Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill

Yüklə 4.63 Mb.
səhifə17/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   13   14   15   16   17   18   19   20   ...   32
Id-derogi għall-inġenji li tvaraw fl-1 ta' April 1976 jew qabel

  1. Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24.02, id-dispożizzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu applikati għal inġenji li tvaraw fl-1 ta' April 1976 jew qabel.

Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw fit-tabella 2:

  • “RC”: Id-dispożizzjoni ma tapplikax għal inġenji li diġà qegħdin jaħdmu, sakemm il-partijiet ikkonċernati ma jkunux sostitwiti jew konvertiti, jiġifieri d-dispożizzjoni tapplika biss għas-sostituzzjoni jew il-konverżjoni ('Replacement or Conversion') tal-partijiet jew iż-żoni kkonċernati. Jekk il-partijiet eżistenti huma sostitwiti b'partijiet ta' sostituzzjoni bl-użu tal-istess teknoloġija u tal-istess tip, dan ma jikkostitwiex sostituzzjoni (“R”) fis-sens tat-tifsira tad-dispożizzjonijiet tranżitorji.

  • 'Il-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna': Irid ikun hemm konformità mad-dispożizzjoni fiż-żmien tal-ħruġ jew fit-tiġdid li jkun imiss taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara d-data indikata.

Tabella 2

Artikolu u paragrafu

Kontenut

Limitu ta' żmien u kummenti

KAPITOLU 3

3.03(1)(a)

Is-sitwazzjoni tal-paratija ta' kolliżjoni

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2035.

3.04(2)

Uċuħ komuni ta' bunkers u żoni ta' akkomodazzjoni u tal-passiġġieri

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2035.

il-paragrafu 7

Il-livell massimu ta' pressjoni ta' ħoss permissibbli

Il-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

KAPITOLU 4

4.01 (2), 4.02 u 4.03

Il-wisa' ħieles għas-sikurezza, il-freeboard, il-freeboard minimu

Il-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

KAPITOLU 7

7.01(2)

Il-pressjoni ta' ħoss iġġenerata mill-bastiment

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015.

7.05(2)

Il-monitoraġġ tad-dwal ta' navigazzjoni

Il-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

KAPITOLU 8

8.08(3) u (4)

Il-kapaċità tal-ippumpjar minima u d-dijametru intern tal-pajpijiet tad-drenaġġ

Il-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

8.10(2)

Il-ħoss iġġenerat minn bastiment li jkun qed ibaħħar

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015.

KAPITOLU 9

9.01

Ir-rekwiżiti għal tagħmir elettriku

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015.

9.03

Protezzjoni kontra l-kuntatt fiżiku, l-intrużjoni ta' oġġetti solidi u d-dħul tal-ilma

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015.

9.06

Vultaġġ massimu permissibbli

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015.

9.10

Il-ġeneraturi u l-muturi

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015.

9.11(2)

L-installazzjoni ta' akkumulaturi

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015.

9.12

L-installazzjonijiet ta' tagħmir għad-distribuzzjoni tal-elettriku

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015.

9.14

Il-fittings ta' installazzjoni

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015.

9.15

Il-kejbils

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015.

9.17

Id-dwal ta' navigazzjoni

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015.

KAPITOLU 12

12.02(5)

Il-ħoss u l-vibrazzjoni fl-akkomodazzjonijiet

Il-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

KAPITOLU 15

15.02(5), (6), l-ewwel sentenza, (7) sa (11) u (13)

Il-linja tal-marġni jekk ma hemm l-ebda gverta tal-paratija

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045.

15.02(16)

It-twieqi li ma jagħmlux ilma

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045.

15.04

Il-wisa' ħieles għas-sikurezza, il-freeboard, il-miżuri ta' immersjoni

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045.

15.05

L-għadd ta’ passiġġieri

Il-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

15.10(4), (6), (7), (8) u (11)

L-impjant tal-enerġija ta' emerġenza

RC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045.

  1. L-Artikolu 15.11(3)(a), japplika għall-bastimenti ta' vjaġġi ta' ġurnata varati fl-1 ta' April 1976 jew qabel sal-ewwel ħruġ jew tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l- 1.1.2045, bil-kundizzjoni li ż-żebgħa, il-verniċ, il-passati ta' żebgħa u l-materjali l-oħra biss użati fuq l-uċuħ li jħarsu lejn ir-rotot ta' evakwazzjoni u materjali oħra użati għat-trattament tal-wiċċ tal-panelli għandhom ikunu reżistenti għan-nar u li d-duħħan jew il-fwar tossiku ma jistgħux jiżviluppaw sa punt perikoluż.

  2. L-Artikolu 15.11(12) japplika għall-bastimenti ta' vjaġġi ta' ġurnata li tvaraw fl-1 ta' April 1976 jew qabel sal-ewwel ħruġ jew tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045, bil-kundizzjoni li jkun suffiċjenti jekk, minflok taraġ fil-forma ta' muntatura tal-azzar li ġġorr it-tagħbija, it-turġien li jservu bħala rotta ta' evakwazzjoni jkunu mfassla b'tali mod li jibqgħu jkunu jistgħu jintużaw, f'każ ta' nar, għal bejn wieħed u ieħor l-istess ħin bħat-turġien fil-forma tal-muntatura tal-azzar li ġġorr it-tagħbija.

Artikolu 24.04
Derogi oħra

  1. Għal inġenji li l-freeboard minimu tagħhom kien determinat skont l-Artikolu 4.04 tar-Regolament ta' Spezzjoni tal-Bastimenti fuq ir-Renu kif applikabbli fil-31 ta' Marzu 1983, il-korp ta' spezzjoni jista', fuq it-talba tas-sid, jiddetermina l-freeboard skont l-Artikolu 4.03 tar-Regolament ta' Spezzjoni tal-Bastimenti fuq ir-Renu kif applikabbli fl-1 ta' Jannar 1995.

  2. L-inġenji varati qabel l-1 ta' Lulju 1983 ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-Kapitolu 9 tar-Regolament ta' Spezzjoni tal-Bastimenti fuq ir-Renu iżda għandhom minn tal-inqas jikkonformaw mal-Kapitolu 6 tar-Regolament ta' Spezzjoni tal-Bastimenti fuq ir-Renu kif applikabbli fil-31 ta' Marzu 1983.

  3. L-Artikolu 15.06(3)(a) sa (e), u l-Artikolu 15.12(3)(a), fir-rigward tar-regola dwar it-tul tal-pajp singolu ,japplikaw biss għal inġenji varati wara t-30 ta' Settembru 1984, u għal konverżjonijiet taż-żoni kkonċernati, sa mhux aktar tard minn meta ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jkun imġedded wara l-1 ta' Jannar 2045.

  4. (Jitħalla vojt);

  5. Fejn din id-dispożizzjoni tirreferi, fir-rigward tar-rekwiżiti tad-disinn tat-tagħmir, għal Standard Ewropew jew Internazzjonali, dan it-tagħmir jista', wara kwalunkwe reviżjoni tal-Istandard, jibqa' jintuża għal 20 sena oħra wara r-reviżjoni tal-Istandard.

Artikolu 24.05
(Jitħalla vojt)

Artikolu 24.06
Id-derogi għall-inġenji mhux koperti mill-Artikolu 24.01

  1. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a) għal inġenji li għalihom kien inħareġ ċertifikat tal-bastiment skont ir-Regolament ta' Spezzjoni tal-Bastimenti fuq ir-Renu għall-ewwel darba bejn l-1 ta' Jannar 1995 u t-30 ta' Diċembru 2008, dment li ma kienx qed jinbena jew għaddej minn konverżjoni fil-31 ta' Diċembru 1994;

(b) għal inġenji li jkunu kisbu liċenzja tat-traffiku oħra bejn l-1 ta' Jannar 1995 u t-30 ta' Diċembru 2008.

  1. Għandu jkun ippruvat li dawk l-inġenji jikkonformaw mar-Regolament ta' Spezzjoni tal-Bastimenti fuq ir-Renu kif applikabbli fid-data li fiha jingħataw iċ-ċertifikat tal-bastiment jew il-liċenzja tat-traffiku l-oħra.

  2. L-inġenju għandu jiġi addattat sabiex jikkonforma mad-dispożizzjonijiet li jidħlu fis-seħħ wara l-ewwel ħruġ taċ-ċertifikat tal-bastiment, jew tal-liċenzja tat-traffiku l-oħra skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji mniżżla fit-tabella 3.

  3. L-Artikolu 18(1g) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 24.04(5) ta' dan l-Anness japplika MUTATIS MUTANDIS.

  4. Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw fit-tabella 3:

  • ‘NRC’: Id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-inġenji li diġa qegħdin joperaw, ħlief jekk il-partijiet ikkonċernati huma sostitwiti jew konvertiti, jiġifieri d-dispożizzjoni tapplika biss għall-inġenji mibnija ġodda u għas-sostituzzjoni jew il-konverżjoni tal-partijiet jew taż-żoni kkonċernati ('Newly-built, Replaced or Converted'). Jekk il-partijiet eżistenti huma sostitwiti b'partijiet ta' sostituzzjoni bl-użu tal-istess teknoloġija u tal-istess tip, dan ma jikkostitwiex sostituzzjoni (“R”) fis-sens tat-tifsira tad-dispożizzjonijiet tranżitorji.

  • 'Il-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna': irid ikun hemm konformità mad-dispożizzjoni maż-żmien tal-ħruġ jew it-tiġdid li jkun imiss taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara d-data indikata.

Tabella 3

Artikolu u paragrafu

Kontenut

Limitu ta' żmien u kummenti

Validu għal inġenji b'ċertifikat tal-bastiment jew liċenzja tat-traffiku qabel

KAPITOLU 3

3.03(7)

L-ankri li ma jkunux ħerġin 'il barra fis-sezzjoni ta' quddiem tal-bastimenti

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2041

1.10.1999

3.04(3), it-tieni sentenza

L-iżolazzjoni fil-kmamar tal-magni

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.4.2003

il-paragrafu 3, it-tielet u r-raba' sentenzi

Il-fetħiet u l-apparati għall-għeluq

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.10.2003

KAPITOLU 6

6.02(1)

Il-valvi pilota ddupplikati fil-każ ta’ unitajiet tat-tħaddim idrawliċi

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2020

1.4.2007

Sistema separata ta’ pajpijiet għat-tieni unità tat-tħaddim fil-każ ta’ unitaijet tat-tħaddim idrawliċi.

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2020

1.4.2007

6.03(1)

Il-konnessjoni ta' konsumaturi oħra ma' unitajiet tat-tħaddim tal-apparat idrawliku tat-tmun

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2020

1.4.2007

6.07(2)(a)

l-allarm tal-livell tat-tankijiet idrawliċi u l-allarm tal-pressjoni tas-servizz

NRC, mhux aktar tard mat-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.4.2007

KAPITOLU 7

7.02(2)

Viżjoni ostakolata quddiem il-bastiment sa 2 tulijiet ta’ bastimenti jekk anqas minn 250 m

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2049

30.12.2008

7.04(3)

Il-wiri

Il-bastiment għandu kabina tat-tmunier maħsuba għan-navigazzjoni bir-radar minn persuna waħda: NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.4.2007

il-paragrafu 9, it-tielet sentenza

Il-kontroll permezz ta’ lieva

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.4.2007

ir-raba’ sentenza

Il-projbizzjoni ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni tal-ġett

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.4.2007

7.05(1)

Id-dwal ta' navigazzjoni, il-koperturi, l-aċċessorji u s-sorsi tad-dawl tagħhom

Id-dwal ta' navigazzjoni, il-koperturi, l-aċċessorji u s-sorsi tad-dawl tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-intensità tal-kulur u tad-dawl ta' navigazzjoni, u għall-ammissjoni tad-dwal tas-sinjali għan-navigazzjoni fuq ir-Renu, mit-30 ta' Novembru 2009 xorta waħda jistgħu jintużaw.

01.12.2013

7.06(1)

It-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar li rċieva approvazzjoni qabel l-1.1.1990

It-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar li rċieva approvazzjoni qabel l-1.1.1990 jista' jiġi installat u użat sal-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-31.12.2009, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31.12.2011, jekk ikun hemm ċertifikat validu tal-installazzjoni skont din id-Direttiva jew ir-Riżoluzzjoni CCNR 1989-II-35.

01.12.2013

L-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar, li rċevew approvazzjoni qabel l-1.1.1990

L-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar, li rċevew approvazzjoni qabel l-1.1.1990 u ġew installati qabel l-1-1-2000, jistgħu jiġu installati u użati sal-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015, jekk ikun hemm ċertifikat validu tal-installazzjoni skont din id-Direttiva jew ir-Riżoluzzjoni CCNR 1989-II-35

01.12.2013

It-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar u l-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar li rċevew approvazzjoni wara l-1.1.1990

It-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar u l-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar li rċevew approvazzjoni wara l-1 ta' Jannar 1990 skont ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet tal-ittestjar għall-installazzjonijiet bir-radar użati għan-navigazzjoni fuq passaġġi tal-ilma interni fuq ir-Renu u skont ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet tal-ittestjar għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar użati fin-navigazzjoni fuq passaġġi fuq l-ilma interni fuq ir-Renu jistgħu jkomplu jiġu installati u mħaddma jekk ikun inħareġ ċertifikat validu tal-installazzjoni skont din id-Direttiva jew ir-Riżoluzzjoni CCNR 1989-II-35.

01.12.2013

KAPITOLU 8

8.02(4)

L-iskrinjar tal-konnessjonijiet tal-pajpijiet

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-2025.

1.4.2007

il-paragrafu 5

Is-sistema ta’ pajpijiet miksija

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2025

1.4.2007 

il-paragrafu 6 

L-iżolazzjoni tal-partijiet tal-magna

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2025

1.4.2003

8.03(3)

Protezzjoni kontra l-veloċità żejda

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.4.2004

8.05(7), l-ewwel sentenza

Il-valvi b'għeluq veloċi mill-gverta, anke jekk il-kmamar ikkonċernati huma magħluqa.

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.4.2008

8.05(9), it-tieni sentenza

Strumenti li jagħmlu l-ħoss għandhom ikunu jistgħu jinqraw sal-livell massimu ta' mili

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.4.1999

il-paragrafu 13

Il-kontroll tal-livell tal-mili mhux biss għall-magni prinċipali iżda wkoll għal magni oħra meħtieġa għall-ħidma sikura tal-bastiment

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.4.1999

8.06

It-tankijiet għal żejt lubrikanti, pajpijiet u aċċessorji

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.4.2007

8.07

Tankijiet għal żjut f’sistemi ta’ trażmissjoni tal-enerġija, sistemi ta’ kontroll u ta' attivazzjoni u sistemi ta’ tisħin, pajpijiet u aċċessorji

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.4.2007

KAPITOLU 8a

Ir-regolamenti ma japplikawx:

(a) għal magni, li kienu installati qabel l-1.1.2003 u

(b) għal magni ta’ skambju, li sal-31.12.2011 huma installati abbord bastimenti li kienu qed joperaw fl-1.1.2002

1.1.2002

8a.02(2) u (3)

Il-konformità mar-rekwiżiti/valuri ta’ limitu tal-emissjoni ta’ gass tal-egżost

Għal magni li kienu installati:

(a) f’inġenju bejn l-1.1.2003 u l-1.7.2007 japplikaw il-valuri ta’ limitu ta’ gass tal-egżost kif imsemmija fl-Anness XIV tad-Direttiva 97/68;

(b) f’inġenju jew f’makkinarju abbord wara t-30.6.2007 japplikaw il-valuri ta’ limitu tal-gass tal-egżost kif imsemmija fl-Anness XV tad-Direttiva 97/68.

Ir-rekwiżiti għall-kategoriji:

(aa) V għal magni ta’ propulsjoni u għal magni awżiljari ta’ iktar minn 560 kW; u

(bb) D, E, F, G, H, I, J, K għal magni awżiljari tad-Direttiva 97/68/KE

japplikaw bħala ekwivalenti

1.7.2007

KAPITOLU 10

L-Artikolu 10.02(1) it-tieni sentenza, il-punt b

Il-kontenituri magħmula mill-azzar jew minn xi materjal ieħor b'saħħtu u li ma jiħux in-nar u li jesa' tal-inqas 10 L

N.R.C., mhux aktar tard mit-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

01.12.2013

10.02(2)(a)

Ċertifikazzjoni ta' ħbula tal-wajer u ħbula oħra

L-ewwel ħabel sostitwit fuq il-bastiment: NRC, mhux aktar tard mill-1.1.2008. It-tieni u t-tielet ħabel: 1.1.2013.

1.4.2003

10.03(1)

L-istandard Ewropew

Mas-sostituzzjoni, mhux aktar tard mill-1.1.2010

1.4.2002

il-paragrafu 2

Adattat għall-kategorija tan-nar A, B u C

Mas-sostituzzjoni, mhux aktar tard mill-1.1.2010

1.4.2002

10.03a

Is-sistemi tat-tifi tan-nar installati b'mod permanenti fil-kabini, il-kabini tat-tmunier u ż-żoni tal-passiġġieri

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2035

1.4.2002

10.03b

Sistemi tat-tifi tan-nar installati b'mod permanenti fil-kmamar tal-magni, il-kmamar tal-bojlers u l-kmamar tal-pompi

27 mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2035.

1.4.2002

10.04

L-applikazzjoni tal-istandard Ewropew għad-dingis

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.10.2003

10.05(2)

Il-ġkieket tas-salvataġġ li jintefħu

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010. Il-ġkieket tas-salvataġġ li kienu abbord fit-30.9.2003 jistgħu jintużaw sal-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010.

1.10.2003

KAPITOLU 11

11.02(4), l-ewwel sentenza

L-għoli tal-paratiji u tal-muxxillari, u l-poġġamani tan-naħa tal-bastiment

L-għoli tal-muxxillara

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2020

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2035

01.12.2013

11.04(2)

Poġġamani tas-sigurtà tan-naħa tal-bastiment fuq bastimenti ta' L<55 m b'akkomodazzjoni fuq il-poppa biss

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2020

01.12.2013

11.12 (2),(4),(5) u (9)

Il-pjanċa tal-manifattur, it-tagħmir ta' protezzjoni, iċ-ċertifikati abbord

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

01.12.2013

11.13

Il-ħażna ta' likwidi li jieħdu n-nar

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.10.2002

KAPITOLU 14 a

L-Artikolu 14a.02(2), it-Tabelli 1 u 2 u l-paragrafu 5

Il-valuri tal-limitu/ta' kontroll u l-approvazzjonijiet tat-tip

NRC, sakemm

(a) il-valuri tal-limitu u ta’ kontroll ma jaqbżux il-valuri skont l-Artikolu 14a.02 b'iżjed mill-fattur 2,

(b) l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord ikollu ċertifikat tal-manifattur jew ta’ espert li jikkonferma li huwa jista' jlaħħaq mal-mudelli tipiċi ta’ tagħbija abbord l-inġenji; u

(c) tkun stabbilita sistema ta’ ġestjoni tal-ħama tad-drenaġġ li tkun xierqa għall-kundizzjonijiet tat-tħaddim ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord bastiment tal-passiġġieri;

01.12.2013

KAPITOLU 15

15.01(1)(c)

In-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8.08(2), it-tieni sentenza

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

(d)

In-nuqqas ta' applikazzjoni tal-Artikolu 9.14(3), it-tieni sentenza għall-vultaġġi nominali mkejla ta' 'l fuq minn 50V

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 2(b)

Il-projbizzjoni ta' fuklari tal-berner taż-żejt bil-vaporizzazzjoni skont l-Artikolu 13.04

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

(c)

Il-projbizzjoni ta' tagħmir tat-tisħin tal-karburant solidu skont l-Artikolu 13.07

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

(e)

Il-projbizzjoni ta' installazzjonijiet tal-gass likwifikat skont il-Kapitolu 14

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045. Id-dispożizzjoni tranżitorja tapplika biss jekk is-sistemi ta' allarm jintramaw skont l-Artikolu 15.15(9)

1.1.2006

15.02(2)

L-għadd u l-pożizzjoni tal-paratiji

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 5, it-tieni sentenza

Il-linja tal-marġni jekk ma hemm l-ebda gverta tal-paratija

Għal bastimeni tal-passiġġieri li tvaraw qabel l-1.1.1996, japplika r-rekwiżit f'NRC, sa mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 15

L-għoli minimu ta' qigħan doppji jew il-wisa' tal-vojtijiet tal-ġwienaħ

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

15.03(1) sa (6)

L-istabilità intatta

N.R.C., u meta l-għadd massimu tal-passiġġieri jiġi miżjud, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

15.03(7) u (8)

L-istabilità danneġġata

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.12.2006

il-paragrafu 9

L-istabilità danneġġata

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

01.12.2006

L-ammont tal-ħsara vertikali sal-qiegħ tal-bastiment

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

N.R.C. applikabbli għal bastimenti bi gverti mqalfta fuq distanza minima ta' 0,50 m u inqas minn 0,60 m tal-qiegħ tal-bastimenti li kisbu ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew liċenzja oħra tat-traffiku qabel il-31.12.2005

01.12.2013

L-istatus ta' kompartiment-2

NRC

il-paragrafi 10 sa 13

L-istabilità danneġġata

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.12.2006

15.05(2)(a)

L-għadd tal-passiġġieri li għalihom l-eżistenza ta' żona ta' evakwazzjoni skont l-Artikolu 15.06 it-taqsima 8 ġiet ippruvata

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

(b)

L-għadd ta' passiġġieri li tqiesu għall-kalkolu tal-istabilità skont l-Artikolu 15.03

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

L-Artikolu 15.06(1), l-ewwel subparagrafu

Iż-żoni tal-passiġġieri taħt il-gverta tal-paratija wara l-paratija tal-kolliżjoni u quddiem il-paratija lejn il-poppa.

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.12.2013

L-Artikolu 15.06(1), it-tieni subparagrafu

Il-partijiet magħluqa

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

01.12.2013

il-paragrafu 2

L-armadji u l-kmamar imsemmija fl-Artikolu 11.13 u maħsuba għall-ħażna ta' likwidi li jieħdu n-nar

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

il-paragrafu 3(c), l-ewwel sentenza

L-għoli ħieles tal-postijiet tal-ħruġ

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

it-tieni sentenza

Il-wisa' ħieles tal-bibien tal-kabini tal-passiġġieri u ta' kmamar żgħar oħra

Għall-kejl ta' 0,7 m, tapplika NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

15.06(3)(f), l-ewwel sentenza

Id-daqs tal-postijiet tal-ħruġ ta' emerġenza

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

(g)

Il-postijiet tal-ħruġ maħsuba għall-użu minn persuni b'mobilità nieqsa

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 4(d)

Il-bibien maħsuba għall-użu minn persuni b'mobilità nieqsa

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 5

Ir-rekwiżiti għal kurituri ta' konnessjoni

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 6(b)

Ir-rotot ta' evakwazzjoni għaż-żoni ta' evakwazzjoni

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

(c)

L-ebda rotta ta' evakwazzjoni mill-kmamar tal-magni

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2007

1.1.2006

L-ebda rotta ta’ evakwazzjoni mill-kċejjen

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

(d)

L-ebda taraġ, sellum jew affarijiet bħal dawn ma għandhom ikunu installati matul ir-rotot ta' evakwazzjoni

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 7

Is-sistema ta' gwida tas-sikurezza xierqa

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.1.2006

il-paragrafu 8

Ir-rekwiżiti għaż-żoni tal-miġemgħa

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 9 (a) sa (c), (e), u l-aħħar sentenza

Ir-rekwiżiti għat-turġien u l-pjanijiet tat-turġien fiż-żoni tal-passiġġieri

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 10(a), l-ewwel sentenza

Il-poġġaman skont l-istandard Ewropew EN 711: 1995

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

it-tieni sentenza

L-għoli tal-murati u l-poġġamani tal-gverti maħsuba għall-użu minn persuni b'mobilità nieqsa

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

(b), it-tieni sentenza

Il-wisa' ħieles ta' fetħiet użati għall-imbark u l-iżbark ta' persuni b'mobilità nieqsa

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 12

Skaletti skont l-istandard Ewropew EN 14206: 2003

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

il-paragrafu 13

Iż-żoni tat-traffiku u l-ħitan fiż-żoni tat-traffiku, maħsuba għall-użu minn persuni b'mobilità nieqsa

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

Il-paragrafu 14, l-ewwel sentenza

Id-disinn tal-bibien u l-ħitan tal-ħġieġ fiż-żoni tat-traffiku u l-panewijiet tat-twieqi

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 15

Ir-rekwiżiti għal sovrastrutturi jew is-soqfa tagħhom li jikkonsistu totalment minn panelli panoramiċi

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 15

Rekwiżiti għall-kompartimenti fis-sovrastruttura li jikkonsistu kompletament jew parzjalment minn twieqi panoramiċi.

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

01.12.2013

Ir-rekwiżiti għall-kompartimenti

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

01.12.2013

il-paragrafu 16

Is-sistemi tal-ilma tax-xorb skont l-Artikolu 12.05

NRC, mhux aktar tard mill-31.12.2006

1.1.2006

il-paragrafu 17, it-tieni sentenza

Ir-rekwiżiti għal tojlits mgħammra għall-użu mill-persuni b'mobilità nieqsa

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 18

Is-sistema ta' ventilazzjoni għall-kabini mingħajr tieqa għall-ftuħ

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

15.07

Ir-rekwiżiti għas-sistema tal-propulsjoni

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.1.2006

15.08(2)

Ir-rekwiżiti għas-sistemi tal-lawdspiker fiż-żoni tal-passiġġieri

Għall-bastimenti tal-passiġġieri bl-LWL ta' anqas minn 40 m jew mhux għal aktar minn 75 persuna tapplika d-dispożizzjoni f'NR.C, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 3

Ir-rekwiżiti għas-sistema ta' allarm

Għal bastimenti ta' vjaġġi ta' ġurnata tapplika d-dispożizzjoni f'NRC., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 3(c)

Is-sistema ta' allarm li tippermetti l-kmand tal-bastiment biex jallarma l-ekwipaġġ u l-persunal abbord il-bastiment

Għall-bastimenti bil-kabini tapplika d-dispożizzjoni f'NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

il-paragrafu 4

L-allarm tal-livell tas-sentina għal kull kompartament imqalfat

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 5

Iż-żewġ pompi tas-sentina li jaħdmu bil-mutur

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 6

Is-sistema tas-sentina installata b'mod permanenti skont l-Artikolu 8.06, it-taqsima 4

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.1.2006

il-paragrafu 7

Il-fetħa ta' ġewwa tal-kmamar tal-ħażna fil-kesħa

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

il-paragrafu 8

Is-sistema tal-ventilazzjoni għas-sistemi-bar tas-CO2 fil-kmamar taħt il-gverta

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 9

kaxxa tal-ewwel għajnuna

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

15.09(1), l-ewwel sentenza

Is-Salvawomi

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

il-paragrafu 2

It-tagħmir ta' salvataġġ individwali

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

il-paragrafu 3

It-tagħmir tat-trasferiment adattat

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 4

It-tagħmir tas-salvataġġ

Għal bastimenti tal-passiġġieri li kienu mgħammra b'tagħmir tas-salvataġġ kollettiv skont l-Artikolu 15.09(5) qabel l-1.1.2006, dawn l-istrumenti jitqiesu bħala alternattiva għal tagħmir tas-salvataġġ individwali.

Għal bastimenti tal-passiġġieri li kienu mgħammra b'tagħmir tas-salvataġġ kollettiv skont l-Artikolu 15.09(6) qabel l-1.1.2006, dawn jitqiesu bħala alternattiva għat-tagħmir tas-salvataġġ individwali sal-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 5(b) u (c)

L-ispazju adegwat għas-sits, il-kapaċità ta' żamma f'wiċċ l-ilma ta' mill-inqas 750 N

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

(f)

L-inklinazzjoni stabbli u l-istrumenti tal-qabda adatti

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

(i)

Il-mezzi adatti ta' evakwazzjoni miż-żoni ta' evakwazzjoni għal fuq iċ-ċattriet ta' salvataġġ

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 9

Il-kontroll fuq it-tagħmir tas-salvataġġ skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

il-paragrafu 10

Id-dgħajsa tal-bastiment mgħammra b'magna u dawl għat-tfittxija

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 11

L-istreċer

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

Tagħmir Elettriku

1.1.2006

15.10(2)

L-Artikolu 9.16(3) applikabbli wkoll għall-passaġġi fuq l-ilma u l-kmamar tad-divertiment għall-passiġġieri

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.1.2006

il-paragrafu 3

Id-dawl ta' emerġenza adegwat

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.1.2006

il-paragrafu 4

L-impjant tal-enerġija ta' emerġenza

Għal bastimenti ta' vjaġġi ta' ġurnata b'LWL ta' 25 m jew anqas, tapplika d-dispożizzjoni f'NRC., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.1.2006

(f)

Il-provvistà tal-emerġenza għad-dwal għat-tftittxija skont l-Artikolu 10.02(2)(i)

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.1.2006

(i)

Il-provvistà ta' emerġenza għall-liftijiet u tagħmir tal-irfiegħ skont l-Artikolu 15.06(9), it-tieni sentenza

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.1.2006

il-paragrafu 6, l-ewwel sentenza

Il-ħitan diviżorji skont l-Artikolu 15.11(2).

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.1.2006

it-tieni u t-tielet sentenza

L-installazzjoni ta' kejbils

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.1.2006

ir-raba’ sentenza

L-impjant tal-enerġija ta' emerġenza 'l fuq mil-linja tal-marġni

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.1.2006

15.11

Il-protezzjoni kontra n-nar

1.1.2007

il-paragrafu 1

Il-grad ta' karatteristiċi għal protezzjoni kontra n-nar tal-materjali u komponenti

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

15.11(2)

Id-disinn tal-ħitan diviżorji

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 3

Iż-żebgħa, il-verniċ u l-prodotti tat-trattament tal-uċuħ oħra kif ukoll koperti tal-gverta użati fi kmamar għajr il-kmamar tal-magni u l-kmamar tal-ħażna għandhom ikunu ritardanti tal-fjamma

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015

1.1.2006

il-paragrafu 4

Is-soqfa tas-swali u l-kisi tal-ħitan manifatturati minn materjal li ma jiħux in-nar

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 5

L-għamara u l-fittings fiż-żoni tal-miġemgħa mmanifatturati minn materjal li ma jiħux in-nar

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 6

Ittestjati skont il-Kodiċi

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 7

Il-materjal iżolanti fis-swali li ma jiħdux in-nar

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

Il-paragrafu 7a

Il-partijiet magħluqa

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

01.12.2013

il-paragrafu 8 (a), (b), (c), it-tieni sentenza u (d)

Ir-rekwiżiti għal bibien f'ħitan diviżorji

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 9

Il-ħitan

Fuq bastimenti b'kabina mingħajr sistemi tat-traxxix tal-ilma bil-pressa awtomatiċi, it-trufijiet tal-ħitan bejn il-kabini: NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 10

Il-ħitan diviżorji

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 12, it-tieni sentenza

It-turġien magħmulin mill-azzar jew materjal ekwivalenti ieħor li ma jiħux in-nar

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 13

L-inkapsulament tat-turġien interni b'ħitan skont il-paragrafu 2

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 14

Is-sistemi ta' ventilazzjoni u s-sistemi tal-provvista tal-arja

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 15

Sistemi ta' ventilazzjoni fil-kċejjen u fulklari b'tagħmir tal-ġbid tal-arja

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 16

Iċ-ċentri tal-kontroll, it-trombi tat-taraġ, iż-żoni tal-miġemgħa u s-sistemi tal-estrazzjoni tad-duħħan

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 17

Sistema ta' allarm kontra n-nar

Għal bastimenti ta' vjaġġi ta' ġurnata: NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

15.12(1)(c)

L-apparati għat-tifi tan-nar li jinġarr fil-kċejjen

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

il-paragrafu 2(a)

It-tieni pompa tat-tifi tan-nar

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 4

Il-valvi idranti

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

il-paragrafu 5

Ir-rutella mqabbda bil-fus

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

il-paragrafu 6

Il-materjali, il-protezzjoni kontra l-ħsara

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 7

L-evitar tal-possibiltà tal-iffriżar tal-pajpijiet u l-idranti

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 8(b)

Il-ħidma indipendenti tal-pompi tat-tifi tan-nar

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

(d)

L-installazzjoni tal-pompi tat-tifi tan-nar

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

il-paragrafu 9

Is-sistema tat-tifi tan-nar fil-kmamar tal-magni

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2015. Id-dispożizzjoni tranżitorja ma tapplikax għall-bastimenti tal-passiġġieri li tvaraw wara l-31.12.1995, bil-buq magħmul mill-injam, aluminjum jew plastik u l-kmamar tal-magni tagħhom mhux magħmula minn materjal skont l-Artikolu 3.04(3) u (4).

1.1.2006

15.13

L-organizzazzjoni tas-sikurezza

Għal bastimenti ta' vjaġġi ta' ġurnata: NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.1.2006

15.14(1)

Il-ġbir tal-ilma tad-drenaġġ u l-faċilitajiet tar-rimi

Għal bastimenti bil-kabini b'50 irmiġġ jew anqas, u għal bastimenti ta' vjaġġi ta' ġurnata: NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 2

Ir-rekwiżiti għat-tankijiet tal-ġbir tal-ilma tad-drenaġġ

Għal bastimenti bil-kabini b'50 irmiġġ jew anqas, u għal bastimenti ta' vjaġġi ta' ġurnata b'50 passiġġier jew anqas: NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

15.15

Id-derogi għal ċerti bastimenti tal-passiġġieri

1.1.2006

il-paragrafu 1

L-istabilità tal-ħsara

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2045

1.1.2006

il-paragrafu 4

(Jitħalla vojt)

il-paragrafu 5

Mgħammar b'dgħajsa tal-bastiment, pjattaforma jew installazzjoni ekwivalenti

Għall-bastimenti tal-passiġġieri b'liċenzja għal għadd massimu ta' 250 passiġġier jew 50 irmiġġ: NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

15.15(9)(a)

Is-sistemi tal-allarm għall-installazzjonijiet ta' gass likwifikat

NRC., mhux aktar tard mit-tiġdid tal-attestazzjoni skont l-Artikolu 14.15

1.1.2006

(b)

L-istrumenti tas-salvataġġ kollettivi skont l-Artikolu 15.09 it-taqsima 5

NRC, mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna wara l-1.1.2010

1.1.2006

Artikolu 24.07
(Jitħalla vojt)

Artikolu 24.08
Id-dispożizzjoni tranżitorja applikabbli għall-Artikolu 2.18

Meta jinħareġ ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal bastiment li wara l-31 ta’ Marzu 2007 kellu ċertifikat validu tal-bastimenti skont ir-Regolament ta’ Spezzjoni tal-Bastimenti fuq ir-Renu, in-Numru Uniku Ewropew ta’ Identifikazzjoni tal-Bastiment diġà assenjat għandu jkun użat, u fejn xieraq kompletat billi jkun iggradat l-ewwel in-numru “0”.

1   ...   13   14   15   16   17   18   19   20   ...   32

Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət