Ana səhifə

Katekeżi dwar il-missierna


Yüklə 55 Kb.
tarix25.06.2016
ölçüsü55 Kb.

KATEKEŻI DWAR IL-MISSIERNA - MANUEL MICALLEF

KATEKEŻI DWAR IL-MISSIERNA




  1. IŻ-ŻEWĠ VANĠELI: SAN MATTEW U SAN LUQA

Daħla

Il-ħajja spiritwali tagħna hi mibnija fuq is-sod meta l-pedamenti tagħha huma l-Kelma ta’ Alla-Għarus (Bibbja) u l-Kelma tal-Knisja-Għarusa (Katekiżmu).

“Tkunu tassew dixxipli tiegħi jekk iżżommu fil-kelma tiegħi” (Ġw 8,31).

“Intom tibqgħu fi mħabbti jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi” (Ġw 15,9).

“Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti” (Ġw 14, 23).

Id-dixxiplu li jħobb lil Ġesù u jixtieq jibqa’ jħobbu, irid jimxi fuq kliem Ġesù.

It-talb

Ġesù l-bniedem kien jitlob. Ftit eżempji:



  • Mt 11, 25-26

  • Mk 14, 36

  • Lq 6, 12

  • Ġw 11, 41b

Ġesù għallem dwar it-talb: sempliċità, perseveranza, atteġġament. Għallem ukoll mudell ta’ talb: il-“Missierna”. Insibu żewġ verżjonijiet tat-talba tal-Mulej: f’San Mattew (6, 9-13) u f’San Luqa (11, 2-4). Huma verżjonijiet li jixtiebħu imma jvarjaw għax inkitbu b’intenzjoni differenti. Ġaladarba għandna t-tnejn, tajjeb li nifhmu l-intenzjoni taż-żewġ awturi għax l-Ispirtu s-Santu għandu x’jgħallimna mit-tnejn.

Il-“Missierna”



Mattew Luqa

7 talbiet: 5 talbiet:



Missierna li inti fis-smewwiet Missier

1. jitqaddes ismek 1. jitqaddes ismek

2. tiġi Saltnatek 2. tiġi Saltnatek

3. ikun li trid int kif fis-sema hekkda fl-art /

4. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum 3. Ħobżna ta’ kuljum agħtina

kuljum

5. aħfrilna dnubietna 4. aħfrilna dnubietna



bħalma naħfru lil min hu ħati għalina għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina

6. u la ddaħħalniex fit-tiġrib 5. u la ddaħħalniex fit-tiġrib

7. iżda eħlisna mid-Deni /

Għaliex id-differenzi?



  1. Mattew kiteb għal-Lhud bil-mentalità semitika tagħhom.

  • “Missierna li inti fis-smewwiet”. Il-Lhudi jagħmel differenza bejn il-missier naturali u Dak soprannaturali.

  • “Ikun li trid int kif fis-sema hekkda fl-art”. Il-Lhudi kellu l-idea li s-saltna ta’ Alla hi saltna politika u militari. San Mattew qed jinsisti li s-Saltna ta’ Alla hi marbuta ma’ l-ubbidjenza bħal tal-qaddisin u l-anġli, bħal ta’ Ġesù nnifsu. Hi Saltna tas-Sema!

  1. Luqa kiteb għall-insara mhux Lhud (ta’ lsien Grieg)

      • “Missier! Abba!” Ġesù jesprimi ruħu talli hu: l-Iben li qed ikellem lil missieru. San Pawl jagħfas fuq dir-realtà: Alla jrid li jkollna dir-relazzjoni intima miegħu bħala wliedu (ara Rm 8,15; Gal 4, 6).

      • Għandna naħfru lil kull min dineb kontrina.

      • Agħtina l-ikel kuljum (talba ta’ dixxiplu li jittama fil-provvidenza ta’ Missieru.

Mela, d-differenzi mhumiex fit-tifsira imma fuq l-emfasi li kull evanġelista jkun irid jagħmel.

  1. Il-kuntest fiż-żewġ vanġeli

Luqa jiddeskrivi l-okkażjoni flimkien mal-kliem.

Mattew idaħħal il-Missierna mat-tagħlim dwar it-talb u l-maħfra.



  • Luqa: jintroduċi t-talba hekk:

“Darba kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”. U qalilhom: “Meta titolbu, għidu, ...” (Lq 11, 1)

  • Mattew jinkludi t-talba fil-kuntest tad-Diskors tal-Muntanja. Bħal Mark, jgħaqqad it-talb mal-maħfra (ara Mt 6, 9-15 u Mk 11, 25). F’Mattew insibu ġabra ta’ tagħlim fundamentali għad-dixxipli. Hekk, it-talb jesprimi intimità, il-kunfidenzjalità. It-talb mhux maqtugħ mill-bqija tal-għażliet tagħna. Għalhekk, il-maħfra hi kundizzjoni għat-talb effikaċi.

  • Luqa jgħaqqad it-talb mas-sempliċità ta’ wlied li jemmnu li missierhom jagħtihom dak li hu tajjeb spirtu qaddis (Lq 11, 5-13).

Id-Didake

It-tagħlim ta’ l-Appostli jieħu l-Missierna skond San Mattew u jgħid li għandha tingħad tliet darbiet kuljum. B’żieda: “Għax tiegħek il-qawwa u l-glorja għal dejjem” (Did 8, 2-3). Hekk naraw li din it-talba saret formula għat-talb personali u komunitarju (liturġiku).



P.S.

  1. Fil-Grieg oriġinal, San Mattew juża l-kliem “aħfrilna d-dejn”. Għan-nisrani, d-dnubiet huma bħal dejn li jrid jitħallas, dejn enormi.

  2. Pjan ta’ talb skond il-Missierna:

  • Tifħir lil Alla.

  • Talba biex is-saltna ta’ Alla titwettaq malajr.

  • Talba għall-provvidenza materjali.

  • Talba għall-maħfra (fejqan interjuri).

  • Talba għall-perseveranza sa’ l-aħħar f’wiċċ it-tiġrib u l-battalja spiritwali.


Chapter 1: IŻ-ŻEWĠ VANĠELI: SAN MATTEW U SAN LUQA










Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət