sigur tal-blokok tal-gindazz u l-wajer li jerfa' d-derik tal-bastiment mit-tarf ta' fuq;

(f) l-irbit tal-arblu mastru tal-bastiment u punti ta' irbit ieħor għall-manuvra wieqfa u l-manuvra tiġri li huma marbuta mal-bastiment;

(g) l-argni għat-tħaddim tal-qlugħ;

(h) il-faċilitajiet l-oħra mwaħħla għall-iskop tat-tbaħħir, bħall-irdoss u t-tagħmir għat-tħaddim tagħhom;

(i) il-miżuri li jittieħdu sabiex ikun evitat il-grif tal-ispars, l-armar wieqaf u korrenti u l-qlugħ;

(j) it-tagħmir skont l-Artikolu 15a.18.



  1. Dik il-parti tal-arblu tal-bastiment tal-injam li tgħaddi mill-gverta u li tkun tinsab taħt il-gverta għandha tkun eżaminata mill-ġdid f'intervalli li għandhom ikunu stabbiliti mill-korp ta' ispezzjoni, iżda tal-inqas fl-okkazzjoni ta' kull spezzjoni perjodika skont l-Artikolu 2.09. L-arblu tal-bastiment għandu jinqala' għal dan l-iskop.

  2. Ċertifikat tal-aħħar ispezzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1 u maħruġ, datat u ffirmat mill-korp ta' spezzjoni, għandu jinġarr abbord.
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət