Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə4/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   32
Parti II

KAPITOLU 3

IR-REKWIŻITI TAL-BINI TAL-BASTIMENTI

Artikolu 3.01
Ir-rekwiżiti bażiċi

Il-bastimenti għandhom jinbnew skont il-prattika tajba tal-bini tal-bastimenti.



Artikolu 3.02
Is-saħħa u l-istabilità

  1. Il-buq għandu jkun robust biżżejjed biex jilqa' għall-forzi kollha li għalihom ikun soġġett normalment.

(a) Fil-każ ta' bastimenti mibnijin ġodda jew b'konverżjonijiet kbar li jaffettwaw ir-robustezza tal-bastiment, ir-robustezza adegwata għandha tiġi murija billi tiġi ppreżentata prova tal-kalkoli tad-disinn. Dik il-prova ma tkunx meħtieġa meta jiġi ppreżentat ċertifikat ta' klassifikazzjoni jew dikjarazzjoni minn soċjetà ta' klassifikazzjoni approvata.

(b) Meta ssir spezzjoni kif jissemma fl-Artikolu 2.09, il-ħxuna minima tal-pjanċi tal-qiegħ, tas-sentina u tal-ġnub tal-bastimenti magħmula mill-azzar għandha tkun mhux inqas mill-ogħla valuri li jirriżultaw mill-formuli li ġejjin:

1. għal bastimenti li huma itwal minn 40 m: tmin = f · b · c (2,3 + 0,04 L) (mm);

għal bastimenti ta' mhux iktar minn 40 m tul: tmin = f · b · c (1,5 + 0,06 L) (mm), madanakollu, mhux inqas minn 3.00 mm

2.tmin = 0,005 · a √(T)[mm]

fejn:


a

=

l-ispazjar tal-qafas [mm];

f

=

fattur għall-ispazjar tal-qafas:

f = 1 jekk a ≤ 500 mm f = 1 + 0,0013 (a — 500) jekk a > 500 mm



b

=

fattur għall-pjanċi tal-qiegħ, tal-ġnub jew tas-sentina

b = 1,0 għall-pjanċi tal-qiegħ u l-pjanċi tal-ġnub b = 1,25 għall-pjanċi tas-sentina.



f

=

jista' jittieħed il-valur ta' 1 għall-ispazjar tal-qafas fil-kalkolu tal-ħxuna minima tal-pjanċi tal-ġnub. Madankollu, il-ħxuna minima tal-pjanċi tas-sentina fl-ebda każ ma tista' tkun inqas minn dik tal-pjanċi tal-qiegħ u tal-ġnub.



c

=

fattur għat-tip ta' struttura:

c = 0,95 għal bastimenti b'qiegħ doppju u bi spazji laterali doppji, fejn il-ħajt li jifred l-ispazji laterali u l-istiva jkun jinsab f'linja vertikali mal-muxxillara c = 1,0 għat-tipi l-oħra kollha ta' strutturi.



(c) Fil-bastimenti b'qafas lonġitudinali u b'qiegħ doppju u spazji laterali doppji, il-valur minimu kkalkulat għall-ħxuna tal-pjanċi skont il-formuli fil-paragrafu (b) jista' jitnaqqas għal valur ikkalkulat li jiġi ċċertifikat minn soċjetà ta' klassifikazzjoni approvata u jagħti robustezza suffiċjenti lill-buq (robustezza lonġitudinali, laterali u lokali).

Il-pjanċi għandhom jiġu mibdula jekk il-pjanċi tal-qiegħ, tas-sentina jew tal-ġnub ikunu inqas mill-valur permissibbli stabbilit b'dan il-mod.

Il-valuri minimi kkalkulati skont il-metodu huma valuri ta' limitu li jqisu l-użu normali u uniformi, u bil-kundizzjoni li jintuża azzar tal-bini tal-bastimenti u li l-komponenti strutturali interni, bħalma huma l-qafas, l-art tal-qafas, u l-membri strutturali lonġitudinali u trasversali ewlenin, ikunu fi stat tajjeb u li l-buq ma juri ebda indikazzjoni ta' piż żejjed fuq ir-robustezza lonġitudinali.

Hekk kif dawn il-valuri ma jinkisbux iżjed il-pjanċi inkwistjoni għandhom jissewwew jew jiġu sostitwiti. Madankollu, ħxunijiet inqas, ta' mhux iktar minn 10 % ta' tnaqqis mill-valuri kkalkulati, huma aċċettabbli lokalment għal ċerti uċuħ żgħar.



  1. Meta materjal li mhux azzar jintuża għall-bini tal-buq, għandu jiġi pprovat b'kalkolu li r-robustezza tal-buq (ir-robustezza lonġitudinali, laterali u lokali) tkun mill-inqas ugwali għar-robustezza li tirriżulta mill-użu tal-azzar, waqt li wieħed jassumi ħxuna minima skont il-paragrafu 1. Jekk jiġi ppreżentat ċertifikat ta' klassi jew dikjarazzjoni maħruġa minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta, il-prova b'kalkolu tista' ma tkunx meħtieġa.

  2. L-istabilità tal-bastimenti għandha tikkorrispondi għall-użu maħsub tagħhom.

Artikolu 3.03
Il-buq

  1. Paratiji li jitilgħu 'l fuq sal-gverta jew, meta ma jkunx hemm gverta, sal-murata, għandhom jitwaħħlu fil-punti li ġejjin:

(a) Paratija tal-ħbit f'distanza xierqa mill-pruwa b'tali mod li l-kapaċità li l-bastiment mgħobbi jżomm f'wiċċ l-ilma tkun żgurata, b'wisa' ħieles għas-sikurezza residwu ta' 100 mm jekk jidħol l-ilma fil-kompartiment imqalfat li jinsab quddiem il-paratija tal-ħbit.

Bħala regola ġenerali, ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqies li jkun ġie sodisfat jekk il-paratija tal-ħbit tkun ġiet installata f'distanza ta' bejn 0,04 L u 0,04 L + 2 m, imkejla mill-perpendikular ta' quddiem fil-pjan tal-fundar massimu.

Jekk din id-distanza tkun iżjed minn 0,04 L + 2 m, ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprovat b'kalkolu.

Id-distanza tista' titnaqqas sa 0,03 L. F'dak il-każ, ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprovat b'kalkolu billi wieħed jassumi li l-kompartiment ta' quddiem il-paratija tal-ħbit u dawk ta' maġenb ikunu mtlew kollha bl-ilma.

(b) Paratija tal-gavun tal-poppa f'distanza xierqa mill-poppa meta t-tul L tal-bastiment ikun iktar minn 25 m.


  1. Ma jistax ikun hemm spazji ta' akkomodazzjoni jew installazzjonijiet meħtieġa għas-sigurtà jew it-tħaddim tal-bastiment 'il quddiem mill-pjan tal-paratija tal-ħbit. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għat-tagħmir tal-ankra.

  2. L-ispazji tal-akkomodazzjoni, il-kmamar tal-magni u l-kmamar tal-bojler, u l-postijiet tax-xogħol li jiffurmaw parti minn dawn, għandhom ikunu separati mill-istivi permezz ta' paratiji trasversi mqalfta u li jestendu 'l fuq sal-gverta.

  3. L-ispazji tal-akkomodazzjoni għandhom ikunu separati mill-kmamar tal-magna, mill-kmamar tal-bojler u mill-istivi, issiġillati għall-gass u aċċessibbli direttamenti mill-gverta. Jekk ma jkun hemm l-ebda aċċess bħal dan għandu jkun hemm ħruġ ta' evakwazzjoni li jwassal direttament għall-gverta.

  4. Il-paratiji speċifikati fil-paragrafi 1 u 3 u s-separazzjoni taż-żoni speċifikati fil-paragrafu 4 ma għandu jkollhom l-ebda ftuħ.

Madankollu, bibien fil-paratija tal-gavun tal-poppa u l-infid, b'mod partikolari għal xaftijiet u pajpijiet, għandhom ikunu permessi fejn dawn ikunu mfassla b'mod li ma ttellifx l-effikaċja ta' dawk il-paratiji u tas-separazzjoni taż-żoni. Bibien fil-paratija tal-gavun tal-poppa għandhom ikunu permessi biss jekk ikun jista' jiġi ddeterminat b'sorveljanza minn distanza fil-kabina tat-tmunier jekk dawn ikunux miftuħa jew magħluqa u għandu jkollhom din l-istruzzjoni li tinqara b'mod ċar fuq iż-żewġ naħat:

“Il-bieb għandu jingħalaq minnufih wara l-użu”.»



  1. Il-postijiet għad-dħul u l-iskariku tal-ilma, u l-pajpijiet li jagħtu għalihom, għandhom ikunu tali li ma jkun possibbli l-ebda dħul mhux intenzjonat ta' ilma fil-bastiment.

  2. Il-pruwa ta' bastiment għandha tkun mibnija b'tali mod li l-ankri la kollha kemm huma u lanqas parti minnhom ma joħorġu 'l barra aktar mill-pjanċi tal-ġenb.

Artikolu 3.04
Il-kmamar tal-magni u tal-bojler, il-bunkers

  1. Il-kmamar tal-magni jew tal-bojler għandhom ikunu mfassla b'tali mod li t-tagħmir li jkun hemm fihom jista' jitħaddem, jissewwa u jinżamm tajjeb b'mod faċli u bla periklu.

  2. Il-bunkers tal-karburant likwidu jew tal-lubrikant u ż-żoni tal-passiġġieri u tal-akkomodazzjoni ma jistax ikollhom uċuħ komuni li jkunu taħt il-pressjoni statika tal-likwidu waqt is-servizz normali.

  3. Il-kamra tal-magni, il-kamra tal-bojler u l-paratiji tal-bunker, is-soqfa u l-bibien għandhom ikunu magħmula mill-azzar jew minn materjal ekwivalenti ieħor li ma jiħux in-nar.

Il-materjal tal-insulazzjoni li jintuża fil-kmamar tal-magni għandu jkun protett kontra d-dħul ta' karburanti jew fwar tal-karburanti.

Il-fetħiet kollha fil-ħitan, fis-soqfa u fil-bibien tal-kmamar tal-magni, il-kmamar tal-bojler, u l-kmamar tal-bunker għandhom ikunu b'tali mod li jistgħu jingħalqu minn barra l-kamra. It-tagħmir tal-qfil għandu jkun magħmul mill-azzar jew minn materjal ekwivalenti li ma jiħux in-nar.



  1. Il-kmamar tal-magni u tal-bojler u postijiet oħra fejn jista' jkun hemm ħruġ ta' gassijiet tossiċi jew li jieħdu n-nar għandhom ikunu jistgħu jiġu vventilati b'mod adegwat.

  2. Turġien u skaletti li jagħtu aċċess għall-kmamar tal-magni u tal-bojler u l-bunkers għandhom ikunu mwaħħla sew u jkunu magħmula mill-azzar jew minn materjal ieħor li jirreżisti għad-daqqiet u ma jiħux in-nar.

  3. Il-kmamar tal-magni u tal-bojler għandu jkollhom żewġ postijiet ta' ħruġ li wieħed minnhom jista' jkun ħruġ ta' evakwazzjoni.

It-tieni post ta' ħruġ jista' ma jkunx meħtieġ jekk:

(a) id-daqs totali tal-wiċċ tal-art (it-tul medju x il-wisa' medju fil-livell tal-pjanċi tal-art) tal-kamra tal-magni jew tal-bojler ma tkunx iżjed minn 35 m2; u

(b) il-passaġġ bejn kull punt fejn se jsiru operazzjonijiet ta' tiswija jew manutenzjoni u l-ħruġ, jew isfel tat-taraġ maġenb il-ħruġ li jagħti aċċess għal barra, ma jkunx itwal minn 5 m, u

(c) ikun hemm apparat tat-tifi tan-nar fil-punt fejn issir il-manutenzjoni li hu l-iktar imbiegħed mill-bieb tal-ħruġ u wkoll, b'deroga mill-Artikolu 10.03(1)(e), fejn il-qawwa installata tal-magni ma tkunx ta' iktar minn 100 kW.



  1. Il-livell ta' ħsejjes massimu permissibbli fil-kmamar tal-magni għandu jkun ta' 110 dB(A). Il-punti tal-kejl għandhom jingħażlu bħala funzjoni tax-xogħol ta' manutenzjoni meħtieġ matul it-tħaddim normali tal-impjant li jkun hemm ġewwa.

KAPITOLU 4

IL-WISA' ĦIELES GĦAS-SIKUREZZA, IL-FREEBOARD U L-MARKI TAL-FUNDAR

Artikolu 4.01
Il-wisa' ħieles għas-sikurezza

  1. Il-wisa' ħieles għas-sikurezza għandu jkun mill-inqas 300 mm.

  2. Il-wisa' ħieles għas-sikurezza fil-każ ta' bastimenti li l-aperturi tagħhom ma jistgħux jingħalqu b'tagħmir li jirreżisti r-raxx u t-temp, u għal bastimenti li jinnavigaw bl-istivi mikxufa, għandu jiżdied b'tali mod li kull waħda minn dawk l-aperturi għandha tkun mill-inqas 500 mm mill-pjan tal-fundar massimu.

Artikolu 4.02
Il-freeboard

  1. Il-freeboard tal-bastimenti bi gverta kontinwa, mingħajr taqwis tal-gverta u sovrastrutturi, għandu jkun 150 mm.

  2. Il-freeboard tal-bastimenti b'taqwis tal-gverta u sovrastrutturi għandu jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja:

[mm

fejn:


a




huwa koeffiċjent ta' korrezzjoni li jieħu kont tas-sovrastrutturi kollha involuti;

βv




huwa koeffiċjent li jikkoreġi l-effett tat-taqwis tal-gverta tal-pruwa li jirriżulta mill-preżenza ta' sovrastrutturi fil-kwart tan-naħa tal-pruwa tat-tul L tal-bastiment;

βa




huwa koeffiċjent li jikkoreġi l-effett tat-taqwis tal-gverta tal-poppa li jirriżulta mill-preżenza ta' sovrastrutturi fil-kwart tan-naħa tal-poppa tat-tul L tal-bastiment;

Sev




huwa t-taqwis tal-gverta tal-pruwa effettiv f'mm;

Sea




huwa t-taqwis tal-gverta tal-poppa effettiv f'mm.



  1. Il-koeffiċjent α jiġi kkalkulat permezz tal-formula li ġejja:

fejn:

lem




huwa t-tul effettiv, f'metri, ta' sovrastruttura li tinsab fil-parti tan-nofs korrispondenti għal nofs it-tul L tal-bastiment;

lev




huwa t-tul effettiv, f'metri, ta' sovrastruttura fil-kwart tan-naħa tal-pruwa tat-tul L tal-bastiment;

lea




huwa t-tul effettiv, f'metri, tas-superstruttura fil-kwart tan-naħa tal-poppa tat-tul L tal-bastiment.

It-tul effettiv ta' sovrastruttura huwa kkalkulat permezz tal-formuli li ġejjin:



fejn:


l




huwa t-tul effettiv, f'metri, tas-sovrastruttura involuta;

b




huwa l-wisa', f'metri, tas-sovrastruttura involuta;

B1




huwa l-wisa' tal-bastiment, f'metri, imkejjel fuq in-naħa ta' barra tal-pjanċi vertikali tal-ġnub fil-livell tal-gverta f'nofs it-tul tas-sovrastruttura involuta;

h




huwa l-għoli, f'metri, tas-sovrastruttura involuta. Madankollu, fil-każ ta' bokkaporti, h jinkiseb billi jintaqqas l-għoli tal-muxxillari bin-nofs tad-distanza ta' sigurtà skont l-Artikolu 4.01 (1) u (2). Fl-ebda każ ma għandu jittieħed valur ta' iżjed minn 0,36 m għal h.

Jekk jew huwa inqaa minn 0,6 it-tul effettiv le tas-sovrastruttura jkun ta' żero.


  1. Il-koeffiċjenti βv u βa jiġu kkalkulati bil-formuli li ġejjin:





  1. It-taqwis tal-gverta effettiv tal-pruwa/poppa Sev/Sea huma kkalkulati bil-formuli li ġejjin:

Sev = Sv · p

Sea = Sa · p

fejn:

Sv




huwa t-taqwis tal-gverta reali tal-pruwa, f'mm; madankollu Sv ma għandux ikun iżjed minn 1000 mm;

Sa




huwa t-taqwis tal-gverta reali tal-poppa, f'mm; madankollu Sa ma għandux ikun iżjed minn 500 mm;

p




huwa koeffiċjent li jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja:



x




hija l-axxiża, imkejla mill-estremità tal-punt fejn it-taqwis tal-gverta huwa 0,25 Sv jew 0,25 Sa (ara l-figura).


Madankollu, il-koeffiċjent p ma jitteħidx bħala iktar minn 1.


  1. Jekk ßa · Sea jkun ikbar minn ßv · Sev, il-valur ta' ßv · Sev jittieħed bħala li huwa l-valur għal ßa · Sea.

Artikolu 4.03
Il-freeboard minimu

Minħabba t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 4.02 il-freeboard minimu ma għandux ikun inqas minn 0 mm.



Artikolu 4.04
Il-marki tal-fundar

  1. Il-pjan tal-fundar massimu għandu jiġi ddeterminati b'mod li jintlaħqu kemm l-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw il-freeboard minimu kif ukoll dawk tal-wisa' ħieles għas-sikurezza minimu. Madankollu, għal raġunijiet ta' sikurezza, il-korp ta' spezzjoni jista' jistipula valur akbar għall-wisa' ħieles għas-sikurezza jew għall-freeboard. Il-pjan tal-fundar massimu għandu jiġi ddeterminat mill-inqas għaż-Żona 3.

  2. Il-pjan tal-fundar massimu għandu jkun indikat permezz ta' marki tal-fundar li jidhru sew u li ma jitħassrux.

  3. Il-marki tal-fundar għaż-Żona 3 għandhom jikkonsistu minn rettangolu ta' 300 mm tul u 40 mm fond, li l-bażi tiegħu tkun orizzontali u jikkoinċidi mal-pjan tal-fundar massimu awtorizzat. Kwalunkwe marka tal-fundar differenti għandha tinkludi rettangolu bħal dan.

  4. Il-bastimenti għandu jkollhom mill-inqas tliet pari ta' marki tal-fundar, li par wieħed minnhom għandu jkun jinsab fiċ-ċentru u t-tnejn l-oħra jkunu, rispettivament, f'distanza mill-pruwa u l-poppa li tkun daqs madwar wieħed minn kull sitta tat-tul.

Iżda,

(a) meta bastiment ikun inqas minn 40 m tul, ikun biżżejjed li jitwaħħlu żewġ pari ta' marki f'distanza mill-pruwa u mill-poppa, rispettivament, li tkun daqs kwart tat-tul;

(b) meta bastiment ma jkunx maħsub għall-ġarr ta' merkanzija, ikun biżżejjed li jitwaħħal fuqu par wieħed ta' marki qrib lejn nofs it-tul tal-bastiment.


  1. Il-marki jew l-indikazzjonijiet li ma jibqgħux aktar validi wara spezzjoni ulterjuri għandhom jitneħħew jew jiġu mmarkati bħala mhux aktar validi taħt is-superviżjoni tal-korp ta' spezzjoni. Jekk marka tal-fundar ma tibqax tidher din tista' tiġi sostitwita biss taħt is-superviżjoni ta' korp ta' spezzjoni.

  2. Meta bastiment ikun tkejjel għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1966 dwar il-Kejl ta' Bastimenti tal-Passaġġi fuq l-Ilma Interni u l-pjan tal-marki tal-kejl jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva dawk il-marki tal-kejl għandhom jieħdu post il-marki tal-fundar; dan għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

  3. Għal bastimenti li joperaw f'żoni ta' passaġġi fuq l-ilma interni li mhumiex iż-Żona 3 (iż-Żoni 1, 2 jew 4), il-pari ta' marki tal-fundar tal-pruwa u l-poppa previsti fil-paragrafu 4 għandhom jiġu supplimentati biż-żieda ta' linja vertikali li magħha għandha titwaħħal, jew fil-każ ta' diversi żoni jitwaħħlu, diversi linji tal-fundar addizzjonali b'tul ta' 150 mm li għandhom jitwaħħlu lejn in-naħa tal-pruwa, relattivi għall-marka tal-fundar għaż-Żona 3.

Din il-linja vertikali u l-linja orizzontali għandu jkollhom ħxuna ta' 30 mm. Minbarra l-marka tal-fundar lejn il-pruwa tal-bastiment, in-numri taż-żona rilevanti għandhom ikunu indikati b'ittri ta' 60 mm għoli × 40 mm fond (ara l-Figura 1).

Figura 1


Artikolu 4.05

Il-fundar massimu mgħobbi tal-bastimenti li l-istivi tagħhom mhux dejjem ikunu magħluqa biex jirreżistu r-raxx u t-temp

Jekk il-pjan tal-fundar massimu għaż-Żona 3 ta' bastiment jiġi ddeterminat billi wieħed jassumi li l-istivi jistgħu jingħalqu b'tali mod li jirreżistu r-raxx u t-temp u jekk id-distanza bejn il-pjan tal-fundar massimu u t-tarf ta' fuq tal-muxxillari tkun inqas minn 500 mm, għandu jiġi ddeterminat il-fundar massimu għan-navigazzjoni bi stivi mhux mgħottija.

Id-dikjarazzjoni li ġejja għandha titniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

“Meta l-bokkaporti tal-istivi jkunu totalment jew parzjalment mikxufa l-bastiment jista' jitgħabba biss sa … mm 'l isfel mill-marki tal-fundar għaż-Żona 3.”»



Artikolu 4.06
L-iskali tal-fundar

  1. Il-bastimenti li l-fundar tagħhom jista' jkun iżjed minn 1 m għandu jkollhom skala tal-fundar fuq kull naħa tal-ġnub tagħhom qrib il-poppa; dawn jista' jkollhom skali tal-fundar addizzjonali.

  2. Il-punti taż-żero fuq kull skala tal-fundar għandhom ikunu vertikali għal din fil-pjan li jgħaddi b'mod parallel għall-pjan tal-fundar massimu li jgħaddi mill-iktar punt baxx tal-buq jew tal-karina fejn din tkun teżisti. Id-distanza vertikali 'l fuq miż-żero għandha tkun murija bid-deċimetri. Dik il-gradazzjoni għandha tkun tinsab fuq kull skala, mil-linja tal-ilma mhux mgħobbija sa 100 mm 'il fuq mill-fundar massimu permezz ta' marki mtaqqbin jew imħaffrin, u għandha tkun miżbugħa b'żewġ kuluri li jalternaw bejniethom f'forma ta' faxxa li tidher sew. Dik il-gradazzjoni għandha tkun identifikata b'figuri li jkunu f'distanza ta' kull ħames deċimetri mmarkati ħdejn l-iskala kif ukoll fuq nett tagħha.

  3. Iż-żewġ skali ta' kejl fuq il-poppa li jitwaħħlu skont il-Konvenzjoni msemmija fl-Artikolu 4.04 (6), jistgħu jieħdu post l-iskali tal-fundar, bil-kundizzjoni li huma jinkludu gradazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti kif ukoll, fejn meħtieġ, il-figuri li juru l-fundar.

KAPITOLU 5

IL-MANUVRABBILTÀ

Artikolu 5.01
Ġenerali

Il-bastimenti u l-konvojs għandhom juru navigabbiltà u manuvrabbiltà adegwata.

Il-bastimenti li ma jaħdmux bil-muturi tagħhom u maħsuba biex jiġu rmunkati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti mill-korp ta' spezzjoni.

Il-bastimenti bil-magni tagħhom u l-konvojs għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5.02 sa 5.10.



Artikolu 5.02
It-testijiet tan-navigazzjoni

  1. In-navigabbiltà u l-manuvrabbiltà għandhom jiġu vverifikati permezz ta' testijiet tan-navigazzjoni. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 5.06 sa 5.10 għandha, b'mod partikolari, tiġi eżaminata:

  2. Il-korp ta' spezzjoni jista' jeżenta t-testijiet kollha jew parti minnhom meta l-konformità mar-rekwiżiti tan-navigabbiltà u l-manuvrabbiltà tiġi pprovata b'mod ieħor.

Artikolu 5.03
Iż-żona tat-test

  1. It-testijiet tan-navigazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.02 għandhom isiru f'żoni ta' passaġġi fuq l-ilma interni li jkunu ġew magħżula mill-awtoritajiet kompetenti.

  2. Dawk iż-żoni tat-test għandhom ikunu fuq medda ta' ilma mexxej jew staġnat li possibbilment tkun dritta, mill-inqas 2 km twila u wiesgħa biżżejjed u mgħammra b'marki distintivi sew biex tkun iddeterminata l-pożizzjoni tal-bastiment.

  3. Għandu jkun possibbli għall-korp ta' spezzjoni li jipplottja d-dati idroloġiċi bħalma huma l-fond tal-ilma, il-wisa' tal-kanal navigabbli u l-veloċità medja tal-kurrent fiż-żona tan-navigazzjoni bħala funzjoni tad-diversi livelli tal-ilma.

Artikolu 5.04
Il-grad ta' tagħbija tal-bastimenti u l-konvojs waqt it-testijiet tan-navigazzjoni

Waqt it-testijiet tan-navigazzjoni, il-bastimenti u l-konvojs maħsuba għall-ġarr ta' merkanzija għandhom jitgħabbew sa mill-inqas 70 % tat-tunnellaġġ u t-tagħbija tagħhom, b'distribuzzjoni tali li tiżgura kemm jista' jkun attitudni orizzontali. Jekk it-testijiet isiru b'tagħbija inqas, l-approvazzjoni għan-navigazzjoni fid-direzzjoni tax-xmara għandha tkun ristretta għal dik it-tagħbija.



Artikolu 5.05
L-użu tal-faċilitajiet abbord għat-test tan-navigazzjoni

  1. Waqt it-test tan-navigazzjoni jista' jintuża t-tagħmir kollu msemmi fil-punti 34 u 52 taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jista' jiġi attivat mill-kabina tat-tmunier, minbarra l-ankri.

  2. Madankollu, waqt it-test li jinvolvi l-ikkwartjar għal ġol-kurrent imsemmi fl-Artikolu 5.10, jistgħu jintużaw l-ankri tal-pruwa.

Artikolu 5.06
Il-veloċità ('il quddiem) preskritta

  1. Il-bastimenti u l-konvojs għandhom jilħqu veloċità fir-rigward tal-ilma tal-inqas ta' 13 km/h. Dik il-kundizzjoni mhijiex obbligatorja fejn rimonkjatur li jimbotta jkun qed jaħdem waħdu.

  2. Il-korp ta' spezzjoni jista' jagħti eżenzjonijiet lill-bastimenti u l-konvojs li joperaw biss fl-estwarji u l-portijiet.

  3. Il-korp ta' spezzjoni għandu jivverifika jekk il-bastiment mhux mgħobbi hux kapaċi li jaqbeż il-veloċità ta' 40 km/h relattiv mal-ilma. Jekk dan jista' jiġi kkonfermat, għandu jitniżżel dan li ġej fil-punt 52 taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazjoni interna:

“Il-bastiment kapaċi jaqbeż il-veloċità ta' 40 km/h relattiv mal-ilma.”»

Artikolu 5.07
Il-kapaċità ta' waqfien

  1. Il-bastimenti u l-konvojs għandhom ikunu kapaċi li f'ħin tajjeb jieqfu bil-pruwa fid-direzzjoni tax-xmara waqt li jżommu kapaċità adegwata ta' manuvrabbiltà.

  2. Meta l-bastimenti u l-konvojs ma jkunux itwal minn 86 m u ma jkunux usa' minn 22.90 m, il-kapaċità ta' waqfien imsemmija hawn fuq tista' tiġi sostitwita bil-kapaċità tal-ikkwartjar.

  3. Il-kapaċità ta' waqfien għandha tiġi pprovata permezz ta' manuvri ta' waqfien li jsiru f'żona ta' test kif imsemmi fl-Artikolu 5.03, waqt li l-kapaċità tal-ikkwartjar għandha tiġi pprovata permezz ta' manuvri tal-ikkwartjar skont l-Artikolu 5.10.

Artikolu 5.08
Il-kapaċità ta' mixi b'lura

Meta l-manuvra tal-waqfien meħtieġa mill-Artikolu 5.07 ssir f'ilma staġnat din għandha tiġi segwita b'test tan-navigazzjoni bil-bastiment miexi b'lura.



Artikolu 5.09
Il-kapaċità għal azzjoni evażiva

Il-bastimenti u l-konvojs għandhom ikunu kapaċi jieħdu azzjoni evażiva f'ħin tajjeb. Dik il-kapaċità għandha tiġi pprovata permezz ta' manuvri evażivi li jsiru fiż-żona tat-test kif imsemmi fl-Artikolu 5.03.



Artikolu 5.10
Il-kapaċità tal-ikkwartjar

Il-bastimenti u l-konvojs li ma jkunux itwal minn 86 m jew usa' minn 22,90 m għandhom ikunu kapaċi li jduru f'ħin tajjeb.

Dik il-kapaċità tal-ikkwartjar tista' tiġi sostitwita bil-kapaċità ta' waqfien imsemmija fl-Artikolu 5.07.

Il-kapaċità tal-ikkwartjar għandha tiġi ppruvata permezz ta' manuvri tal-ikkwartjar kontra l-kurrent.


1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət