Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə30/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   24   25   26   27   28   29   30   31   32
Parti I
Ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet tal-ittestjar għall-installazzjonijiet tar-radar użati għan-navigazzjoni abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

Parti II
Ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet tal-ittestjar għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar użati abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

Parti III
Ir-rekwiżiti għat- testijiet ta’ installazzjoni u ta’ prestazzjoni għal tagħmir tar-radar u indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar użati abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

Parti IV
Iċ-ċertifikat ta’ installazzjoni u ta’ prestazzjoni għat-tagħmir tar-radar u għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar użati abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

Parti V
Ir-reġistru tal-awtoritajiet kompetenti, is-servizzi tekniċi, it-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar u l-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar approvati u l-azjendi speċjalizzati approvati

Parti VI
It-tagħmir ekwivalenti

Id-definizzjonijiet:

1. ‘Test tat-tip’ tfisser il-proċedura tat-test imsemmija fil-Parti I tal-Artikolu 4 jew fil-Parti II tal-Artikolu 1.03 li tintuża mis-servizz tekniku sabiex jittestja l-konformità mar-rekwiżiti skont dan l-Anness. It-test tat-tip jifforma parti integrali mill-approvazzjoni tat-tip;

2. ‘Approvazzjoni tat-tip’ tfisser il-proċedura amministrattiva, li permezz tagħha Stat Membru jikkonferma li t-tagħmir huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness.

Għat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar, din il-proċedura tinkludi d-dispożizzjonijiet tal-Parti I, l-Artikoli 5 sa 7 u 9. Għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar, il-proċedura tinkludi d-dispożizzjonijiet tal-Parti II, l-Artikoli 1.04 sa 1.06 u 1.08;

3. ‘Ċertifikat tat-test’ tfisser id-dokument fejn huma elenkati r-riżultati tat-test tat-tip;

4. 'Applikant' jew 'manifattur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew legali li taħt isimha, il-marka kummerċjali tagħha jew xi forma oħra ta’ identifikazzjoni tagħha, it-tagħmir sottomess għall-ittestjar huwa manifatturat jew kummerċjalizzat u li hija responsabbli għall-kwistjonijiet kollha fir-rigward tal-ittestjar tat-tip u l-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tas-servizz tekniku u l-awtorità tal-approvazzjoni;

5. ‘Servizz tekniku’ tfisser l-istituzzjoni, l-awtorità jew l-organizzazzjoni li tagħmel l-ittestjar tat-tip;

6. ‘Dikjarazzjoni tal-manifattur’ tfisser id-dikjarazzjoni li permezz tagħha manifattur jagħti l-assigurazzjoni li t-tagħmir jissodisfa r-rekwiżiti minimi prevalenti u li jkun identiku f’kull aspett għat-tip sottomess għall-ittestjar;

7. 'Dikjarazzjoni tal-konformità' skont id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom* tfisser id-dikjarazzjoni skont id-Direttiva 1999/5/KE, l-Anness II, il-Paragrafu 1, li permezz tagħha l-manifattur jikkonferma li l-prodotti inkwistjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli tad-Direttiva;

8. ‘Awtorità kompetenti’ tfisser l-awtorità uffiċjali li toħroġ l-approvazzjoni tat-tip.

(*) ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10



Parti I

Ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet tal-ittestjar
għall-installazzjonijiet tar-radar użati għan-navigazzjoni
abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

Werrej

Artikolu 1 - Il-kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 2 – L-għan tat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar

Artikolu 3 – Ir-rekwiżiti minimi

Artikolu 4 – It-testijiet tat-tip

Artikolu 5 – L-applikazzjoni għal test tat-tip

Artikolu 6 – L-approvazzjoni tat-tip

Artikolu 7 – L-immarkar tat-tagħmir u n-numru tal-approvazzjoni tat-tip

Artikolu 8 – Id-dikjarazzjoni tal-manifattur

Artikolu 9 – Il-modifiki għat-tagħmir approvat skont it-tip

Artikolu 1
Il-kamp ta' applikazzjoni

Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għat-tagħmir tar-radar użat għan-navigazzjoni abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-ittestjar tal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti minimi.



Artikolu 2
L-għan tat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar

It-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar għandu jiffaċilita n-navigazzjoni tal-bastiment billi jipprovdi stampa intelliġibbli tar-radar tal-pożizzjoni tiegħu fir-rigward ta’ bagi, xtut u strutturi tan-navigazzjoni, kif ukoll jippermetti r-rikonoxximent affidabbli u f’waqtu ta’ bastimenti oħrajn u ostakoli li jkunu jinsabu f’wiċċ l-ilma.



Artikolu 3
Ir-rekwiżiti minimi

1. Bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti dwar il-kompatibilità elettromanjetika (l-Artikolu 3.1.b tad-Direttiva 1999/5/KE) u tar-rekwiżiti dwar l-użu effettiv tal-ispettru sabiex tiġi evitata interferenza perikoluża li tirriżulta mill-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 1999/5/KE, it-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar użat fil-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-istandard Ewropew EN 302194-1: 2006.

2. Il-Paragrafu 1 japplika għat-tagħmir ECDIS intern li jista’ jitħaddem fil-mod tan-navigazzjoni. Barra minn hekk, dan it-tagħmir għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tal-istandards tal-ECDIS Interni fil-verżjoni li hija valida fid-data tal-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip.

Artikolu 4
It-testijiet tat-tip


  • Il-konformità mar-rekwiżiti minimi speċifikati fl-Artikolu 3(1) għandha tiġi stabbilita permezz ta’ test tat-tip.

  • Jekk it-tagħmir jgħaddi mit-test tat-tip, l-istabbiliment tal-ittestjar għandu joħroġ ċertifikat tat-test. Jekk it-tagħmir jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti minimi, l-applikant għandu jiġi notifikat bil-miktub dwar ir-raġunijiet għar-rifjut tiegħu.

Artikolu 5
L-applikazzjoni għal test tat-tip

L-applikazzjonijiet għal test tat-tip ta’ installazzjoni tan-navigazzjoni bir-radar għandhom jiġu sottomessi lil servizz tekniku.

Is-servizzi tekniċi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.


  • Id-dokumenti li ġejjin għandhom jakkumpanjaw kull applikazzjoni:

  • deskrizzjonijiet tekniċi dettaljati;

  • sett komplut ta’ dokumenti ta’ installazzjoni u ta’ servizz;

  • manwali dettaljati tal-operatur;

  • manwal qasir tal-operatur; u

  • fejn applikabbli, evidenza ta’ testijiet li saru qabel.

  • Fil-każ li ma jkunx maħsub mill-applikant li jkollu d-Dikjarazzjoni ta’ Konformità konformi mad-Direttiva 1999/5/KE stabbilita fl-istess ħin mal-approvazzjoni tat-tip, għandha tiġi ppreżentata Dikjarazzjoni ta’ Konformità flimkien mal-applikazzjoni għal test tat-tip.

Artikolu 6
L-approvazzjoni tat-tip

  1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata mill-awtorità kompetenti skont iċ-ċertifikat tat-test.

  2. Kull awtorità kompetenti jew is-servizz tekniku nnominat mill-awtorità kompetenti għandu jkun intitolat biex fi kwalunkwe ħin jagħżel tagħmir mis-serje ta’ produzzjoni għall-ispezzjoni.

Jekk din l-ispezzjoni tikxef xi difetti fit-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip tista’ tkun irtirata.

L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi rtirata mill-awtorità li tkun ħarġitha.



Artikolu 7
L-immarkar tat-tagħmir u n-numru tal-approvazzjoni tat-tip

  1. Kull komponent tat-tagħmir għandu jkun immarkat b’mod li ma jitħassarx:

(a) bl-isem tal-manifattur,

(b) bid-denominazzjoni tal-kummerċ tat-tagħmir,

(c) bit-tip ta’ tagħmir, u

(d) bin-numru tas-serje.



  1. In-numru tal-approvazzjoni tat-tip assenjat mill-awtorità kompetenti għandu jitwaħħal b’mod li ma jitħassarx fuq il-unità tal-wiri b’tali mod li jibqa’ jidher ċar wara l-installazzjoni tat-tagħmir.

Kompożizzjoni tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip: e-NN-NNN

e = l-Unjoni Ewropea



NN = numru għall-pajjiż tal-approvazzjoni tat-tip, fejn

01

=

Il-Ġermanja

18

=

Id-Danimarka

02

=

Franza

19

=

Ir-Rumanija

03

=

L-Italja

20

=

Il-Polonja

04

=

Il-Pajjiżi l-Baxxi

21

=

Il-Portugall

05

=

L-Isvezja

23

=

Il-Greċja

06

=

Il-Belġju

24

=

L-Irlanda

07

=

L-Ungerija

26

=

Is-Slovenja

08

=

Ir-Repubblika Ċeka

27

=

Is-Slovakkja

09

=

Spanja

29

=

L-Estonja

11

=

Ir-Renju Unit

32

=

Il-Latvja

12

=

L-Awstrija

34

=

Il-Bulgarija

13

=

Il-Lussemburgu

36

=

Il-Litwanja

14

=

L-Isvizzera

49

=

Ċipru

17

=

Il-Finlandja

50

=

Malta

NNN = numru bi tliet ċifri, li għandu jkun determinat mill-awtorità kompetenti.

  1. In-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jintuża biss flimkien mal-approvazzjoni tat-tip relatata.

L-applikant għandu jkun responsabbli li jipproduċi u jwaħħal in-numru tal-approvazzjoni tat-tip.

Artikolu 8
Id-dikjarazzjoni tal-manifattur

Kull unità ta’ tagħmir għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tal-manifattur.



Artikolu 9
Il-modifiki għat-tagħmir approvat skont it-tip

  1. L-approvazzjoni skont it-tip għandha tiġi rtirata bħala riżultat ta' kwalunkwe modifika magħmula għat-tagħmir li jkun diġà ġie approvat. Meta jkunu ppjanati xi modifiki, id-dettalji għandhom jintbagħtu bil-miktub lis-servizz tekniku kompetenti.

  2. L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mas-servizz tekniku, jekk l-approvazzjoni tat-tip tkunx għadha tapplika jew jekk ikunx hemm bżonn ta’ spezzjoni jew ta’ test tat-tip ġdid.

Jekk jingħata test tat-tip ġdid, għandu jiġi assenjat numru ġdid tal-approvazzjoni tat-tip.

Parti II
Ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet tal-ittestjar
għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar
użati abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

Werrej

Kapitolu 1
Ġenerali

Artikolu 1.01 - Il-kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 1.02 – L-għan tal-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar

Artikolu 1.03 – It-test tat-tip

Artikolu 1.04 – L-applikazzjoni għal test tat-tip

Artikolu 1.05 – L-approvazzjoni tat-tip

Artikolu 1.06 – L-immarkar tat-tagħmir u n-numru tal-approvazzjoni tat-tip

Artikolu 1.07 – Id-dikjarazzjoni tal-manifattur

Artikolu 1.08 – Il-modifiki għat-tagħmir approvat skont it-tip

Kapitolu 2
Ir-rekwiżiti minimi ġenerali għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar

Artikolu 2.01 – Il-kostruzzjoni, id-disinn

Artikolu 2.02 – L-emissjonijiet artifiċjali u l-kompatibbiltà elettromanjetika

Artikolu 2.03 - L-operat

Artikolu 2.04 – L-istruzzjonijiet tal-operat

Artikolu 2.05 – L-istallazzjoni tas-senser

Kapitolu 3
Ir-rekwiżiti minimi operattivi għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar

Artikolu 3.01 – Il-prontezza mil-lat operattiv tal-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar

Artikolu 3.02 –L-indikazzjoni tar-rata tal-ikkwartjar

Artikolu 3.03 – Il-firxa tal-qisien

Artikolu 3.04 – Il-preċiżjoni tar-rata tal-ikkwarjar indikata

Artikolu 3.05 - Is-sensittività

Artikolu 3.06 – Il-monitoraġġ tal-operat

Artikolu 3.07 – In-nuqqas ta’ sensittività għal movimenti normali oħrajn tal-bastiment

Artikolu 3.08 – In-nuqqas ta’ sensittività għall-kampijiet manjetiċi

Artikolu 3.09 – L-indikaturi sekondarji

Kapitolu 4
Ir-rekwiżiti minimi tekniċi għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar

Artikolu 4.01 - L-operat

Artikolu 4.02 – L-apparati ta' taffija

Artikolu 4.03 – Il-konnessjoni ta’ tagħmir addizzjonali

Kapitolu 5
Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar u l-proċeduri għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar

Artikolu 5.01 – Is-sikurezza, il-kapaċità ta’ tagħbija u l-kompatibbiltà elettromanjetika

Artikolu 5.02 – L-emissjonijiet artifiċjali

Artikolu 5.03 – Il-proċedura tat-test

Appendiċi: It-tolleranzi massimi għall-iżbalji ta’ indikazzjoni tal-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar

KAPITOLU 1
ĠENERALI

Artikolu 1.01
Il-kamp ta' applikazzjoni

Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar użati abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-ittestjar tal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti minimi.



Artikolu 1.02
L-għan tal-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar

L-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar huwa maħsub biex jiffaċilita n-navigazzjoni bir-radar, u biex ikejjel u jindika r-rata tal-ikkwartjar tal-bastiment għal fuq in-naħa tax-xellug jew tal-lemin.



Artikolu 1.03
It-test tat-tip

1 Il-konformità mar-rekwiżiti minimi għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar skont il-Kapitoli 2 sa 4 għandha tiġi stabbilita permezz ta’ test tat-tip.

2. Jekk it-tagħmir jgħaddi mit-test tat-tip, is-servizz tekniku għandu joħroġ ċertifikat tat-test. Jekk it-tagħmir jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti minimi, l-applikant għandu jiġi nnotifikat bil-miktub dwar ir-raġunijiet għar-rifjut tiegħu.

Artikolu 1.04
L-applikazzjoni għal test tat-tip

1. L-applikazzjonijiet għal test tat-tip ta’ indikatur tar-rata tal-ikkwartjar għandhom jiġu sottomessi lil servizz tekniku.

Is-servizzi tekniċi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

2. Id-dokumenti li ġejjin għandhom jakkumpanjaw kull applikazzjoni:



        1. deskrizzjonijiet tekniċi dettaljati;

        2. sett komplut ta’ dokumenti ta’ installazzjoni u ta’ servizz;

        3. struzzjonijiet tal-operat.

3. Permezz ta’ testijiet, l-applikant għandu jistabbilixxi jew jitlob li jiġi stabbilit li t-tagħmir jissodisfa r-rekwiżiti minimi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Ir-riżultati tat-test u r-rapporti tal-kejl għandhom ikunu mehmuża mal-applikazzjoni.

Dawn id-dokumenti u l-informazzjoni miksuba matul l-ittestjar għandhom jinżammu mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 1.05
L-approvazzjoni tat-tip

1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata mill-awtorità kompetenti skont iċ-ċertifikat tat-test.

2. Kull awtorità kompetenti jew is-servizz tekniku magħżul mill-awtorità kompetenti għandu jkun intitolat biex fi kwalunkwe ħin jagħżel tagħmir mis-serje ta’ produzzjoni għall-ispezzjoni.

Jekk din l-ispezzjoni tiżvela xi difetti fit-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip tista’ tiġi rtirata.

L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi rtirata mill-awtorità li tkun ħarġitha.

Artikolu 1.06
L-immarkar tat-tagħmir u n-numru tal-approvazzjoni tat-tip

1. Kull komponent tat-tagħmir għandu jkun immarkat b’mod li ma jitħassarx:



        1. bl-isem tal-manifattur,

        2. bid-denominazzjoni tal-kummerċ tat-tagħmir,

        3. bit-tip ta’ tagħmir, u

        4. bin-numru tas-serje.

2. In-numru tal-approvazzjoni tat-tip assenjat mill-awtorità kompetenti għandu jitwaħħal b’mod li ma jitħassarx fuq l-unità tal-kontroll b’tali mod li jibqa’ jidher ċar wara l-installazzjoni tat-tagħmir.

Kompożizzjoni tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip: e -NN-NNN

e = l-Unjoni Ewropea

NN = kodiċi għall-pajjiż tal-approvazzjoni tat-tip,



01

=

Il-Ġermanja

18

=

Id-Danimarka

02

=

Franza

19

=

Ir-Rumanija

03

=

L-Italja

20

=

Il-Polonja

04

=

Il-Pajjiżi l-Baxxi

21

=

Il-Portugall

05

=

L-Isvezja

23

=

Il-Greċja

06

=

Il-Belġju

24

=

L-Irlanda

07

=

L-Ungerija

26

=

Is-Slovenja

08

=

Ir-Repubblika Ċeka

27

=

Is-Slovakkja

09

=

Spanja

29

=

L-Estonja

11

=

Ir-Renju Unit

32

=

Il-Latvja

12

=

L-Awstrija

34

=

Il-Bulgarija

13

=

Il-Lussemburgu

36

=

Il-Litwanja

14

=

L-Isvizzera

49

=

Ċipru

17

=

Il-Finlandja

50

=

Malta

NNN = numru bi tliet ċifri, li għandu jkun determinat mill-awtorità kompetenti.

3. In-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jintuża biss flimkien mal-approvazzjoni tat-tip relatata.

L-applikant għandu jkun responsabbli li jipproduċi u jwaħħal in-numru tal-approvazzjoni tat-tip.

Artikolu 1.07
Id-dikjarazzjoni tal-manifattur

Kull unità ta’ tagħmir għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tal-manifattur.



Artikolu 1.08
Il-modifiki għat-tagħmir approvat skont it-tip

1. L-approvazzjoni skont it-tip għandha tiġi rtirata bħala riżultat ta' kwalunkwe modifika magħmula għat-tagħmir li jkun diġà ġie approvat.

Meta jkunu ppjanati xi modifiki, id-dettalji għandhom jintbagħtu bil-miktub lis-servizz tekniku kompetenti.

2. L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mas-servizz tekniku, jekk l-approvazzjoni tat-tip tkunx għadha tapplika jew jekk ikunx hemm bżonn ta’ spezzjoni jew ta’ test tat-tip ġdid.

Jekk jingħata test tat-tip ġdid, għandu jiġi assenjat numru ġdid tal-approvazzjoni tat-tip.

KAPITOLU 2
IR-REKWIŻITI MINIMI ĠENERALI
GĦALL-INDIKATURI TAR-RATA TAL-IKKWARTJAR

Artikolu 2.01
Il-kostruzzjoni, id-disinn

1. L-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar għandhom ikunu adatti għat-tħaddim abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

2. Il-kostruzzjoni u d-disinn tat-tagħmir għandhom ikunu konformi mal-prattika kurrenti ta’ inġinerija tajba, kemm mekkanikament kif ukoll elettrikament.

3. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe dispożizzjoni speċifika fl-Anness II jew f’dan l-Anness, ir-rekwiżiti u l-metodi tal-ittestjar inklużi fl-Istandard Ewropew EN 60945:2002 għandhom japplikaw għall-provvista tal-enerġija, għas-sikurezza, għall-interferenza reċiproka tat-tagħmir abbord il-bastiment, għad-distanza ta’ protezzjoni tal-boxxla, għar-reżistenza għall-influwenzi klimatiċi, għas-saħħa mekkanika, għall-influwenzi ambjentali, għall-emissjoni tal-ħsejjes li jinstemgħu u għall-immarkar tat-tagħmir.

Barra minn hekk, it-tagħmir għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ dan l-Anness f’temperaturi ambjentali bejn 0 °C u 40 °C.

Artikolu 2.02
L-emissjonijiet artifiċjali u l-kompatibbiltà elettromanjetika

1. Ir-rekwiżiti ġenerali

L-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE.

2. Emissjonijiet artifiċjali

Fil-meded ta' frekwenza ta' 156 sa 165 MHz, 450 sa 470 MHz u 1.53 sa 1.544 GHz il-livell tal-qawwa tal-kamp ma għandhiex taqbeż il-valur ta' 15 μV/m. Dawn il-livelli tal-qawwa tal-kamp għandhom japplikaw f'distanza tal-ittestjar ta' 3 metri mit-tagħmir li jkun qed jiġi ttestjat.

Artikolu 2.03
L-operat

1. It-tagħmir ma għandux ikollu aktar mezzi ta' kontroll minn dawk meħtieġa biex għall-operat korrett tiegħu.

Id-disinn, il-marki u l-manipulazzjoni tal-mezzi ta’ kontroll għandhom ikunu tali li jippermettu operat sempliċi, mhux ambigwu u veloċi. L-arranġament tagħhom għandu jkun tali biex kemm jista’ jkun jipprevjeni żbalji operattivi.

Il-mezzi ta’ kontroll li mhumiex meħtieġa għall-operat normali ma għandhomx ikunu direttament aċċessibbli.

2. Il-mezzi ta’ kontroll u l-indikaturi għandhom jiġu pprovduti b’simboli jew marki bl-Ingliż. Is-simboli għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 60417:1998.

Iċ-ċifri u l-ittri kollha għandu jkollhom għoli ta’ mill-inqas 4 mm. Jekk jista’ jintwera li, għal raġunijiet tekniċi, mhux possibbli li ċ-ċifri u l-ittri jkollhom għoli ta’ 4 mm u jekk għal finijiet tal-operat ikunu aċċettabbli ċifri u ittri iżgħar, għandu jkun permess tnaqqis għal 3 mm.

3. It-tagħmir għandu jkun imfassal b'tali mod li żbalji fl-operat ma jkunux jistgħu joħolqu ħsara.

4. Kull funzjoni li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi, bħal faċilitajiet għall-konnessjoni ma' tagħmir ieħor, għandha tkun ipprovduta b'tali mod li t-tagħmir jissodisfa r-rekwiżiti minimi taħt il-kundizzjonijiet kollha.



Artikolu 2.04
L-istruzzjonijiet tal-operat

Kull unità għandha tkun ipprovduta b'manwal għall-operatur. Dan għandu jkun disponibbli bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u għandu jinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

l-attivazzjoni u l-operat;


  • il-manutenzjoni u ż-żamma fi stat tajjeb;

  • l-istruzzjonijiet ta' sikurezza ġenerali.

Artikolu 2.05
L-installazzjoni tas-senser

Id-direzzjoni tal-installazzjoni fir-rigward tal-linja tal-prim għandha tkun indikata fuq l-unità tas-sensur tal-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar. Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet tal-installazzjoni sabiex jiġi żgurat il-massimu tal-inqas sensittività possibbli għal movimenti normali oħrajn tal-bastiment.



KAPITOLU 3
IR-REKWIŻITI MINIMI OPERATTIVI GĦALL-INDIKATURI TAR-RATA TAL-IKKWARTJAR

Artikolu 3.01
Il-prontezza mil-lat operattiv tal-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar

1. Mill-istartjar tal-magna kiesħa, l-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar għandu jopera b'mod sħiħ fi żmien 4 minuti u għandu jopera fil-qafas tat-tolleranzi tal-preċiżjoni meħtieġa.

2. Sinjal ta' twissija għandu jindika li l-indikatur hu mixgħul. Għandu jkun possibbli li l-osservazzjoni u l-operat tal-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar ikunu jistgħu jsiru fl-istess ħin.

3. Il-mezzi ta' kontroll mill-bogħod u mingħajr wajers ma għandhomx ikunu permessi.



Artikolu 3.02
L-indikazzjoni tar-rata tal-ikkwartjar

1. Ir-rata tal-ikkwartjar għandha tkun indikata fuq skala lineari gradwali li jkollha punt żero li jkun jinsab fin-nofs. Id-direzzjoni u l-livell massimu tar-rata tal-ikkwartjar għandhom ikunu jistgħu jinqraw bil-preċiżjoni meħtieġa. Indikaturi oħrajn għajr dawk bil-labra u l-graffs tal-iżbarri ma għandhomx ikunu permessi.

2. L-iskala tal-indikatur għandja tal-anqas tkun 20 cm twila u tista' tkun ċirkolari jew rettilineari.

L-iskali rettilineari jistgħu jkunu rranġati b’mod orizzontali biss.

3. Indikaturi esklussivament diġitali ma għandhomx ikunu permessi.

Artikolu 3.03
Il-firxa tal-qisien

L-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar jistgħu jiġu pprovduti b’firxa ta’ qisien waħda jew aktar. Il-firxiet ta’ qisien li ġejjin huma rakkomandati:

30 °/min

60 °/min


90 °/min

180 °/min

300 °/min.

Artikolu 3.04
Il-preċiżjoni tar-rata tal-ikkwarjar indikata

Ir-rata tal-ikkwartjar indikata ma għandhiex tvarja b’aktar minn 2 % mill-valur massimu li jista’ jitkejjel jew b’aktar minn 10 % mill-valur attwali; skont liema jkun l-akbar (ara l-Appendiċi).



Artikolu 3.05
Is-sensittività

Il-livell limitu tal-operat għandu jkun anqas minn jew daqs il-bidla fil-veloċità angolari ekwivalenti għal l % tal-valur indikat.



Artikolu 3.06
Il-monitoraġġ tal-operazzjoni

1. Jekk l-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar ma jaħdimx fil-firxa ta' preċiżjoni meħtieġa, dan għandu jkun indikat.

2. Jekk jintuża ġiroskopju, kull nuqqas kritiku fir-rata tar-rotazzjoni tal-ġiroskopju għandu jkun senjalat minn indikatur. Nuqqas kritiku fir-rata tar-rotazzjoni tal-ġiroskopju huwa wieħed li jbaxxi l-preċiżjoni b’10 %.

Artikolu 3.07
In-nuqqas ta’ sensittività għal movimenti normali oħrajn tal-bastiment

1. It-tmejjil min-naħa għall-oħra ('rolling') tal-bastiment sa 10° b’rata tal-ikkwartjar sa 4°/s ma għandux jagħti lok għal żbalji ta’ kejl akbar mit-tolleranzi stipulati.

2. Impatti bħal dawk li jistgħu jiġru matul l-irmiġġ ma għandhomx iwasslu għal żbalji tal-kejl akbar mit-tolleranzi stipulati.

Artikolu 3.08
In-nuqqas ta’ sensittività għall-kampijiet manjetiċi

L-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar ma għandux ikun sensittiv għall-kampijiet manjetiċi li jseħħu tipikament abbord il-bastiment.



Artikolu 3.09
L-indikaturi sekondarji

L-indikaturi sekondarji għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha applikabbli għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar.



KAPITOLU 4
IR-REKWIŻITI TEKNIĊI MINIMI
GĦALL-INDIKATURI TAR-RATA TAL-IKKWARTJAR

Artikolu 4.01
L-operat

1. Il-mezzi ta' kontroll kollha għandhom ikunu rranġati b'tali mod li matul l-operat tagħhom l-ebda informazzjoni ma tiġi mgħottija u r-radar tan-navigazzjoni jibqa' mhux imxekkel.

2. Il-mezzi kollha ta' kontroll u l-indikaturi għandu jkollhom dawl li ma jgħammix adegwat għall-kundizzjonijiet kollha ta' dawl u li jkun regolabbli sa żero permezz ta' mezz ta' kontroll indipendenti.

3. L-aġġustament fil-mezz tal-kontroll għandu jkun tali li l-movimenti lejn il-lemin jew 'il fuq ikollhom effett pożittiv fuq kemm għandu jkun hemm bdil u l-movimenti lejn ix-xellug jew l-isfel ikollhom effett negattiv.

4. Jekk jintużaw buttuni li jingħafsu, dawn għandhom ikunu jistgħu jinstabu u jitħaddmu permezz tal-mess. Meta dawn ma jibqgħux magħfusa, dan għandu jkun perċettibli b'mod ċar. Jekk il-buttuni li jingħafsu jkollhom funzjonijiet multipli, għandu jkun evidenti liema livell ġerarkiku huwa attiv.

Artikolu 4.02
L-apparati ta' taffija

1. Is-sistema tas-sensers għandha tkun ftit imxarrba għal valuri kritiċi. Il-kostant tat-taffija (63 % tal-valur tal-limitu) ma għandux jaqbeż 0.4 s.

2. L-indikatur għandu jkun ftit imxarrab għal valuri kritiċi.

Il-kontrolli biex tiżdied is-sistema tat-taffija għandhom ikunu permessi.

Il-kostant ta' taffija aħt l-ebda ċirkostanza ma għandu jaqbeż il-5 s.

Artikolu 4.03
Il-konnessjoni ta’ tagħmir addizzjonali

1. Jekk l-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar jista’ jkun konness ma’ indikaturi sekondarji jew tagħmir simili, l-indikazzjoni tar-rata tal-ikkwartjar għandha tibqa’ tintuża bħala sinjal elettriku analogu. Barra minn hekk, l-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar jista’ jkollu interfaċċa diġitali skont (2).

Ir-rata tal-ikkwartjar għandha tkompli tkun indikata b’insulazzjoni galvanika u l-ekwivalenti għal vultaġġ analogu ta’ 20 mV/°/min ± 5 % u reżistenza interna massima ta’ 100 Ω.

Il-polarità għandha tkun pożittiva meta l-bastiment ikun qiegħed idur għal fuq il-lemin u negattiva meta jkun qiegħed idur lejn ix-xellug.

Il-livell limitu tal-operat ma għandux jaqbeż it-0.3°/min.

Żball żero ma għandux jaqbeż 1°/min f’temperaturi minn 0 °C sa 40 °C.

Bl-indikatur mixgħul u s-senser mhux espost għall-effetti tal-moviment, il-vultaġġ artifiċjali fis-sinjal tal-output imkejjel b’filtru pass-band low-pass ta’ 10 Hz ma għandux jaqbeż l-10 mV.

Is-sinjal tar-rata tal-ikkwartjar għandu jasal mingħajr ma jiġi mtaffi addizzjonalment lil hinn mil-limiti msemmija fl-Artikolu 4.02(1).

2. Għandha tiġi ddisinjata interfaċċa diġitali skont l-istandards Ewropej EN 61162-1: 2008, EN 61162-2: 1998 u N 61162-3: 2008.

3. Għandu jiġi pprovdut swiċċ għal allarm estern. Is-swiċċ għandu jkun installat bħala swiċċ li jaqta' insulazzjoni galvanika għall-indikatur.

L-allarm estern għandu jinxtegħel permezz ta’ għeluq ta’ kuntatt:


  • jekk l-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar ikun diskonness; jew

  • jekk l-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar ma jkunx fl-operat; jew

  • jekk il-mezz ta' kontroll tal-operat ikun irreaġixxa bħala riżultat ta' żball eċċessiv (l-Artikolu 3.06).

KAPITOLU 5

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar u l-proċeduri għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar

Artikolu 5.01
Is-sikurezza, il-kapaċità ta’ tagħbija u l-kompatibbiltà elettromanjetika

Il-provvista tal-enerġija, is-sikurezza, l-interferenza reċiproka ta’ tagħmir abbord il-bastiment, id-distanza sikura tal-boxxla, ir-reżistenza għal influwenzi klimatiċi, is-saħħa mekkanika, l-impatt ambjentali u l-emissjoni tal-ħoss li jinstema’ u l-konformità elettromanjetika għandhom jiġu ttestjati skont l-Istandard Ewropew EN 60945:2002.



Artikolu 5.02
L-emissjonijiet artifiċjali

L-emissjonijiet artifiċjali għandhom jitkejlu skont l-Istandard Ewropew EN 60945:2002 fil-medda ta’ frekwenza ta’ 30 sa 2000 MHz.

Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2.02 (2) għandhom jiġu ssodisfati.

Artikolu 5.03
Il-proċedura tat-test

1. L-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar għandhom jiġu ttestjati taħt kundizzjonijiet nominali u estremi ta’ operat. F’dan ir-rigward, l-influwenza tal-vultaġġ tal-operat u tat-temperatura ambjentali għandha tiġi ttestjata sal-valur limitu preskritt.

Barra minn hekk, it-transmiters tar-radju għandhom jintużaw biex joħolqu il-massimu tal-kampijiet manjetiċi fil-viċinanza tal-indikaturi.

2. Taħt il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, l-iżbalji tal-indikatur għandhom jibqgħu fit-tolleranzi indikati fl-Anness.

3. Ir-rekwiżiti minimi kollha tal-Kapitoli 2 sa 4 għandhom jiġu ssodisfati.

Appendiċi

Figura 1: It-tolleranzi massimi għall-iżbalji ta’ indikazzjoni tal-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar



Parti III
Ir-rekwiżiti għat- Testijiet ta’ Installazzjoni u ta’ Prestazzjoni
Għat-Tagħmir tar-Radar u l-Indikaturi tar-Rata Tal-Ikkwartjar
Użati Abbord Bastimenti tal-Passaġġi fuq l-Ilma Interni

Werrej

Artikolu 1 – Ġenerali

Artikolu 2 – L-aġenziji speċjalizzati approvati

Artikolu 3 – Ir-rekwiżiti għall-provvista tal-enerġija abbord

Artikolu 4 – L-installazzjoni tal-antenna tar-radar

Artikolu 5 – L-installazzjoni tal-unità tal-wiri u tal-unità tal-kontroll

Artikolu 6 – L-installazzjoni tal-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar

Artikolu 7 – L-installazzjoni tas-senser tal-pożizzjoni

Artikolu 8 – It-test tal-installazzjoni u tal-prestazzjoni

Artikolu 9 – Iċ-ċertifikat tal-installazzjoni u tal-prestazzjoni

Artikolu 1
Ġenerali

1. It-testijiet tal-installazzjoni u tal-prestazzjoni tas-sistemi tat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar u tal-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2. Huwa biss it-tagħmir approvat

b’approvazzjoni tat-tip skont

l-Artikolu 6 tal-Parti I(aa) jew

l-Artikolu 1.05 tal-Parti II(bb)

jew


u

  • li jkollu numru ta’ approvazzjoni tat-tip korrispondenti

li għandu jkun awtorizzat għall-installazzjoni.

Artikolu 2
L-aġenziji speċjalizzati approvati

1. L-installazzjoni, il-bdil, it-tiswija jew il-manutenzjoni tat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar u tal-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar għandhom jitwettqu biss minn aġenziji speċjalizzati approvati mill-awtorità kompetenti.

2. L-approvazzjoni tista’ tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti.

3. L-awtorità kompetenti għandha tinforma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn dwar l-aġenziji speċjalizzati li hija tkun approvat.



Artikolu 3
Ir-rekwiżiti għall-provvista tal-enerġija abbord

Il-wajers kollha tal-provvista tal-enerġija għat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar u l-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar għandu jkollhom il-mezzi ta’ sikurezza separati tagħhom u, jekk possibbli, ikunu tali li ma jistgħux jiffunzjonaw ħażin ('fail-safe').



Artikolu 4
L-installazzjoni tal-antenna tar-radar

1. L-antenna tar-radar għandha tkun installata l-eqreb possibbli għal-linja tal-pruwa u l-poppa. Ma għandu jkun hemm l-ebda tfixkil fil-viċinanzi tal-antenna li joħloq eki foloz jew dellijiet mhux mixtieqa; jekk ikun meħtieġ, l-antenna għandha tkun immuntata fuq il-kassru tal-pruwa. Il-muntaġġ u t-twaħħil tal-antenna tar-radar fil-pożizzjoni operattiva tagħha għandhom ikunu stabbli biżżejjed biex jippermettu li t-tagħmir tar-radar jopera fil-limiti ta’ preċiżjoni mitluba.

2. Wara li l-iżball angolari fil-muntaġġ ikun ġie kkoreġut u t-tagħmir ikun inxtegħel, id-differenza bejn is-sinjal li juri l-pruwa fil-boxxla u l-linja tal-pruwa u l-poppa ma għandhiex tkun akbar minn 1 °.

Artikolu 5
L-installazzjoni tal-unità tal-wiri u tal-unità tal-kontroll

1. L-unità tal-wiri u l-unità tal-kontroll għandhom ikunu installati fil-kabina tat-tmunier b’tali mod li l-evalwazzjoni tal-istampa tar-radar u l-operat tat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar ma jippreżentaw l-ebda diffikultà. L-orjentazzjoni ażimutali tal-istampa tar-radar għandha tkun skont is-sitwazzjoni normali tal-inħawi. Il-kontenituri u l-konsols li jistgħu jiġu aġġustati għandhom ikunu kkostruwiti f’tali mod li jistgħu jiġu ffissati f’kull pożizzjoni ħielsa mill-vibrazzjoni.

2. Matul in-navigazzjoni bir-radar, id-dawl artifiċjali ma għandux ikun rifless fid-direzzjoni tal-operatur tar-radar.

3. Meta l-unità tal-kontroll ma tkunx parti mill-unità tal-wiri, hija għandha titqiegħed f’post magħluq sa metru (1) 'l bogħod mill-unità tal-wiri. Il-mezzi ta' kontroll mill-bogħod u mingħajr wajers ma għandhomx ikunu permessi.

4. Jekk jiġu installati indikaturi sekondarji, huma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li japplikaw għat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar.

Artikolu 6
L-installazzjoni tal-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar

1. L-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar għandu jkun jinsab 'il quddiem mit-tmunier u fil-firxa tal-viżjoni tiegħu.

2. Is-sistema tas-sensers għandha tkun installata kemm jista’ jkun imbiegħda f’nofs il-bastiment, orizzontali u allinjata mal-linja tal-pruwa u tal-poppa tal-bastiment. Il-post tal-installazzjoni għandu jkun kemm jista’ jkun ħieles mill-vibrazzjoni u jkun suxxettibbli biss għall-varjazzjonijiet modesti tat-temperatura. Jekk possibbli, l-unità tal-indikatur għandha tkun installata direttament fuq l-unità tar-radar.

3. Jekk jiġu installati indikaturi sekondarji, huma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li japplikaw għall-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar.



Artikolu 7
L-installazzjoni tas-senser tal-pożizzjoni

Għat-tagħmir ECDIS intern li jitħaddem f’modalità ta’ navigazzjoni, is-sensur tal-pożizzjoni (eż. antenna DGPS) għandu jkun installat b’tali mod li jiżgura li jopera bl-akbar grad possibbli ta’ preċiżjoni u li ma jkunx affettwat ħażin minn sovrastrutturi u tagħmir ta’ trażmissjoni abbord il-bastiment.



Artikolu 8
It-test tal-installazzjoni u tal-prestazzjoni

Qabel ma t-tagħmir jinxtegħel għall-ewwel darba wara l-installazzjoni, jew wara tiġdid jew estensjonijiet taċ-ċertifikat tal-UE (għajr skont l-Artikolu 2.09(2) tal-Anness II), kif ukoll wara kull modifika tal-bastiment li x’aktarx taffettwa l-kundizzjonijiet tal-operat tat-tagħmir, għandu jsir test tal-installazzjoni u tal-prestazzjoni mill-awtorità kompetenti jew mis-servizz tekniku magħżul mill-awtorità kompetenti jew minn aġenzija awtorizzata skont l-Artikolu 2. Għal dan il-għan, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-provvista tal-enerġija għandu jkollha apparat ta' sikurezza separat;


  • il-vultaġġ tal-operat għandu jkun fi ħdan it-tolleranza;

  • il-wajers u l-installazzjoni għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness II u, jekk applikabbli, tal-ADN;

  • ir-rata tar-rotazzjonijiet tal-antenna għandha tkun mill-inqas 24 rpm;

  • ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu fil-viċinanza tal-antenna li tfixkel in-navigazzjoni;

  • is-swiċċ tas-sikurezza tal-antenna, jekk ikun ipprovdut, għandu jkun jaħdem sew;

  • l-arranġament tal-unitajiet tal-wiri, tal-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar u tal-unitajiet tal-kontroll għandu jkun ergonomiku u faċli biex jintuża;

  • is-sinjal li juri l-pruwa fil-boxxla tat-tagħmir tar-radar għan-navigazzjoni ma għandux jiddevja b'aktar minn grad (1 ) mil-linja tal-pruwa u l-poppa

  • il-preċiżjoni tal-firxa u l-unitajiet ażimutali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti (kejl b'użu ta' miri magħrufa);

  • il-linearità f'firxiet qosra għandha tkun korretta (imbuttar u ġbid);

  • il-firxa minima rrappreżentata għandha tkun 15-il metru jew inqas;

  • iċ-ċentru tal-istampa għandu jkun viżibbli u d-dijametru tiegħu ma għandux jaqbeż il-1 mm;

  • l-eki foloz ikkawżati minn riflessjonijiet u dellijiet mhux mixtieqa fuq is-sinjal li juri l-pruwa fil-boxxla ma għandhomx jidhru jew ma għandhomx ifixklu s-sikurezza tan-navigazzjoni;

  • is-suppressuri tal-interferenzi mill-baħar u mix-xita (STC u FTC issettjati minn qabel) u l-mezzi ta’ kontroll assoċjati għandhom jaħdmu b’mod korrett;

  • l-aġġustament tal-gwadann għandu jaħdem b'mod korrett;

  • il-fokus u d-definizzjoni tal-istampa għandhom ikunu korretti;

  • id-direzzjoni tal-ikkwartjar tal-bastiment għandha tkun kif indikata fuq l-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar u l-pożizzjoni żero tan-navigazzjoni dritta bil-quddiem għandha tkun korretta;

  • it-tagħmir tar-radar għan-navigazzjoni ma għandux ikun sensittiv għal trasmissjonijiet mit-tagħmir tar-radju tal-bastiment jew għal interferenzi minn sorsi oħrajn abbord;

  • it-tagħmir tar-radar għan-navigazzjoni jew l-indikatur tar-rata tal-ikkwartjar ma għandux jinterferixxi ma’ tagħmir ieħor abbord.

Barra minn hekk, fil-każ ta’ tagħmir ECDIS intern:

  • l-iżball pożizzjonali statistiku li jaffettwa l-karta ma għandux jeċċedi 2 m;

  • l-iżball tal-angolu tal-fażi statistika li jaffettwa l-karta ma għandux jaqbeż 1. 

Artikolu 9
Iċ-ċertifikat tal-installazzjoni u tal-prestazzjoni

Wara li t-test jintemm b’suċċess skont l-Artikolu 8, l-awtorità kompetenti, is-servizz tekniku jew l-aġenzija approvata għandhom joħorġu ċertifikat ibbażat fuq il-mudell skont il-Parti IV. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm abbord b’mod permanenti.

Jekk il-kundizzjonijiet tat-test ma jkunux ġew issodisfati, għandha titfassal lista ta’ difetti. Kwalunkwe ċertifikat eżistenti għandu jiġi rtirat jew jintbagħat lill-awtorità kompetenti mis-servizz tekniku jew l-aġenzija approvata.

Parti IV

(mudell)


Iċ-Ċertifikat ta' Installazzjoni u ta' Prestazzjoni
Għall-Installazzjonijiet Tan-Navigazzjoni Bir-Radar U Għall-Indikaturi Tar-Rata Tal-Ikkwartjar Użati Abbord Bastimenti Tal-Passaġġi Fuq L-Ilma Interni

Isem/tip ta’ bastiment: ………………………………………………………………………

Numru ta' Identifikazzjoni tal-Bastimenti Ewropej: ……………………………………………………..

Sid il-bastiment: ………………………………………………………………

Isem: ………………………………………………………………………………

Indirizz: ………………………………………………………………………………

_______________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

Tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar Numru: ………………..

Nru tal-oġġett

Tip

Manifattur

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

Numru tas-serje
















Indikatur tar-rata tal-ikkwartjar Numru: ………………..

Nru tal-oġġett

Tip

Manifattur

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

Numru tas-serje
















Huwa b’dan iċċertifikat li t-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar u l-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar ta’ dan il-bastiment jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Parti III tal-Anness IX ta' din id-Direttiva fir-rigward tat-testijiet ta’ installazzjoni u ta’ prestazzjoni tas-sistemi tan-navigazzjoni bir-radar u tal-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar użati abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

Aġenzija speċjalizzata/Servizz tekniku/Awtorità kompetenti approvat(a) (*)

Isem: ………………………………………………………………………………………

Indirizz: ………………………………………………………………………………………

Timbru/Siġill Post ……………….. Data …………………….

Firma

_______________________________________________________________________________________________________________________



(*) Ingassa dak li mhuwiex applikabbli

Parti V

(mudell)

1   ...   24   25   26   27   28   29   30   31   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət