Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə7/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   ...   32

KAPITOLU 9

IT-TAGĦMIR TAL-ELETTRIKU

Artikolu 9.01
Ġenerali

  1. Meta ma jkun hemm ebda rekwiżit speċifiku dwar ċerti partijiet ta' installazzjoni, il-livell ta' sikurezza għandu jitqies bħala wieħed sodisfaċenti meta dawk il-partijiet ikunu ġew manifatturati skont standard Ewropew li jkun fis-seħħ jew skont ir-rekwiżiti ta' soċjetà ta' klassifikazzjoni approvata.

Id-dokumenti rilevanti għandhom jiġu sottomessi lill-korp ta' spezzjoni.

  1. Id-dokumenti li jkollhom dan li ġej, u debitament ittimbrati mill-korp ta' spezzjoni, għandhom jinżammu abbord:

(a) disinji ġenerali dwar is-sistema kollha tal-elettriku;

(b) disinji tas-sistema tas-swiċċijiet għas-swiċċbord ewlenija, is-swiċċbord ta' emerġenza u s-swiċċbord tad-distribuzzjoni, flimkien mal-iktar dejta teknika importanti bħall-amperaġġ u l-kurrent operattiv tat-tagħmir ta' protezzjoni u kontroll;

(c) dejta dwar il-potenza li tirrigwarda l-makkinarju u t-tagħmir elettriku;

(d) tipi ta' kejbil u informazzjoni dwar il-cross-sections tal-kondutturi.

Mhux meħtieġ li dawn id-dokumenti jinżammu abbord inġenju mingħajr ekwipaġġ, iżda dawn għandhom ikunu disponibbli dejjem mingħand is-sid.


  1. It-tagħmir għandu jkun imfassal għal tiġnib permanenti sa 15° u għal temperaturi ambjentali interni ta' bejn 0 °C u +40 °C, u fuq il-gverta bejn -20 °C u +40 °C. F'dawk il-limiti, huwa għandu jkun jaħdem perfettament.

  2. It-tagħmir u l-apparat elettriku u elettroniku għandu jkun totalment aċċessibbli u faċli biex jinżamm fi stat tajjeb.

Artikolu 9.02
Is-sistemi tal-provvista tal-elettriku

  1. Meta inġenju jkollu sistema tal-elettriku, fil-prinċipju dik is-sistema għandu jkollha mill-inqas żewġ sorsi ta' provvista tal-enerġija b'tali mod li jekk ikun hemm ħsara f'sors wieħed is-sors li jifdal ikun jista' jipprovdi lill-konsumaturi l-enerġija meħtieġa għal navigazzjoni bla periklu għal tal-inqas 30 minuta.

  2. Klassifikazzjoni adegwata tal-provvista tal-enerġija għandha tiġi murija permezz ta' bilanċ tal-enerġija. Hawnhekk jista' jitqies fattur xieraq ta' simultanjetà.

  3. Independentement mill-paragrafu 1 hawn fuq, l-Artikolu 6.04 għandu japplika għas-sors tal-enerġija għas-sistema tat-tmun (l-installazzjonijiet tat-tmun).

Artikolu 9.03
Il-protezzjoni kontra l-kuntatt fiżiku, l-intrużjoni ta' oġġetti solidi u d-dħul tal-ilma

It-tip ta' protezzjoni minima għal partijiet ta' installazzjoni installati b'mod permanenti għandu jkun kif stabbilit fit-tabella li ġejja:



Post

Tip ta' protezzjoni minima

(skont il-pubblikazzjoni IEC 60529: 1992)



Ġeneraturi

Muturi

Transformers

Pannelli

Distributuri

Swiċċijiet


Muntaturi

Tagħmir tad-dawl

Kmamar tal-operat, kmamar tal-magni, kompartimenti tat-tagħmir tat-tmun

IP 22

IP 22

IP4 22

IP5 6 22

IP 44

IP 22

Stivi













IP 55

IP 55

Kaxxirizzi tal-batteriji u taż-żebgħa
















IP 44

u. (Ex)7



Gverti miftuħa u postijiet miftuħa tat-tmun




IP 55




IP 55

IP 55

IP 55

Il-kabina tat-tmunier




IP 22

IP 22

IP 22

IP 22

IP 22

L-ispazji tal-akkomodazzjoni ħlief il-faċilitajiet sanitarji u l-kmamar tal-ħasil










IP 22

IP 20

IP 20

Il-faċilitajiet sanitarji u l-kmamar tal-ħasil




IP 44

IP 44

IP 44

IP 55

IP 44

Artikolu 9.04
Il-protezzjoni minn splużjoni

It-tagħmir elettriku biss li jiflaħ għall-isplużjonijiet (sikurezza ċċertifikata) jista' jiġi installat fi spazji fejn x'aktarx jakkumulaw gassijiet jew taħlitiet ta' gassijiet li jistgħu jisplodu, bħall-kompartamenti maħsuba għall-akkumulaturi jew għall-ħażna ta' prodotti li jieħdu n-nar faċilment. L-ebda swiċċijiet tad-dawl jew ta' tagħmir ieħor elettriku ma għandhom jitwaħħlu f'dawn l-ispazji. Il-protezzjoni minn xi splużjoni għandha tqis il-karatteristiċi tal-gassijiet jew it-taħlitiet ta' gassijiet li jistgħu jisplodu li x'aktarx jiffurmaw (grupp ta' potenzjal splussiv, klassi ta' temperatura).



Artikolu 9.05
L-ertjar

  1. Jeħtieġ li s-sistemi b'vultaġġ ta' iktar minn 50 V ikunu ertjati.

  2. Il-partijiet tal-metall li huma miftuħa għall-kuntatt fiżiku u li, waqt it-tħaddim normali, ma jgħaddi ebda kurrent minnhom, bħall-frejms u l-koperturi tal-magni, l-apparat u t-tagħmir tad-dawl, għandhom ikunu ertjati separatament meta dawn ma jkollhomx kuntatt elettriku mal-buq bħala riżultat tal-installazzjoni tagħhom.

  3. Il-koperturi tal-konsumaturi mobbli tal-elettriku u tat-tagħmir li jinġarr għandhom, waqt l-użu normali, ikunu ertjati permezz ta' konduttur ieħor tal-ert li jkun inkorporat fil-kejbil tal-elettriku.

Dik id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika fejn jintuża transformer protettiv għas-separazzjoni taċ-ċirkuwitu, u lanqas għal apparat b'tagħmir ta' insulazzjoni protettiva (insulazzjoni doppja).

  1. Il-cross-sections tal-kondutturi tal-ert ma għandhomx ikunu inqas minn kif mogħtija fit-tabella li ġejja:

Il-cross-section tal-kondutturi esterni

(mm2)



Il-cross-section minima tal-kondutturi tal-ert

f'kejbils insulati

(mm2)



imwaħħla separatament

(mm2)



minn 0,5 sa 4

l-istess cross-section bħal dik tal-konduttur estern

4

aktar minn 4 sa 16

l-istess cross-section bħal dik tal-konduttur estern

l-istess cross-section bħal dik tal-konduttur estern

aktar minn 16 sa 35

16

16

aktar minn 35 sa 120

in-nofs tal-cross-section tal-konduttur estern

in-nofs tal-cross-section tal-konduttur estern

aktar minn 120

70

70

Artikolu 9.06
Il-vultaġġi massimi permissibbli

  1. Il-vultaġġi li ġejjin ma għandhomx jinqabżu:

    Tip ta' installazzjoni

    Vultaġġ massimu permissibbli

    Kurrent dirett

    Kurrent alternanti ta' fażi waħda

    Kurrent alternanti ta' tliet fażijiet

    a. Installazzjonijiet tal-enerġija u s-sħana inklużi s-sokits għal użu ġenerali

    250 V

    250 V

    500 V

    b. Installazzjonijiet ta' dwal, komunikazzjonijiet, kmand u informazzjoni, inklużi s-sokits għall-użu ġenerali

    250 V

    250 V

    -

    c. Sokits maħsuba biex ifornu lil tagħmir li jinġarr li jintuża fuq gverti miftuħa jew f'kaxxirizzi tal-metall dojoq jew imxarrba, ħlief għall-bojlers u t-tankijiet:










    1. B’mod ġenerali

    50 V8

    50 V9

    -

    2. Fejn transformer protettiv tas-separazzjoni taċ-ċirkuwitu jipprovdi biss lil tagħmir wieħed

    -

    250 V10

    -

    3. Fejn jintuża apparat ta' insulazzjoni protettiva (insulazzjoni doppja)

    250 V

    250 V

    -

    4. Fejn jintużaw salvaviti ta' kurrent ≤ 30 mA.

    -

    250 V

    500 V

    d. Konsumaturi mobbli tal-elettriku bħal tagħmir elettriku għall-kontejners, muturi, blowers u pompi mobbli li normalment ma jiċċaqalqux waqt is-servizz u li l-partijiet kondutturi tagħhom li huma miftuħa għall-kuntatt fiżiku jkunu ertjati permezz ta' konduttur tal-ert li jkun inkorporat fil-kejbil tal-konnessjoni u li, minbarra dak il-konduttur tal-ert, ikunu mqabbda mal-buq permezz tat-tqegħid speċifiku tagħhom jew permezz ta' konduttur ieħor

    250 V

    250 V

    500 V

    e. Sokits maħsuba biex ifornu lil tagħmir li jinġarr li jintuża ġewwa l-bojlers u t-tankijiet

    50 V11

    50 V12

    -

  2. B'deroga mill-paragrafu 1, jekk jiġu applikati l-miżuri protettivi meħtieġa, jkunu aċċettabbli vultaġġi ogħla:

(a) għal installazzjonijiet tal-enerġija fejn l-enerġija tagħhom tkun teħtieġ hekk;

(b) għal installazzjonijiet speċjali abbord bħas-sistemi tar-radju u għall-istartjar.



Artikolu 9.07
Is-sistemi ta' distribuzzjoni

  1. Is-sistemi tad-distribuzzjoni li ġejjin huma awtorizzati għall-kurrent dirett u għall-kurrent alternanti ta' fażi waħda:

(a) sistemi b'żewġ kondutturi li waħda minnhom tkun ertjata (L1/N/PE);

(b) sistemi b'konduttur wieħed li jużaw il-prinċipju tar-ritorn tal-buq, għal installazzjonijiet lokali biss (pereżempju, it-tagħmir li jqabbad il-magni tal-kombustjoni, il-protezzjoni katodika) (L1/PEN);

(c) sistemi b'żewġ kondutturi li jkunu insulati mill-buq (L1/L2/PE).


  1. Is-sistemi ta' distribuzzjoni li ġejjin huma awtorizzati għal kurrent alternanti ta' tliet fażijiet:

(a) sistemi ta' erba' kondutturi b'ert tal-punt newtrali, mingħajr użu tal-prinċiplu tar-ritorn tal-buq (L1/L2/L3/N/PE) = (netwerk TN-S) jew (netwerk TT);

(b) sistemi ta' tliet kondutturi insulati mill-buq (Ll/L2/L3/PE) = (netwerk IT);

(c) sistemi ta' tliet kondutturi bl-ert tal-punt newtrali bl-użu tal-prinċipju tar-ritorn tal-buq, li madankollu ma għandhomx jiġu awtorizzati għaċ-ċirkuwiti tat-terminal (L1/L2/L3/PEN).


  1. Il-korp ta' spezzjoni jista' jippermetti l-użu ta' sistemi oħra.

Artikolu 9.08
Il-kollegament max-xatt u ma' netwerks oħra esterni

  1. Linji ta' provvista min-netwerks max-xatt jew min-netwerks esterni oħra għall-installazzjonijiet tan-netwerk abbord għandu jkollhom konnessjoni permanenti abbord fil-forma ta' terminali fissi jew sokits tal-plagg fissi. Il-kollegamenti tal-kejbils ma għandhomx ikunu soġġetti għal ebda forza ta' ġibda.

  2. Il-buq għandu jkun jista' jiġi ertjat b'mod effettiv meta l-vultaġġ tal-kollegament jaqbeż il-50 V. Il-konnessjoni tal-ert għandha tkun immarkata b'mod speċifiku.

  3. It-tagħmir tas-swiċċijiet għall-konnessjoni għandu jkun imfassal b'tali mod li jevita t-tħaddim fl-istess ħin tal-ġeneraturi tan-netwerk abbord u tan-netwerk ta' fuq l-art jew ta' xi netwerk estern ieħor. Perjodu qasir ta' tħaddim fl-istess ħin għandu jkun permess meta ssir bidla minn sistema waħda għal oħra mingħajr ma' jinqata' l-vultaġġ.

  4. Il-konnessjoni għandha tkun protetta kontra xi xort jew kurrent eċċessiv.

  5. Is-swiċċbord ewlenija għandha tindika jekk il-konnessjoni tkunx attiva.

  6. Għandu jiġi installat tagħmir ta' indikazzjoni biex jippermetti t-tqabbil tal-polarità fil-każ ta' kurrent dirett u s-sekwenza tal-fażi fil-każ ta' kurrent alternanti ta' tliet fażijiet, bejn il-konnessjoni u n-netwerk abbord.

  7. Pannell maġenb il-konnessjoni għandu jindika:

(a) il-miżuri meħtieġa biex tiġi stabbilita l-konnessjoni;

(b) it-tip ta' kurrent u l-vultaġġ nominali u, għall-kurrent alternanti, il-frekwenza.



Artikolu 9.09
Il-provvista tal-elettriku lil inġenji oħra

  1. Meta jiġi pprovdut elettriku lil inġenji oħra, għandha tintuża konnessjoni separata. Jekk jintużaw sokits tal-elettriku kklassifikati ogħla minn 16 A biex jiġi pprovdut kurrent lil inġenji oħra, għandu jiġi pprovdut tagħmir (bħal swiċċijiet jew interlocks) biex jiġi żgurat li dik il-konnessjoni u l-iskonnettjar jistgħu jseħħu biss meta l-linja tkun mejta.

  2. Il-konnessjonijiet tal-kejbil ma għandhomx ikunu soġġetti għal ebda forza ta' ġibda.

  3. L-Artikolu 9.08, il-paragrafi 3 sa 7, għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 9.10
Il-ġeneraturi u l-muturi

  1. Il-ġeneraturi, il-muturi u l-kaxex tat-terminali tagħhom għandhom ikunu aċċessibbli għal spezzjonijiet, kejl u tiswijiet. It-tip ta' protezzjoni għandu jikkorrispondi għall-post fejn ikunu jinsabu (ara l-Arikolu 9.03).

  2. Il-ġeneraturi mħaddma mill-magna ewlenija, mix-xaft tal-iskrun jew minn grupp awżiljaru maħsub għal għanijiet oħra għandhom ikunu mfassla skont il-medda ta' veloċitajiet tal-ikkwartjar li jistgħu jseħħu waqt it-tħaddim normali.

Artikolu 9.11
L-akkumulaturi

  1. L-akkumulaturi għandhom ikunu aċċessibbli u mqiegħda b'tali mod li ma jiċċaqalqux mal-movimenti tal-inġenju. Huma ma għandhomx jitqiegħdu fejn ikunu esposti għal sħana eċċessiva, kesħa estrema, raxx, stim jew fwar.

Huma ma għandhomx jiġu installati fil-kabina tat-tmunier, fl-ispazju tal-akkomodazzjoni jew fl-istivi. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal akkumulaturi ta' tagħmir li jinġarr, jew għal akkumulaturi li jeħtieġu inqas minn 0,2 kW biex jiġu ċċarġjati.

  1. L-akkumulaturi li jeħtieġu aktar minn 2,0 kW biex jiġu ċċarġjati (maħduma abbażi tal-kurrent massimu tal-iċċarġjar u l-vultaġġ nominali ta'-akkumulatur u b'qies tal-kurva tal-iċċarġjar karatteristika tat-tagħmir tal-iċċarġjar) għandhom jiġu installati f'kamra speċjali. Jekk ikunu jinsabu fuq il-gverta jkun biżżejjed li jiġu magħluqa f'armadju.

L-akkumulaturi li jeħtieġu mhux aktar minn 2,0 kW biex jiġu ċċarġjati jistgħu jiġu installati f'armadju jew f'kaxxa mhux biss jekk ikunu fuq il-gverta iżda wkoll taħtha. Huma jistgħu wkoll jiġu installati f'kamra tal-magni jew f'xi spazju ieħor ivventilat tajjeb bil-kundizzjoni li jkunu protetti kontra t-twaqqigħ ta' oġġetti jew ilma jqattar.

  1. L-uċuħ interjuri ta' kwalunkwe kamra, armadju jew kaxxa, xkaffar jew spazju fiss maħsub għal akkumulaturi għandhom ikunu protetti kontra l-effetti ħżiena tal-elettroliti.

  2. Għandu jkun hemm provvediment għal ventilazzjoni effettiva meta l-akkumulaturi jkunu installati f'kompartiment, armadju jew kaxxa magħluqa. Għandha tiġi pprovduta ventilazzjoni ta' arja sfurzata għall-akkumulaturi tan-nikil-kadmju li jeħtieġu aktar minn 2 kW biex jiġu ċċarġjati u għall-akkumulaturi taċ-ċomb-aċidu li jeħtieġu aktar minn 3 kW.

L-arja għandha tidħol minn isfel u toħroġ minn fuq sabiex tiġi żgurata l-estrazzjoni sħiħa tal-gass.

Il-ventijiet tal-arja ma għandhom jinkludu ebda tagħmir li jostakola l-fluss tal-arja, bħal pereżempju valvoli tal-waqfien.



  1. Il-volum ta' arja meħtieġa (Q) għandu jinħadem bil-formula li ġejja:

Q = 0,11 · I · n (m3/h)

fejn:


I

=

1/4 tal-kurrent massimu, f'A, ipprovdut mit-tagħmir li jiċċarġja;

n

=

l-għadd ta' ċelel.

Fil-każ ta' akkumulaturi buffer li jkun hemm fin-netwerk abbord, il-korp ta' spezzjoni tista' jaċċetta metodi oħra ta' kalkolu b'kont meħud tal-kurva karatteristika tal-iċċarġjar tat-tagħmir li jiċċarġja, bil-kundizzjoni li dawn il-metodi jkunu bbażati fuq id-dispożizzjonijiet ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni approvati jew fuq standards rilevanti.

  1. Meta tintuża ventilazzjoni naturali, il-cross-section tal-ventijiet għandha tkun biżżejjed għall-volum ta' arja meħtieġ abbażi ta' veloċità ta' fluss tal-arja ta' 0,5 m/sezzjoni Madankollu, il-cross-section għandha tkun mill-inqas 80 cm2 għall-akkumulaturi taċ-ċomb-aċidu u 120 cm2 għall-akkumulaturi tan-nikil-kadmju.

  2. Meta tintuża ventilazzjoni sfurzata, għandu jiġi pprovdut fann, preferibbilment tat-tip li jiġbed, li l-mutur tiegħu għandu jkun imwarrab minn fejn ikun għaddej il-gass jew l-arja.

Il-fannijiet għandhom ikunu mfassla b'mod li tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta' xrar bil-kuntatt bejn xafra u l-kopertura tal-fann u jiġi evitat ukoll iċ-ċarg elettrostatiku.

  1. Is-sinjali "Nar, fjammi mikxufa u tipjip mhumiex permessi" skont il-Figura 2 tal-Appendiċi I li jkollhom dijametru minimu ta' 10 cm għandhom jitwaħħlu mal-bibien jew l-għata ta' kompartimenti, armadji u kaxex li jkollhom fihom l-akkumulaturi.

Artikolu 9.12
L-installazzjonijiet tal-apparat ta' kommutazzjoni

  1. Swiċċbords tal-elettriku

(a) It-tagħmir, is-swiċċijiet, il-fuses u l-istrumenti tal-iswiċċbord għandhom ikunu rranġati b'mod ċar u għandhom ikunu aċċessibbli għall-manutenzjoni u t-tiswija.

Terminali għal vultaġġi sa 50 V, u dawk għal vultaġġi ogħla minn 50 V, għandhom jinżammu separati u jkunu mmarkati b'mod xieraq.

(b) Għas-swiċċijiet u t-tagħmir kollu, għandhom jitwaħħlu mas-swiċċbords pjanċi b'marki li jidentifikaw iċ-ċirkuwitu.

L-amperaġġ nominali u ċ-ċirkuwitu għall-fuses għandhom ikunu identifikati.

(c) Meta tagħmir b'vultaġġ operattiv ogħla minn 50 V ikun installat wara xi bieb, il-komponenti ta' dak it-tagħmir li fihom il-kurrent għandhom ikunu protetti kontra kull kuntatt aċċidentali waqt li l-bieb ikun miftuħ.

(d) Il-materjali tal-iswiċċbords għandu jkollhom robustezza mekkanika adegwata, ikunu ritardant tal-fjammi u jintfew waħedhom; ma għandhomx ikunu igroskopiċi.

(e) Jekk fl-iswiċċbords ikun hemm installati fuses ta' kapaċità ta' qtugħ għolja (HRC), għandu jkun hemm disponibbli l-aċċessorji u t-tagħmir protettiv personali biex jiġu installati jew imneħħija dawn il-fuses.


  1. Swiċċijiet, tagħmir protettiv

(a) Iċ-ċirkuwiti tal-ġeneraturi u ċ-ċirkuwiti tal-konsumaturi tal-enerġija għandhom ikunu protetti kontra kull xort u kurrent eċċessiv fuq il-kondutturi kollha li ma jkunux ertjati. Għal dan il-għan jistgħu jintużaw fuses jew tagħmir ta' swiċċijiet li jattivaw ruħhom meta jkun hemm xi xort jew kurrent eċċessiv.

Iċ-ċirkuwiti li jipprovdu lill-muturi elettriċi tal-unitajiet tat-tħaddim (is-sistema tat-tmun) u ċ-ċirkuwiti tal-kontroll tagħhom għandhom ikunu protetti biss kontra xi xort. Meta ċ-ċirkuwiti jinkludu salvaviti termali, dawn għandhom ikunu newtralizzati jew issettjati għal mhux inqas mid-doppju tal-amperaġġ nominali.

(b) Il-ħruġ mis-swiċċbord ewlieni għall-konsumaturi tal-enerġija li joperaw b'iktar minn 16 A għandu jinkludi swiċċ tal-kurrent jew tal-enerġija.

(c) Il-konsumaturi tal-enerġija għall-propulsjoni tal-inġenju, is-sistema tat-tmun, l-indikatur tal-pożizzjoni tat-tmun, is-sistemi tan-navigazzjoni jew tas-sikurezza, u l-konsumaturi tal-enerġija b'amperaġġ nominali ogħla minn 16 A għandhom ikunu pprovduti b'ċirkuwiti separati.

(d) Iċ-ċirkuwiti tal-konsumaturi tal-enerġija meħtieġa għall-propulsjoni u l-manuvrar tal-bastiment għandhom ikunu pprovduti direttament mill-iswiċċbord ewlieni.

(e) It-tagħmir tas-salvavita għandu jiġi magħżul abbażi tal-amperaġġ nominali, ir-reżistenza termali jew dinamika, u l-kapaċità tal-qtugħ. Is-swiċċijiet għandhom jitfu simultanjament il-kondutturi ħajjin kollha. Il-pożizzjoni tas-swiċċijiet għandha tkun tingħaraf.

(f) Il-fuses għandhom ikunu tat-tip tal-fużjoni magħluqa ('enclosed-melt') u magħmulin miċ-ċeramika jew materjal ekwivalenti. Għandu jkun possibbli li dawn jitbiddlu mingħajr l-ebda periklu ta' kuntatt fiżiku għall-operatur.


  1. It-tagħmir tal-kejl u s-sorveljanza

(a) Iċ-ċirkuwiti tal-ġeneraturi, l-akkumulaturi u d-distribuzzjoni għandu jkollhom tagħmir ta' kejl u sorveljanza meta t-tħaddim bla periklu tas-sistema jkun jeħtieġ hekk.

(b) Netwerks mhux ertjati u b'vultaġġ ogħla minn 50 V għandu jkollhom tagħmir li jsib l-ert u li jkun kapaċi jagħti allarm li jidher u jinstema'. F'sistemi sekondarji, bħalma huma ċ-ċirkuwiti tal-kontroll, dan it-tagħmir jista' jkun eżentat.



  1. Il-post tal-iswiċċbords tal-elettriku

(a) L-iswiċċbords għandhom ikunu f'post aċċessibbli u vventilati tajjeb u jkunu protetti kontra l-ilma u l-ħsara mekkanika.

Il-pajpijiet u l-ventijiet tal-arja għandhom jitqiegħdu b'tali mod li fil-każ ta' xi tnixxija l-iswiċċbords ma tkun tista' tiġrilhom ebda ħsara. Jekk l-installazzjoni tagħhom qrib l-iswiċċbords tal-elettriku ma jistax jiġi evitat, il-pajpijiet ma għandux ikollhom konnessjonijiet li jinqalgħu fil-viċin.

(b) L-armadji u l-ispazji vojta fil-ħitan fejn hemm installat tagħmir ta' swiċċijiet mhux protett għandhom ikunu ta' materjal ritardant tal-fjammi jew protett minn kisi tal-metall jew ta' ritardant tal-fjammi ieħor.

(c) Meta l-vultaġġ ikun ogħla minn 50 V, għandhom jitqiegħu gradi jew paljetti ta' insulazzjoni fil-pożizzjoni tal-operatur quddiem l-iswiċċbord ewlieni.



Artikolu 9.13
Is-salvaviti ta' emerġenza

Is-salvaviti ta' emerġenza għall-berners taż-żejt, il-pompi tal-karburant, is-separaturi tal-karburant u l-ventilaturi tal-kamra tal-magni għandhom ikunu mwaħħla ċentralment barra l-ispazji li jkun fihom it-tagħmir.



Artikolu 9.14
It-tagħmir tal-istallazzjoni

  1. Id-dħul tal-kejbils għandu jkollu daqsijiet skont il-kejbils li se jiġu kkonnettjati u jkun adattat għat-tipi ta' kejbilss użati.

  2. Is-sokits għaċ-ċirkuwiti tad-distribuzzjoni b'vultaġġi jew frekwenzi differenti għandhom ikunu impossibbli li jiġu mitfixkla.

  3. Is-swiċċijiet għandhom jixegħlu simultanjament il-kondutturi kollha ta' ċirkuwitu li ma jkunux ertjati. Madankollu, swiċċijiet ta' pol wieħed f'ċirkuwitu mhux ertjat għandhom ikunu permessi fiċ-ċirkuwiti li jdawlu l-ispazji tal-akkomodazzjoni, ħlief għal lavanderiji, kmamar tal-banju, kmamar tal-ħasil u kmamar oħra b'faċilitajiet fejn ikun hemm l-ilma.

  4. Meta l-amperaġġ ikun ogħla minn 16 A għandu jkun possibbli li s-sokits jillokkjaw permezz ta' swiċċ b'tali mod li l-plagg jista' jiddaħħal u jinħareġ biss meta ma jkunx għaddej kurrent.

Artikolu 9.15
Il-kejbils

  1. Il-kejbils għandhom ikunu ritardanti għall-fjammi, jintfew waħidhom u jirreżistu l-ilma u ż-żejt.

Fl-ispazji tal-akkomondazzjoni jistgħu jintużaw tipi oħra ta' kejbil, bil-kundizzjoni li dawn ikunu protetti b'mod effettiv, ikunu ritardanti għall-fjammi u jkunu jintfew waħidhom.

L-istandards ta' ritardant tal-fjammi tal-kejbilss tal-elettriku għandhom ikunu konformi ma':

(a) il-pubblikazzjonijiet IEC 60332-1:1993, 60332-3:2000 jew

(b) regolamenti ekwivalenti rikonoxxuti minn wieħed mill-Istati Membri.



  1. Il-kondutturi tal-kejbils użati għaċ-ċirkuwiti tal-enerġija u d-dawl għandu jkollhom cross-section minima ta' 1,5 mm2.

  2. L-armatura, l-ilqugħ u l-kisi tal-metall tal-kejbils ma għandhomx, taħt kundizzjonijiet normali ta' tħaddim, jintużaw bħala kondutturi jew għall-ert.

  3. L-ilqugħ u l-kisi tal-metall tal-kejbils fis-sistemi tal-qawwa u tad-dawl għandhom ikunu ertjati mill-inqas minn tarf wieħed.

  4. Il-cross-section tal-kondutturi għandha tieħu kont tal-ogħla temperatura finali permissibbli tagħhom (kemm jifilħu kurrent) kif ukoll tal-waqgħa permissibbli fil-vultaġġ. Il-waqgħa fil-vultaġġ bejn l-iswiċċbord ewlieni u l-inqas punt favorevoli tal-installazzjoni ma għandhiex tkun iktar minn 5 % għad-dwal jew iktar minn 7 % għaċ-ċirkuwiti tal-enerġija jew tas-sħana, imqabbel mal-vultaġġ nominali.

  5. Il-kejbils għandhom ikunu protetti kontra l-ħsara mekkanika.

  6. Il-mezzi biex jitwaħħlu l-kejbils għandhom jiżguraw li kwalunwe forza ta' ġibda tibqa' fil-limiti permissibbli.

  7. Meta l-kejbils jgħaddu minn paratiji jew gverti, ir-robustezza mekkanika, ir-reżistenza għad-dħul tal-ilma u r-reżistenza għan-nirien ta' dawn il-paratiji u l-gverti ma għandhomx ikunu affettwati bl-infid.

  8. It-truf u l-ġonot fil-kondutturi kollha għandhom ikunu magħmula b'tali mod li jżommu l-karatteristiċi oriġinali elettriċi, mekkaniċi, ta' ritardant tal-fjammi u, fejn meħtieġ, ta' reżistenza għan-nirien. L-għadd ta' ġonot ta' kejbil għandu jkun limitat għall-inqas ammont.

  9. Il-kejbils imqabbda ma' kabini tat-tmunier jitreġġgħu lura għandhom ikunu flessibbli biżżejjed u jkollhom insulazzjoni flessibbli biżżejjed sa -20 °C kif ukoll reżistenza għall-istim u l-fwar, ir-raġġi ultravjola u l-ożonu.

Artikolu 9.16
L-installazzjonijiet tad-dawl

  1. It-tagħmir tad-dwal għandu jkun installat b'tali mod li s-sħana li jarmi ma tkunx tista' tqabbad in-nar lill-oġġetti jew il-komponenti fil-qrib li jistgħu jieħdu n-nar.

  2. It-tagħmir tad-dwal fuq gverti miftuħa għandu jkun installat b'tali mod li ma jfixkilx l-għarfien tad-dwal ta' navigazzjoni.

  3. Meta żewġ apparati tad-dawl jew aktar ikunu installati f'kamra tal-magni jew f'kamra tal-bojler, dawn għandhom ikunu ipprovduti b'mill-inqas żewġ ċirkuwiti differenti. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-postijiet fejn ikun hemm installati makkinarju tat-tkessiħ, makkinarju idrawliku, jew muturi tal-elettriku.

Artikolu 9.17
Id-dwal ta' navigazzjoni

  1. L-iswiċċbords għad-dwal ta' navigazzjoni għandhom ikunu installati fil-kabina tat-tmunier. Dawn għandhom ikunu pprovduti minn feeder separat mill-iswiċċbord ewlieni jew minn żewġ distribuzzjonijiet sekondarji independenti.

  2. Id-dwal ta' navigazzjoni għandhom ikunu pprovduti, protetti u mixgħula separatament mill-iswiċċbord tad-dwal ta' navigazzjoni.

  3. L-ebda ħsara fl-installazzjoni tal-monitoraġġ, kif previst fl-Artikolu 7.05(2), ma għandha taffettwa t-tħaddim tad-dawl li din tissorvelja.

  4. Diversi dwal li jiffurmaw unità funzjonali u li jkunu installati flimkien fl-istess punt jistgħu jkunu pprovduti, mixgħula u ssorveljati flimkien. L-installazzjoni ta' monitoraġġ għandha tkun tista' tidentifika ħsara fi kwalunkwe wieħed minn dawn id-dwal. Madankollu, ma għandux ikun possibbli li jintużaw iż-żewġ sorsi ta' dawl f'dawl doppju (żewġt idwal immuntati wieħed fuq l-ieħor jew fl-istess kaxxa) fl-istess waqt.

Artikolu 9.18
(Jitħalla vojt)

Artikolu 9.19
Is-sistemi tal-allarm u tas-sikurezza għat-tagħmir mekkaniku

Is-sistemi tal-allarm u tas-sikurezza għall-monitoraġġ u l-protezzjoni tat-tagħmir mekkaniku għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) Is-sistemi tal-allarm

Is-sistemi tal-allarm għandhom ikunu mfassla b'tali mod li l-ebda ħsara fis-sistema tal-allarm ma tista' tirriżulta fi ħsara tat-tagħmir jew l-istallazzjoni ssorveljata.

It-trasmettituri binarji għandhom ikunu mfassla fuq il-prinċipju tal-kurrent mhux attiv (quiescent current) jew dak tal-kurrent attiv sorveljat (monitored load-current).

L-allarmi viżwali għandhom jibqgħu jidhru sakemm tissewwa l-ħsara; allarm li jkun ingħaraf għandu jkun differenti minn wieħed li jkun għadu ma ngħarafx. Kull allarm għandu jinkudi wkoll twissija li tinstema'. Għandu jkun possibbli li l-allarmi akustiċi jintfew. It-tifi ta' allarm akustiku wieħed ma għandux jimpedixxi lil sinjal ieħor milli jixgħel għal xi raġuni oħra.

Jistgħu jitħallew xi eċċezzjonijiet fil-każ ta' sistemi ta' allarm li jkollhom inqas minn ħames punti ta' kejl.

(b) Is-sistemi tas-sikurezza

Is-sistemi tas-sikurezza għandhom ikunu mfassla biex iwaqqfu jew inaqqsu t-tħaddim tat-tagħmir affettwat, jew biex iwissu lil stazzjon ekwipaġġat b'mod permanenti biex jagħmel dan qabel ma tintlaħaq sitwazzjoni kritika.

It-trasmettituri binarji għandhom ikunu mfassla skont il-prinċipju tal-kurrent attiv (load-current).

Jekk is-sistemi tas-sikurezza ma jkunux imfassla biex jissorveljaw lilhom infushom għandu jkun possibbli li wieħed jivverifika li dawn ikunu qed jaħdmu tajjeb.

Is-sistemi tas-sikurezza għandhom ikunu independenti minn sistemi oħra.



Artikolu 9.20
It-tagħmir elettroniku

  1. Ġenerali

Il-kundizzjonijiet tat-test fil-paragrafu 2 hawn taħt għandhom japplikaw biss għal tagħmir elettroniku li jkun meħtieġ għas-sistema tat-tmun u għall-impjanti tal-enerġija tal-inġenju, inklużi l-anċillarji tagħhom.

  1. Kundizzjonijiet tal-ittestjar

(a) Il-pressjonijiet li jirriżultaw mit-testijiet li ġejjin ma għandhomx jikkawżaw ħsara jew difetti fil-funzjoni tat-tagħmir elettroniku. It-testijiet skont l-istandards internazzjonali rilevanti, bħalma hi l-pubblikazzjoni IEC 60092-504:2001, ħlief it-test tal-kundizzjoni tal-kesħa, għandhom jitwettqu bit-tagħmir mixgħul. Dawn it-testijiet għandhom jinkludu verifika ta' funzjonament korrett.

(b) Varjazzjonijiet fil-vultaġġ u l-frekwenza






Varjazzjonijiet







kontinwi

għal perjodu qasir

Ġenerali

Frekwenza

± 5 %

± 10 % 5 s

Vultaġġ

± 10 %

± 20 % 1.5 s

Funzjonament tal-batterija

Vultaġġ

+ 30 %/- 25 %




(c) It-test tas-sħana

Il-kampjun jitwassal sa temperatura ta' 55 °C fi żmien nofs siegħa. Wara li dik it-temperatura tkun intlaħqet, din tinżamm għal 16-il siegħa. Wara dan isir it-test tal-funzjonament.

(d) It-test tal-kundizzjoni tal-kesħa

Il-kampjun jiġi mitfi u mkessaħ sa -25 °C u jinżamm f'dik it-temperatura għal sagħtejn. It-temperatura mbagħad tittella' għal 0 °C u wara jsir it-test tal-funzjonament.

(e) It-test tal-vibrazzjoni

It-test tal-vibrazzjoni għandu jitwettaq tul it-tliet assi fuq il-frekwenza tar-risonanza tat-tagħmir jew tal-komponenti għal perjodu ta' 90 minuta f'kull każ. Jekk ma jkun hemm l-ebda risonanza ċara t-test tal-vibrazzjoni għandu jitwettaq fuq frekwenza ta' 30 Hz.

It-test tal-vibrazzjoni għandu jsir permezz ta' oxxillazzjoni sinusojdali fil-limiti li ġejjin:

Ġenerali:

f = 2,0 sa 13,2 Hz; a = ± 1 mm

(amplitudni a = 1/2 il-wisa' tal-vibrazzjoni)

f = 13,2 Hz sa 100 Hz: aċċellerazzjoni ± 0,7 g.

It-tagħmir maħsub għall-magni bid-diżil jew għall-apparat tat-tmun għandu jiġi ttestjat kif ġej:

f = 2,0 sa 25 Hz; a = ± 1,6 mm

(amplitudni a = 1/2 il-wisa' tal-vibrazzjoni)

f = 25 Hz sa 100 Hz; aċċellerazzjoni ± 4 g.

Is-sensuri maħsuba biex jitwaħħlu fil-pajpijiet tal-egżost ta' magni bid-diżill jistgħu jiġu esposti għal pressjonijiet konsiderevolment ogħla. Dan għandu jitqies matul it-testijiet.

(f) It-test tal-kompatibbiltà elettromanjetika għandu jsir abbażi tal-pubblikazzjonijiet IEC 61000-4-2:1995, 61000-4-3:2002, 61000-4-4:1995, bil-livell tat-test numru 3.

(g) Il-manifattur għandu juri prova li t-tagħmir elettroniku jkun adegwat għal dawn il-kundizzjonijiet tat-test. Ċertifikat minn soċjetà ta' klassifikazzjoni approvata għandu wkoll jitqies bħala prova.



Artikolu 9.21
Il-kompatibbiltà elettromanjetika

It-tħaddim tas-sistemi elettriċi u elettroniċi ma għandux jiġi mħassar b'interferenza elettromanjetika. Il-miżuri ġenerali għandhom, bl-istess importanza, jestendu għal:

(a) qtugħ fil-passaġġi tat-trasmissjoni bejn is-sors tal-interferenza u t-tagħmir affettwat;

(b) tnaqqis tal-kawżi tad-disturb fis-sors tagħhom;

(c) tnaqqis tas-sensittività tat-tagħmir affettwat għall-interferenza.

1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət