Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə13/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   9   10   11   12   13   14   15   16   ...   32

(bb) Tabella għall-ħitan diviżorji bejn il-kmamar, fejn m'huma installati l-ebda sistemi ta' bexxiexa bil-pressjoni skont l-Artikolu 10.03a

Kmamar

Ċentri tal-kontroll

Trombi tat-taraġ

Żoni tal-miġemgħa

Swali

Kmamar tal-magni

Kċejjen

Imħażen

Ċentri tal-kontroll

-

A0

A0/ B15 1)

A0

A60

A30

A0/A305)

Trombi tat-taraġ




-

A0

A0

A60

A30

A0

Żoni tal-miġemgħa







-

A30/B15 2)

A60

A30

A0/A305)

Swali










-/B15/ B 03)

A60

A30

A0

Kmamar tal-magni













A60/A0 4)

A60

A60

Kċejjen
















-

A0/B156)

Imħażen



















-

1) Il-ħitan diviżorji bejn iċ-ċentri tal-kontroll u ż-żoni tal-miġemgħa interni għandhom jikkorrispondu għal Tip A0, iżda ż-żoni tal-miġemgħa esterni għat-Tip B15 biss.

2) Il-ħitan diviżorji bejn is-swali u ż-żoni tal-miġemgħa interni għandhom jikkorrispondu għat-Tip A30, iżda ż-żoni tal-miġemgħa esterni għat-Tip B15 biss.

3) Il-ħitan diviżorji bejn il-kabini, il-ħitan diviżorji bejn il-kabini u l-kurituri u l-ħitan diviżorji vertikali li jisseparaw is-swali skont il-paragrafu 10 għandhom jikkonformaw mat-Tip B15, għall-kmamar mgħammra b'sistemi ta' bexxiexa bil-pressjoni B0. Il-ħitan diviżorji bejn il-kabini u s-sawni għandhom jikkonformaw mat-Tip A0, għall-kmamar mgħammra b'sistemi ta' bexxiexa bil-pressjoni B15.

4) Il-ħitan diviżorji bejn il-kmamar tal-magni skont l-Artikoli 15.07 u 15.10 (6) għandhom jikkonformaw mat-Tip A60; f'każijiet oħrajn dawn għandhom jikkonformaw mat-Tip A0.

5) Il-ħitan diviżorji bejn l-imħażen għall-ħażna ta' likwidi li jieħdu n-nar u ċ-ċentri ta' kontroll u ż-żoni tal-miġemgħa għandhom jikkonformaw mat-Tip A60, għall-kmamar mgħammra b'sistemi ta' bexxiexa bil-pressjoni A30.

6) B15 huwa biżżejjed għall-ħitan diviżorji bejn il-kċejjen, minn naħa waħda, u l-imħażen tal-ħażna kiesħa u l-imħażen tal-ikel, min-naħa l-oħra.

(b) il-ħitan diviżorji tat-Tip A huma paratiji, ħitan u gverti li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(aa) Ikunu magħmula mill-azzar jew minn materjal ekwivalenti ieħor;

(bb) Ikunu magħmula iebsa b'mod adegwat;

(cc) Ikunu insulati b'materjal li ma jaqbadx approvat b'mod illi t-temperatura medja fuq in-naħa li tħares lil hinn min-nar titla' sa mhux aktar minn 140 °C 'il fuq mit-temperatura inizjali u fl-ebda punt, inkluż il-vojt fil-ġonot, ma tidher l-ebda żieda fit-temperatura ta' aktar minn 180 °C 'il fuq mit-temperatura inizjali, fil-perjodi speċifikati li ġejjin:

Tip A60 – 60 minuta

Tip A30 – 30 minuta

Tip A0 – 0 minuti;

(dd) jinbnew b'tali mod li jevitaw it-trasmissjoni tad-duħħan u l-fjammi sa tmiem it-test tan-nirien normali ta' siegħa;

(c) il-ħitan diviżorji tat-tip B huma paratiji, ħitan, gverti, soqfa jew faċċati li jissodisfaw il-ħtiġijiet li ġejjin:

(aa) ikunu magħmula minn materjal approvat li ma jiħux in-nar. Minbarra dan, il-materjal kollu użat fil-manifattura u l-muntatura tal-ħitan għandu jkun li ma jaqbadx, għajr għall-faċċata, li għandha tal-inqas tkun ritardanti tal-fjamma.

(bb) juru valur ta' insulazzjoni b'tali mod li t-temperatura medja fuq in-naħa li tħares lil hinn titla' sa mhux aktar minn 140 °C 'il fuq mit-temperatura inizjali u fl-ebda punt, inkluż il-vojt bejn il-ġonot, ma tidher l-ebda żieda fit-temperatura ta' aktar minn 225 °C 'il fuq mit-temperatura inizjali, fil-perjodi speċifikati li ġejjin:

Tip B15 – 15 minuta

Tip B0 – 0 minuti.

(cc) jinbnew b'tali mod li jevitaw it-trasmissjoni tal-fjammi sa tmiem l-ewwel nofs siegħa tat-test tan-nirien normali.



  1. Iż-żebgħa, il-verniċi u prodotti tat-trattament tal-wiċċ oħra kif ukoll koperturi tal-gverta użati fil-kmamar għajr il-kmamar tal-magni u l-kmamar tal-ħażna għandhom ikunu ritardanti tal-fjamma. It-twapet, id-drappijiet, il-purtieri u t-tessuti l-oħra li jiddendlu kif ukoll l-għamara miksija u l-komponenti tas-sodod għandhom jkunu li ritardanti tal-fjamma jekk il-kmamar fejn ikunu jinsabu ma jkunux mgħammra b'sistema ta' bexxiexa bil-pressjoni skont l-Artikolu 10.03a.

  2. Is-soqfa tas-swali u l-kisi tal-ħitan, inklużi s-substrutturi tagħhom, għandhom, fejn dawn is-swali ma jkollhomx sistema ta' bexxiexa bi pressjoni skont l-Artikolu 10.03a, ikunu magħmula minn materjal li ma jiħux in-nar għajr għall-uċuh tagħhom, li għandhom ikunu tal-inqas ritardanti għall-fjamma. L-ewwel sentenza ma għandhiex tapplika għas-sawni.

  3. L-għamara u t-tagħmir fis-swali li jservu bħala żoni tal-miġemgħa għandhom, fejn il-kmamar ma jkollhomx sistema ta' bexxiexa bil-pressjoni skont l-Artikolu 10.03a, ikunu magħmula minn materjal li ma jiħux in-nar.

  4. Iż-żebgħa, il-verniċi u l-materjal ieħor użati fuq żoni interni esposti ma għandhomx jipproduċu ammonti eċċessivi ta' duħħan jew sustanzi tossiċi. Dan għandu jkun ippruvat skont il-Kodiċi għall-Proċeduri tat-Test tan-Nirien.

  5. Il-materjali tal-insulazzjoni fis-swali għandhom ikunu li ma jiħdux in-nar. Dan ma japplikax għall-insulazzjonijiet użati fuq pajpijiet li minnhom jgħaddi materjal li jberred. L-uċuħ tal-materjali tal-insulazzjoni użati fuq dawn il-pajpijiet għandhom tal-inqas ikunu ritardanti għall-fjamma.

7a. It-tined u installazzjonijiet mobbli simili li ż-żoni tal-gverta jkunu kompletament jew parzjalment magħluqa bihom, flimkien mas-substrutturi tagħhom, għandhom ikunu tal-inqas ritardanti għall-fjamma.

  1. Il-bibien fil-ħitan skont il-paragrafu 2 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għandhom jissodisfaw l-istess rekwiżiti mniżżla fil-paragrafu 2 bħall-ħitan diviżorji stess;

(b) għandhom ikunu jingħalqu weħidhom f'każ ta' bibien f'ħitan diviżorji skont il-paragrafu 10 jew fil-każ ta' għeluq madwar il-kmamar tal-magni, il-kċejjen u t-trombi tat-taraġ;

(c) il-bibien li jingħalqu weħidhom li jibqgħu miftuħa f'ħidma normali għandhom ikunu tali li jkunu jistgħu jingħalqu minn post imħares min-nies b'mod permanenti mill-persunal abbord il-bastiment jew membri tal-ekwipaġġ; Meta l-bieb jingħalaq minn distanza, għandu jkun possibbli li jerġa' jinfetaħ mill-ġdid u jingħalaq b'mod sikur fuq il-post.

(d) il-bibien imqalftin skont l-Artikolu 15.02 ma għandhomx ikunu insulati.



  1. Il-ħitan skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu kontinwi minn gverta sa gverta jew jintemmu f'soqfa kontinwi, li jissodisfaw l-istess rekwiżiti kif imsemmi fil-paragrafu 2.

  2. Iż-żoni li ġejjin tal-passiġġieri għandhom ikunu maqsuma b'ħitan diviżorji vertikali kif imsemmi fil-paragrafu 2:

(a) żoni tal-passiġġiera b'wiċċ totali taż-żona ta' aktar minn 800 m2;

(b) żoni tal-passiġġieri fejn hemm il-kabini, f'intervalli ta' mhux aktar minn 40 m.

Il-ħitan diviżorji vertikali għandhom ikunu ssiġillati għad-duħħan taħt kundizzjonijiet ta' ħidma normali u għandhom ikunu kontinwi minn gverta sa gverta.


  1. Vojt 'il fuq mis-soqfa, taħt l-artijiet u wara l-kisi tal-ħitan għandu jkun separat f'intervalli ta' mhux aktar minn 14 m minn waqfiet tal-fundar li ma jiħdux in-nar li, ukoll f'każ ta' nar, joffru siġill effettiv ta' kontra n-nar.

  2. It-turġien għandhom ikunu magħmula mill-azzar jew materjali ekwivalenti li ma jiħdux in-nar.

  3. It-turġien u l-liftijiet interni għandhom ikunu magħluqa fil-livelli kollha b'ħitan skont il-paragrafu 2. L-eċċezzjonijiet li ġejjin huma permissibbli:

(a) taraġ li jgħaqqad żewġ gverti biss m'hemmx għalfejn ikun magħluq, jekk fuq waħda mill-gverti t-taraġ huwa magħluq skont il-paragrafu 2;

(b) fis-sala, it-turġin m'hemmx għalfejn ikunu magħluqin jekk ikunu jinsabu kollha fuq ġewwa ta' din il-kamra, u

(aa) jekk din il-kamra testendi biss fuq żewġ gverti, jew

(bb) jekk ikun hemm sistema ta' bexxiexa bil-pressjoni skont l-Artikolu 10.03a installata f'din il-kamra fuq il-gverti kollha, din il-kamra jkollha sistema ta' estrazzjoni tad-duħħan skont il-paragrafu 16 u l-kamra jkollha aċċess fuq il-gverti kollha għat-tromba tat-taraġ.



  1. Is-sistemi ta' ventilazzjoni u s-sistemi tal-provvista tal-arja għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għandhom ikunu ddisinnjati b'tali mod illi jiżguraw li dawn ma jikkawżawx it-tixrid tan-nar u d-duħħan.

(b) il-fetħiet għat-teħid tal-arja u l-estrazzjoni u s-sistemi tal-provvista tal-arja għandhom ikunu tali li jkunu jistgħu jingħalqu;

(c) il-kanali tal-ventilazzjoni għandhom ikunu magħmula mill-azzar jew minn materjal ekwivalenti li ma jiħux in-nar u għandhom ikunu mwaħħla mingħajr periklu ma' xulxin u mas-sovrastruttura tal-bastiment;

(d) meta l-kanali tal-ventilazzjoni b'sezzjoni trasversali ta' aktar minn 0,02 m2 jgħaddu minn ħitan skont il-paragrafu 2 ta' Tip A jew minn ħitan diviżorji skont il-paragrafu 10, għandhom ikunu mgħammra b'apparti li jtaffu n-nar awtomatiċi li jistgħu jitħaddmu minn post imħares b'mod permanenti mill-persunal abbord jew mill-membri tal-ekwipaġġ;

(e) is-sistemi tal-ventilazzjoni għall-kċejjen u l-kmamar tal-magni għandhom ikunu separati minn sistemi tal-ventilazzjoni li jfornu postijiet oħra;

(f) il-kanali tal-estrazzjoni tal-arja għandhom ikunu provduti b'fetħiet li jistgħu jissakkru għall-ispezzjoni u t-tindif. Dawn il-fetħiet għandhom ikunu jinsabu viċin l-apparti li jtaffu n-nar;

(g) il-ventilaturi imwaħħla għandhom ikunu tali illi jistgħu jintfew minn post ċentrali barra l-kamra tal-magni.


  1. Il-kċejjen għandhom ikunu mgħammra b'sistemi ta' ventilazzjoni u fulklari b'tagħmir tal-ġbid tal-arja. Il-kanali tal-estrazzjoni tal-arja għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti skont il-paragrafu 14 u, minbarra dan, ikunu mgħammra b'apparati li jtaffu n-nar li jaħdmu b'mod manwali fil-fetħiet fid-daħla.

  2. Iċ-ċentri tal-kontroll, it-trombi tat-taraġ u ż-żoni tal-evakwazzjoni interni għandhom ikunu mgħammra b'sistemi ta' estrazzjoni tad-duħħan naturali jew mekkaniċi. Is-sistemi tal-estrazzjoni tad-duħħan għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għandhom joffru kapaċità u affidabbiltà suffiċjenti;

(b) għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet operattivi għall-bastimenti tal-passiġġieri;

(c) jekk is-sistemi tal-estrazzjoni tad-duħħan iservu wkoll ta' ventilaturi ġenerali għall-kmamar, dawn ma għandhomx ifixklu l-funzjoni tagħhom bħala sistemi tal-ġbid tad-duħħan f'każ ta' nirien;

(d) is-sistemi tal-estrazzjoni tad-duħħan għandu jkollhom tagħmir ta' attivazzjoni li jaħdem b'mod manwali;

(e) is-sistemi tal-estrazzjoni tad-duħħan mekkaniċi għandhom, minbarra dan, ikunu tali li jistgħu jitħaddmu minn post fejn ikun hemm b'mod permanenti persunal abbord jew membri tal-ekwipaġġ;

(f) is-sistemi tal-estrazzjoni tad-duħħan naturali għandhom ikunu mgħammra b'mekkaniżmu tal-ftuħ, li jitħaddem jew b'mod manwali jew b'sors tal-enerġija ġewwa s-sistema ta' estrazzjoni;

(g) l-istrumenti li jiġu attivati manwalment u l-mekkaniżmi tal-ftuħ għandhom ikunu aċċessibbli minn ġewwa jew minn barra l-kamra li tkun qed tiġi pprotetta.


  1. Is-swali mhux sorveljati l-ħin kollu mill-persunal jew il-membri tal-ekwipaġġ, il-kċejjen, il-kmamar tal-magni u kmamar oħra li jippreżentaw riskju tan-nar għandhom ikunu konnessi ma' sistema tal-allarm tan-nar adegwata. L-eżistenza tan-nar u l-postijiet fejn jinsab eżatti għandhom jintwerew awtomatikament fuq post imħares b'mod permanenti mill-persunal abbord jew mill-membri tal-ekwipaġġ.

Artikolu 15.12
It-tifi tan-nar

  1. Minbarra l-apparat għat-tifi tan-nar li jinġarr skont l-Artikolu 10.03, għandu jkun disponibbli abbord tal-inqas it-tagħmir tat-tifi tan-nar portabbli li ġej:

(a) apparat għat-tifi tan-nar li jinġarr wieħed għal kull 120 m2 tal-erja tal-art fiż-żoni tal-passiġġieri;

(b) apparat għat-tifi tan-nar li jinġarr wieħed għal kull grupp ta' 10 kabini, sal-ikbar u l-eqreb numru;

(c) apparat għat-tifi tan-nar li jinġarr f'kull kċina u fil-viċinanza ta' kwalunkwe kamra fejn il-likwidi li jistgħu jieħdu n-nar huma maħżuna jew użati. Fil-kċejjen il-kimika tat-tifi tan-nar għandha tkun adattata wkoll biex titfi nirien li jaqbdu anke minħabba xaħmijiet.

Dawn l-apparati tat-tifi tan-nar addizzjonali għandu jissodisfa r-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 10.03, il-paragrafu 2, u jkunu installati u distribwiti fuq il-bastiment sabiex hekk, fil-każ li jkun hemm nar fi kwalunkwe punt u fi kwalunkwe ħin, l-apparat tat-tifi tan-nar jkun jista' jintlaħaq immedjatament. F'kull kċina kif ukoll fil-ħwienet tax-xahar u l-ħwienet tal-fwieħa, għandu jkunn hemm kutra tat-tifi tan-nar disponibbli.



  1. Il-bastimenti tal-passiġġieri għandhom ikunu pprovduti b'sistema ta' idranti li tkun tikkonsisti fi:

(a) żewġ pompi tat-tifi tan-nar li jaħdmu bil-mutur ta' kapaċità biżżejjed, li tal-inqas wieħed minnhom ikun installat b'mod permanenti;

(b) linja waħda ta' apparati tat-tifi tan-nar b'numru biżżejjed ta' idranti b'manki għat-tifi tan-nar konnessi b'mod permanenti tal-inqas 20 m tul u mgħammra b'żennuna li tista' tipproduċi kemm irxiex kif ukoll ġett ta' ilma u li tkun tinkorpora faċilità tal-għeluq.



  1. Is-sistemi ta' idranti għandhom ikunu mfassla u jkollhom dimensjoni b'tali mod li:

(a) kwalunkwe punt tal-bastiment jkun jista' jintlaħaq minn tal-inqas żewġ idranti f'postijiet differenti, kull wieħed b'manka waħda ta' mhux aktar minn 20 m;

(b) il-pressjoni fl-idranti hija tal-inqas 300 kPa; u

(c) fuq il-gverti kollha jista' jintlaħaq tul ta' ġett ta' ilma ta' mill-inqas 6 m.

Jekk tkun ipprovduta kaxxa għall-idranti, għandu jitwaħħal simbolu ta' "manka għat-tifi tan-nar" simili għal dak muri fil-Figura 5 fl-Appendiċi I, ta' mill-inqas 10 cm tul tal-ġenb, ma' barra tal-kaxxa.



  1. Il-valvi tal-idranti bi skrun jew viti li jirregolaw il-ħruġ tal-likwidu għandhom ikunu tali li jistgħu jiġu rranġati b'mod li kull waħda mill-manki għat-tifi tan-nar tkun tista' tiġi separata u mneħħija matul il-ħidma tal-pompi tat-tifi tan-nar.

  2. Il-manki tal-apparat għat-tifi tan-nar fiż-żona interna għandhom ikunu rroljati fuq rutella mqabbda bil-fus.

  3. Il-materjali għat-tagħmir tat-tifi tan-nar għandhom ikunu reżistenti għas-sħana jew għandhom ikunu protetti kif jixraq kontra n-nuqqas ta' funzjoni meta jkunu suġġetti għal temperaturi għolja.

  4. Il-pajpijiet u l-idranti għandhom ikunu rranġati b'tali mod illi l-possibilità ta' iffriżar tkun evitata.

  5. Il-pompi tat-tifi tan-nar għandhom:

(a) ikunu installati jew ikunu jinsabu fi kmamar separati;

(b) ikunu tali li jistgħu jitħaddmu b'mod indipendenti minn xulxin;

(c) kull waħda tkun tista', fuq il-gverti kollha, żżomm il-pressjoni meħtieġa fl-idranti u tikseb it-tul mitlub ta' ġett ta' ilma;

(d) ikunu installati bil-quddiem mill-paratija tal-poppa.

Il-pompi tat-tifi tan-nar jistgħu jintużaw ukoll għal skopijiet ġenerali.


  1. Il-kmamar tal-magni għandhom ikunu mgħammra b'sistema tat-tifi tan-nar imwaħħla b'mod permanenti skont l-Artikolu 10.03b.

  2. F'bastimenti bil-kabini għandu jkun hemm:

(a) żewġ apparati tan-nifs li jikkorrispondu mal-istandard Ewropew EN 137: 1993 b'maskli li jgħattu l-wiċċ kollu li jikkorrispondu mal-istandard Ewropew EN 136: 1998;

(b) żewġ settijiet ta' tagħmir li jikkonsistu mill-inqas f'libsa prottetiva, elmu, stivali, ingwanti, mannara, skarpellina, torċ u ħabel tas-sikurezza, u

(c) erba' kappuni tad-duħħan.

Artikolu 15.13
L-organizzazzjoni tas-sikurezza


  1. Għandha tkun ipprovduta roster tas-sikurezza abbord il-bastimenti tal-passiġġieri. Ir-roster tas-sikurezza tiddeskrivi d-doveri tal-ekwipaġġ u l-persunal abbord fl-eventwalitajiet li ġejjin:

(a) ħsara;

(b) nar abbord;

(c) evakwazzjoni tal-passiġġieri;

(d) persuna taqa' l-baħar.

Għandu jittieħed kont ta' miżuri tas-sikurezza speċifiċi għal persuni b'mobilità mnaqqsa.

Il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal abbord imsemmija fir-roster tas-sikurezza għandhom ikunu assenjati d-doveri diversi tagħhom, skont il-karigi li jokkupaw. L-istruzzjonijiet speċjali lill-ekwipaġġ għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' periklu, il-bibien u l-fetħiet kollha fil-paratiji mqalftin imsemmija fl-Artikolu 15.02 jingħalqu ermetikament minnufih.



  1. Ir-roster tas-sikurezza tinkludi pjan ta' sikurezza, fejn tal-inqas dawn li ġejjin huma mfassla b'mod ċar u preċiż:

(a) iż-żoni maħsuba għall-użu minn persuni b'mobilità mnaqqsa;

(b) ir-rotot ta' evakwazzjoni, il-ħruġ ta' emerġenza u żoni tal-miġemgħa u żoni ta' evakwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 15.06(8);

(c) tagħmir tas-salvataġġ u dgħajjes tal-bastiment;

(d) it-tagħmir tat-tifi tan-nar u s-sistemi tat-tifi tan-nar u tal-bexxiexa bi pressjoni;

(e) tagħmir tas-sikurezza ieħor;

(f) is-sistema tal-allarm imsemmija fl-Artikolu 15.08(3)(a);

(g) is-sistema tal-allarm imsemmija fl-Artikolu 15.(3)(b) u (c);

(h) il-bibien tal-paratija msemmija fl-Artikolu 15.02(5), u l-pożizzjoni tal-kontrolli tagħhom, kif ukoll il-fetħiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 15.02(9), (10) u (13), u l-Artikolu 15.03(12);

(i) il-bibien imsemmija fl-Artikolu 15.11(8);

(j) l-apparati li jtaffu n-nar;

(k) is-sistema ta' allarm kontra n-nar

(l) l-impjant tal-enerġija ta' emerġenza;

(m) l-unitajiet ta' kontroll tas-sistema ta' ventilazzjoni;

(n) il-konnessjonijiet max-xatt;

(o) il-qtugħ tal-linja tal-karburant;

(p) l-installazzjonijiet ta' gass likwifikat;

(q) is-sistemi ta' indirizz pubbliku;

(r) it-tagħmir tar-radjutelefonija;

(s) settijiet tal-ewwel għajnuna.


  1. Ir-roster tas-sikurezza skont il-paragrafu 1 u l-pjan ta' sikurezza skont il-paragrafu 2 għandhom:

(a) ikunu ttimbrati kif dovut mill-korp ta' spezzjoni, u

(b) ikunu murija b'mod prominenti f'punt adattat fuq kull gverta.



  1. Kodiċi ta' kondotta għall-passiġġieri għandu jitwaħħal f'kull kabina kif ukoll pjan tas-sikurezza simplifikat li jkun fih biss l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(a) sa (f).

Dan il-kodiċi ta' kondotta għandu jinkludi tal-inqas:

(a) definizzjonijiet ta' emerġenzi



  • nar;

  • għargħar;

  • perikolu ġenerali;

(b) deskrizzjoni tad-diversi sinjali tal-allarm;

(c) istruzzjonijiet dwar dan li ġej:



  • ir-rotot ta' evakwazzjoni,

  • x'għandu jsir,

  • il-bżonn li wieħed jibqa' kalm;

(d) istruzzjonijiet dwar dan li ġej:

  • it-tipjip,

  • l-użu ta' nar u fjamma mikxufa,

  • il-ftuħ ta' twieqi,

  • l-użu ta' ċerti oġġetti ta' tagħmir.

Dawn id-dettalji għandhom jitwaħħlu bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.

Artikolu 15.14
Il-faċilitajiet tal-ġbir u r-rimi tal-ilma tad-drenaġġ

  1. Il-bastimenti tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra b'tankijiet tal-ġbir għall-ilma tad-drenaġġ domestiku skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord kif xieraq skont il-Kapitolu 14a.

  2. It-tankijiet tal-ġbir tal-ilma tad-drenaġġ għandu jkollhom kapaċità biżżejjed. It-tankijiet għandhom ikunu mgħammra bi strument sabiex jindika l-livell tal-kontenut tagħhom. Għandu jkun hemm pompi u pajpijiet abbord sabiex jitbattlu t-tankijiet, fejn l-ilma tad-drenaġġ jista' jgħaddi miż-żewġ naħat tal-bastiment. Għandu jkun possibbli li jgħaddi l-ilma tad-drenaġġ minn bastimenti oħra.

Il-pajpijiet għandhom ikunu mgħammra b'konnessjoni tar-rimi skont l-istandard Ewropew EN 1306: 1996.

Artikolu 15.15
Id-derogi għal ċerti bastimenti tal-passiġġieri

  1. Il-bastimenti tal-passiġġieri awtorizzati li jġorru sa massimu ta’ 50 passiġġier u b’tul LWL ta' mhux aktar minn 25 m għandhom jagħtu prova li jipprovdu stabilità xierqa wara ħsara skont l-Artikolu 15.03(7 sa 13) jew, bħala alternattiva, jagħtu prova li huma konformi mal-kriterji li ġejjin wara għargħar simetriku.

(a) l-immersjoni tal-bastiment ma għandhiex taqbeż il-linja tal-marġni, u

(b) l-għoli metaċentriku GMR ma għandux ikun anqas minn 0,10 m.

Il-kapaċità ta' żamma f'wiċċ l-ilma neċessarja għandha tkun żgurata permezz tal-għażla adattata tal-materjal użat għall-kostruzzjoni tal-buq jew permezz ta' sufruni tal-fowm ċellulari ħafna, imwaħħla b'mod solidu mal-buq. Fil-każ ta' bastimenti b'tul ta' aktar minn 15-il m, il-kapaċità residwa taż-żamma f'wiċċ l-ilma tista' tkun żgurata b'kombinazzjoni ta' sufruni u subdiviżjoni skont l-istatus tal-kompartiment-1 skont l-Artikolu 15.03.


  1. Għall-bastimenti tal-passiġġieri skont il-paragrafu 1 il-korp ta' spezzjoni jista' jippermetti derogi minuri mill-għoli liberu meħtieġ fl-Artikolu 15.06(3)(c) u l-paragrafu 5(b). Id-deroga ma għandhiex tkun aktar minn 5 %. Fil-każ ta' derogi l-partijiet rilevanti għandhom ikunu indikati bil-kulur.

  2. B'deroga mill-Artikolu 15.03(9), il-bastimenti tal-passiġġieri li ma jaqbżux il-45 m fit-tul u awtorizzati jġorru sa massimu ta' 250 passiġġier ma għandhomx bżonn ikollhom status ta' kompartiment-tnejn.

  3. (Jitħalla vojt)

  4. Il-korp ta' spezzjoni jista' ma jitlobx l-applikazzjoni tal-Artikolu 10.04 fil-każ tal-bastimenti tal-passiġġieri awtorizzati jġorru sa numru massimu ta' 250 passiġġier u b'tul LWL ta' mhux aktar minn 25 m, dment li jkunu mgħammra bi pjattaforma, aċċessibbli minn kull naħa tal-bastiment, direttament fuq wiċċ l-ilma, sabiex jagħmluha possibbli għall-persuni biex jiġu rkuprati mill-baħar. Il-bastimenti tal-passiġġieri jistgħu jkunu mgħammra b'installazzjoni komparabbli, suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) persuna weħedha għandha tkun tista' tħaddem l-installazzjoni;

(b) huma permessi installazzjonijiet mobbli;

(c) l-installazzjonijiet għandhom ikunu barra ż-żona tal-perikolu tas-sistemi tal-propulsjoni; u

(d) għandha tkun possibbli komunikazzjoni effettiva bejn il-kaptan tal-bastiment u l-persuna responsabbli mill-installazzjoni.



  1. Il-korp ta' spezzjoni jista' ma jitlobx l-applikazzjoni tal-Artikolu 10.04 fil-każ tal-bastimenti tal-passiġġieri awtorizzati jġorru sa massimu ta' 600 passiġġier u b'tul ta' mhux aktar minn 45 m, dment li l-bastiment tal-passiġġieri jkun mgħammar bi pjattaforma skont il-paragrafu 5, l-ewwel sentenza, jew b'installazzjoni ekwivalenti skont il-paragrafu 5, it-tieni sentenza. Minbarra dan, il-bastiment tal-passiġġieri għandu jkollu:

(a) skrun tat-tmun, skrun ċiklojdali jew ġett tal-ilma bħala propulsjoni prinċipali, jew

(b) sistema tal-propulsjoni prinċipali b'żewġ unitajiet tal-propulsjoni, jew

(c) sistema ta' propulsjoni prinċipali u tagħmir li jimbotta l-pruwa.


  1. B'deroga mill-Artikolu 15.02(9), il-bastimenti tal-passiġġieri b'tul li ma jaqbiżx il-45 m u awtorizzati jġorru għadd ta' passiġġieri li fil-massimu tiegħu ikun jikkorrispondi għat-tul tal-bastiment f'metri għandhom il-permess li jkollhom abbord, fiż-żona tal-passiġġieri, bieb tal-paratija kkontrollat manwalment skont l-Artikolu 15.02(5), jekk:

(a) il-bastiment għandu biss gverta waħda;

(b) dan il-bieb huwa aċċessibbli b'mod dirett mill-gverta u mhuwiex aktar minn 10 m 'il bogħod mill-gverta;

(c) it-tarf ta' isfel tal-fetħa tal-bieb jinsab minn tal-inqas 30 cm 'l fuq mill-art taż-żona tal-passiġġieri, u

(d) kull wieħed mill-kompartamenti maqsum mill-bieb huwa mgħammar b'allarm tal-livell tas-sentina.



  1. Fuq bastimenti tal-passiġġieri skont il-paragrafu 7, b'deroga mill-Artikolu 15.06(6)(c), rotta waħda ta' evakwazzjoni tista' tgħaddi minn kċina, sakemm ikun hemm rotta ta' evakwazzjoni oħra (it-tieni waħda) disponibbli.

  2. Għall-bastimenti tal-passiġġieri b'tul li ma jaqbiżx il-45 m dan li ġej ma għandux japplika: l-Artikolu 15.01(2)(e), meta l-installazzjonijiet tal-gass likwifikat huma mgħammra b'sistemi tal-allarm adatti għal konċentrazzjonijiet ta' CO li huma ta' riskju għas-saħħa u għal taħlitiet ta' gass u arja potenzjalment esplossivi.

  3. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għall-bastimenti tal-passiġġieri li ma jaqbżux il-25 m fit-tul LWL:

(a) l-Artikolu 15.04(1), l-aħħar sentenza;

(b) l-Artikolu 15.06(6)(ċ), għall-kċejjen, dment li tkun disponibbli rotta tal-ħrib (it-tieni waħda) oħra;

(c) l-Artikolu 15.07.


  1. Għall-bastimenti bil-kabini li jaqbżux tul ta' 45 m, l-Artikolu 15.12(10), ma għandux japplika, dment li l-maskri kontra d-duħħan f'għadd li jikkorrispondi għall-għadd ta' rmiġġi jkunu aċċessibbli malajr f'kull kabina.

1   ...   9   10   11   12   13   14   15   16   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət