Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə29/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   ...   24   25   26   27   28   29   30   31   32
Parti IX

L-approvazzjonijiet tat-tip ekwivalenti

L-approvazzjonijiet tat-tip fir-Riżoluzzjoni 2010-II-27 tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu tad-9 ta’ Diċembru 2010



Appendiċi VII

L-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord

- Il-proċedura tat-Test -

1 Ġenerali

1.1 Il-kwistjonijiet Fundamentali

L-ispeċifikazzjoni tat-test għandha tintuża sabiex tiġi vverifikata l-adegwatezza tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord fuq il-bastimenti tal-passiġġieri.

F’din il-proċedura, il-proċess u t-teknoloġija użata tat-trattament għandhom jiġu eżaminati u approvati permezz ta’ impjant tat-test. Il-konformità tal-impjant tat-test mal-impjanti tat-trattament fis-servizz aktar tard tiġi żgurata bl-applikazzjoni ta’ kriterji identiċi tad-disinn u tad-dimensjonar.

1.2. Ir-responsabbiltà u s-sit tat-test

L-impjant tat-test għal firxa ta’ tipi ta’ impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord għandu jiġi ttestjat minn servizz tekniku. Il-kundizzjonijiet tat-test fis-sit tat-test huma r-responsabbiltà tas-servizz tekniku u għandhom jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet speċifikati hawnhekk.

1.3 Id-dokumenti li għandhom jitressqu

It-test għandu jitwettaq abbażi tad-dokument ta’ informazzjoni skont l-Appendiċi VI, il-Parti II.

1.4 L-ispeċifikazzjonijiet tad-dimensjonar tal-impjant

L-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord għandhom jiġu dimensjonati u ddisinjati b’mod li l-valuri tal-limitu speċifikati fl-Artikolu 14a.02(2), it-Tabelli 1 u 2 fil-ħruġ tagħhom ma jinqabżux waqt l-operat tagħhom.

2 MIŻURI PREPARATORJI GĦALL-ITTESTJAR

2.1 Ġenerali

Qabel il-bidu tat-test, il-manifattur għandu jipprovdi lis-servizz tekniku l-ispeċifikazzjonijiet strutturali u dawk tal-proċess tal-impjant tat-test, li għandhom jinkludu sett komplut ta’ tpinġijiet u kalkoli ta’ sostenn skont l-Appendiċi VI, il-Parti II, u għandu jipprovdi informazzjoni sħiħa dwar ir-rekwiżiti tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord f’termini ta’ stallazzjoni, tħaddim u manutenzjoni. Il-manifattur għandu jipprovdi lis-servizz tekniku b’informazzjoni dwar is-sikurezza mekkanika, elettrika u teknika tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jkun se jiġi ttestjat.

2.2 L-installazzjoni u t-tqegħid fis-servizz

Għall-iskop tat-test, il-manifattur għandu jinstalla l-impjant tat-test b’mod li jikkorrispondi mal-kundizzjonijiet maħsuba tal-installazzjoni abbord il-bastimenti tal-passiġġieri. Qabel l-ittestjar, il-manifattur irid jarma l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord u jħaddmu. It-tqabbid irid ikun skont l-istruzzjonijiet għat-tħaddim ipprovduti mill-manifattur u għandu jiġi ċċekkjat mis-servizz tekniku.

2.3 Il-fażi ta’ tħaddim inizjali

Il-manifattur għandu jinnotifika lis-servizz tekniku dwar it-tul ta' żmien nominali tal-fażi ta’ tħaddim inizjali sat-tħaddim normali f’ġimgħat. Il-manifattur għandu jispeċifika l-punt meta l-fażi ta’ tħaddim inizjali titqies bħala kompluta u jkun jista’ jibda l-ittestjar.

2.4 Il-karatteristiċi tad-dħul

Għall-ittestjar tal-impjant tat-test għandu jintuża drenaġġ domestiku mhux ipproċessat. Il-karatteristiċi tad-dħul fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu għandhom jinkisbu mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur dwar id-dimensjonar tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord skont l-Appendiċi VI, il-Parti II billi jiġi ffurmat il-kwozjent għar-rata ta’ fluss tas-sustanzi organiċi fil-forma ta’ tagħbija ta’ BOD5 f’kg/d u r-rata ta’ fluss iddisinjata tad-drenaġġ Qd f’m³/d. Il-karatteristiċi tad-dħul għandhom jiġu stabbiliti skont dan mill-korp ta’ spezzjoni.

Formula 1 - Il-kalkolu tal-karatteristiċi tad-dħul

Jekk l-applikazzjoni tal-formula 1 tirriżulta f’konċentrazzjoni medja aktar baxxa ta’ BOD5 ta’ inqas minn medja ta' CBOD5 = 500 mg/l, għandha tiġi ssettjata konċentrazzjoni medja ta’ BOD5 fl-ilma tad-dħul ta’ CBOD5,min = 500 mg/l.

Is-servizz tekniku ma għandux jgħaddi d-drenaġġ mhux ipproċessat tad-dħul f'magna tat-tħin. It-tneħħija tar-ramel (eż. permezz ta’ filtru) hija permissibbli).

3. Il-proċedura tat-test

3.1 Il-fażijiet ta’ tagħbija u l-alimentazzjoni idrawlika

Il-perjodu tat-test għandu jinkludi 30 ġurnata ta’ ttestjar. L-impjant tat-test għandu jiġi alimentat fil-kamp tat-test bi drenaġġ domestiku skont it-tagħbija speċifikata fit-Tabella 1. Għandhom jiġu koperti diversi fażijiet ta’ tagħbija, bis-sekwenza tat-test tikkunsidra l-fażijiet ta’ tagħbija normali u l-fażijiet ta’ tagħbija speċjali bħal tagħbija żejda, tagħbija nieqsa u operazzjoni ta’ modalità “stand-by”. It-tul ta’ kull fażi ta’ tagħbija (għadd ta’ ġranet tat-test) huwa stabbilit fit-Tabella 1. It-tagħbija idrawlika medja ta’ kuljum għal kull fażi ta’ tagħbija għandha tiġi ssettjata skont it-Tabella 1. Il-konċentrazzjoni medja ta’ sustanzi li jniġġsu, li għandha tiġi ssettjata skont il-punt 2.4, għandha tinżamm kostanti.



Tabella 1: Konfigurazzjonijiet tat-tagħbija għal kull fażi ta’ tagħbija

Fażi

Għadd ta’ ġranet tat-test

Tagħbija idrawlika ta’ kuljum

Konċentrazzjoni tas-sustanzi li jniġġsu

Tagħbija normali

20 ġurnata

Qd

CBOD5 skont il-punt 2.4

Tagħbija żejda

3 ġurnata

1,25 Qd

CBOD5 skont il-punt 2.4

Tagħbija nieqsa

3 ġurnata

0,5 Qd

CBOD5 skont il-punt 2.4

Modalità “stand-by”

4 ijiem

Ġurnata Nru 1 u ġurnata nru 2: Qd= 0

Ġurnata Nru 3 u ġurnata nru 4: Qd



CBOD5 skont il-punt 2.4

Il-fażijiet ta’ tagħbija speċjali ta’ tagħbija eċċessiva, tagħbija nieqsa u operazzjoni f'modalità “stand-by” għandhom jitwettqu wara xulxin mingħajr interruzzjoni; il-fażi tat-tagħbija normali għandha tinqasam f’diversi fażijiet parzjali. It-test għandu jibda u jintemm b’fażi ta’ tagħbija normali, b’tul ta’ mill-anqas ħamest iġranet f’kull każ.

Għandhom jiġu ssettjati idrogrammi tal-alimentazzjoni idrawlika, skont it-tħaddim speċifikat tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord. L-idrograff tal-alimentazzjoni idrawlika ta’ kull ġurnata għandu jintgħażel skont il-kunċett tat-tħaddim tal-impjant għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord. Għandha ssir distinzjoni skont jekk l-impjant tat-trattament abbord għandux jitħaddem b’tank tal-ħżin tad-drenaġġ lejn għajn ix-xmara fi ħdanu jew mingħajru. L-idrograffi tal-alimentazzjoni (idrograffi ta’ kull ġurnata) huma murija fil-Grafika 1 u fil-Grafika 2.

Tul il-perjodu sħiħ tat-test, id-dħul ta’ kull siegħa jrid jibqa’ kostanti. Ir-rata ta’ fluss volumetriku medju ta’ drenaġġ kull siegħa Qh,mean hija ekwivalenti għal 1/24 tat-tagħbija idrawlika ta’ kuljum skont it-Tabella 1. Id-dħul għandu jitkejjel b’mod kontinwu mis-servizz tekniku. L-idrograff ta’ kuljum trid tinżamm f’tolleranza ta’ ± 5 %.

Grafika 1: Idrograff ta’ kuljum għall-alimentazzjoni ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord b’tank tal-ħżin tad-drenaġġ lejn għajn ix-xmara fi ħdanu



Grafika 2: Idrograff għall-alimentazzjoni ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord mingħajr tank tal-ħżin tad-drenaġġ lejn għajn ix-xmara fi ħdanu

3.2 L-interruzzjoni jew il-kanċellazzjoni tat-test

Jista’ jkun meħtieġ li jiġi interrott it-test jekk l-impjant ma jkunx jista’ jitħaddem sewwa aktar minħabba qtugħ fl-elettriku jew il-funzjoni ħażina ta’ submuntatura. It-test jista’ jiġi interrott għat-tul tat-tiswija. F’każijiet bħal dawn ma jkunx hemm bżonn jiġi ripetut it-test kollu, iżda l-fażi tat-tagħbija biss li fiha tkun seħħet il-funzjoni ħażina tas-submuntatura.

Wara li t-test jiġi interrott għat-tieni darba, is-servizz tekniku għandu jiddeċiedi jekk it-test ikunx jista’ jitkompla jew ikunx irid jiġi kkanċellat. Ir-raġuni għad-deċiżjoni trid tiġi ddikjarata u ddokumentata fir-rapport dwar it-test. Jekk it-test jiġi kkanċellat, huwa jrid jiġi ripetut b’mod sħiħ.

3.3 L-eżamijiet tal-effiċjenza tat-tisfija u l-konformità mal-valuri tal-limitu tal-ħruġ

Is-servizz tekniku għandu jieħu kampjuni mid-dħul għall-impjant tat-test u janalizzahom sabiex jikkonferma l-konformità mal-karatteristiċi tad-dħul. Għandhom jittieħdu kampjuni tad-drenaġġ mill-ħruġ tal-impjant tat-test u jiġu analizzati sabiex tiġi stabbilita l-effiċjenza tat-tisfija u l-konformità mal-valuri tal-limitu meħtieġa tal-ħruġ. Il-kampjunar imwettaq għandu jinkludi kemm kampjuni aleatorji sempliċi kif ukoll kampjuni komposti ta’ 24 siegħa. Fil-każ tal-kampjuni komposti ta’ 24 siegħa, jista’ jitwettaq jew ġbir tal-kampjuni proporzjonali mal-ħin jew ġbir tal-kampjuni proporzjonali mal-fluss. It-tip ta’ kampjun kompost ta’ 24 siegħa għandu jiġi speċifikat mill-korp ta’ spezzjoni. Il-ġbir tal-kampjuni fid-dħul u fil-ħruġ għandu jitwettaq fl-istess ħin u fl-istess livell.

Minbarra l-parametri ta’ kontroll BOD5, COD u TOC, għandhom jitkejlu l-parametri li ġejjin għad-dħul u l-ħruġ sabiex jiġu deskritti u rappreżentati l-kundizzjonijiet ambjentali u tat-test:



  • is-solidi li jistgħu jitneħħew permezz tal-filtrazzjoni (SRF);

  • pH;

  • il-konduttività;

  • it-temperatura tal-fażijiet likwidi.

L-għadd ta’ eżamijiet ivarja skont il-fażi rilevanti ta’ tagħbija u huwa stabbilit fit-Tabella 2. L-għadd ta’ teħid tal-kampjuni jirrigwarda d-dħul jew il-ħruġ tal-impjant tat-test.

Tabella 2: Speċifikazzjoni tal-għadd u l-perjodu ta' żmien tal-kampjuni meħuda fid-dħul u fil-ħruġ tal-impjant tat-test

Fażi ta’ tagħbija

Għadd ta’ ġranet tat-test

Għadd ta' teħid ta' kampjuni

Speċifikazzjoni tal-perjodu ta' żmien tat-teħid tal-kampjuni

Tagħbija normali

20 ijiem

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa: 8
Kampjuni aleatorji: 8

Teħid ta’ kampjuni f’intervalli regolari matul il-perjodu

Tagħbija żejda

3 ijiem

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa: 2
Kampjuni aleatorji: 2

Teħid ta’ kampjuni f’intervalli regolari matul il-perjodu

Tagħbija nieqsa

3 ijiem

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa: 2
Kampjuni aleatorji: 2

Teħid ta’ kampjuni f’intervalli regolari matul il-perjodu

Modalità “stand-by”

4 ijiem

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa: 2
Kampjuni aleatorji: 2

Kampjun kompost ta’ 24 siegħa: Teħid ta’ kampjun wara li jinxtegħel id-dħul u 24 siegħa wara.
Kampjun aleatorju: siegħa (1) wara li jinxtegħel id-dħul u 24 siegħa wara.

Għadd totali ta’ kampjuni komposti ta’ 24 siegħa: 14 Għadd totali ta’ kampjuni aleatorji: 14

Fejn applikabbli, għandhom jitkejlu wkoll il-parametri tat-tħaddim li ġejjin mill-kampjuni aleatorji meħuda:

  • konċentrazzjoni ta’ ossiġnu maħlul fil-bijoreattur

  • il-kontenut ta’ materja niexfa fil-bijoreattur;

  • it-temperatura fil-bijoreattur;

  • it-temperatura ambjentali;

  • parametri oħra tat-tħaddim skont l-istruzzjonijiet għat-tħaddim ipprovduti mill-manifattur.

3.4 L-evalwazzjoni tal-eżamijiet

Sabiex tiġi ddokumentata l-effiċjenza determinata tat-tisfija u sabiex tiġi ċċekkjata l-aderenza mal-valuri tal-limitu tal-proċessi, għandhom jiġu speċifikati l-valur minimu tal-kampjun (Min), il-valur massimu tal-kampjun (Mass) u l-medja aritmetika (Medja) kif ukoll ir-riżultati tal-kejl individwali għall-parametri ta’ kontroll BOD5, COD u TOC.

Il-fażi tat-tagħbija għandha tingħata wkoll il-valur massimu tal-kampjun. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu għall-fażijiet kollha tat-tagħbija b’mod konġunt. Ir-riżultati għandhom jiġu pproċessati kif jidher fit-tabella li ġejja:

Tabella 3a: Speċifikazzjoni għall-ipproċessar statistiku tad-dejta miġbura — evalwazzjoni sabiex tiġi ddokumentata l-konformità mal-valuri tal-limitu tal-ħruġ



Parametru

Tip ta’ kampjunar

Għadd ta’ testijiet li jilħqu l-valuri tal-limitu

Medja

Min

Mass

Valur

Fażi

BOD5 tad-dħul

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa

--80













BOD5 tal-ħruġ

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa
















BOD5 tad-dħul

kampjuni aleatorji

--













BOD5 tal-ħruġ

kampjuni aleatorji
















COD fid-dħul

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa

--













COD fil-ħruġ

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa
















COD fid-dħul

kampjuni aleatorji

--













COD fil-ħruġ

kampjuni aleatorji
















TOC fid-dħul

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa

--













TOC fil-ħruġ

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa
















TOC fid-dħul

kampjuni aleatorji

--













TOC fil-ħruġ

kampjuni aleatorji
















SRF fid-dħul

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa

--













SRF fil-ħruġ

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa
















SRF fid-dħul

kampjuni aleatorji

--













SRF fil-ħruġ

kampjuni aleatorji
















Tabella 3b Speċifikazzjoni għall-ipproċessar statistiku tad-dejta miġbura – evalwazzjoni sabiex tiġi ddokumentata l-effiċjenza tat-tisfija

Parametru

Tip ta’ kampjunar

Medja

Min

Mass

Effikaċja tal-eliminazzjoni BOD5

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa










Effikaċja tal-eliminazzjoni BOD5

Kampjuni aleatorji










Effiċjenza tal-eliminazzjoni COD

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa










Effiċjenza tal-eliminazzjoni COD

Kampjuni aleatorji










Effiċjenza tal-eliminazzjoni TOC

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa










Effiċjenza tal-eliminazzjoni TOC

Kampjuni aleatorji










Effiċjenza tal-eliminazzjoni SRF

Kampjuni komposti ta’ 24 siegħa










Effiċjenza tal-eliminazzjoni SRF

Kampjuni aleatorji










Il-parametri li jifdal skont 3.3(b) sa (d) u l-parametri tat-tħaddim skont 3.3 għandhom jiġu ppreżentati fil-qosor f’tabella li tispeċifika r-riżultat minimu tal-kampjun (Min), ir-riżultat massimu tal-kampjun (Mass) u l-medja aritmetika (Medja).

3.5 Il-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 14a

Il-valuri tal-limitu skont l-Artikolu 14a.02(2), it-Tabelli 1 u 2 għandhom jitqiesu li ġew irrispettati, meta kull valur għall-parametri COD, BOD5 u TOC:

(a) il-valuri medji mit-total ta’ 14-il kampjun tal-ħruġ, u

(b) tal-anqas 10 mit-total ta’ 14-il kampjun tal-ħruġ ma jaqbżux il-valuri tal-limitu speċifikati għall-kampjuni komposti ta’ 24 siegħa u għall-kampjuni aleatorji.

3.6 It-tħaddim u l-manutenzjoni waqt l-ittestjar

Matul il-ħin kollu tal-ittestjar, l-impjant tat-test għandu jitħaddem skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. Il-kontrolli ta’ rutina u x-xogħol ta’ manutenzjoni għandhom jitwettqu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur għat-tħaddim u l-manutenzjoni. Il-ħama żejjed iġġenerat mill-proċess tat-tisfija bijoloġika jista’ jitneħħa mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord biss jekk dan ikun speċifikat mill-manifattur fl-istruzzjonijiet tiegħu għat-tħaddim u l-manutenzjoni. Ix-xogħlijiet kollha ta’ manutenzjoni li jitwettqu għandhom jiġu rreġistrati mis-servizz tekniku u dokumentati fir-rapport dwar it-test. Waqt it-test, l-ebda persuna mhux awtorizzata ma jista’ jkollha aċċess għall-impjant tat-test.

3.7 Analiżi tal-kampjuni / metodu tal-analiżi

Il-parametri li għandhom jiġu studjati għandhom jiġu analizzati bl-użu ta’ proċeduri standard approvati. Għandha tiġi speċifikata l-proċedura standard applikata.

4 Ir-rapport tat-test

4.1 Il-korp ta’ spezzjoni huwa meħtieġ li jikkompila rapport dwar it-test tat-tip li jkun wettaq. Huwa għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) dettalji dwar l-impjant ittestjat, pereżempju t-tip tiegħu, informazzjoni dwar it-tagħbija nominali ta' kuljum ta’ sustanzi li jniġġsu u l-prinċipji tad-dimensjonar applikati mill-manifattur;

(b) informazzjoni dwar il-konformità tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord ittestjat, mad-dokumentazzjoni pprovduta qabel l-ittestjar;

(c) informazzjoni dwar riżultati ta’ kejl individwali, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-effiċjenza tat-tisfija tal-impjant u l-konformità mal-valuri tal-limitu meħtieġa tal-ħruġ;

(d) dettalji dwar it-tneħħija tal-ħama żejjed, bħad-daqs tal-volumi mneħħija u l-frekwenza tat-tneħħija;

informazzjoni dwar ix-xogħol kollu ta’ tħaddim, manutenzjoni u tiswija mwettaq waqt l-ittestjar;

(e) informazzjoni dwar kwalunkwe deterjorament fil-kwalità tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jkun seħħ waqt l-ittestjar kif ukoll dwar kwalunkwe interruzzjoni tal-ittestjar;

(f) informazzjoni dwar kwalunkwe problema li tinqala’ waqt l-ittestjar;

(g) lista ta’ persuni responsabbli involuti fl-ittestjar tat-tip tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord, billi jingħataw l-ismijiet u t-titli tax-xogħol tagħhom;

(h) l-isem u l-indirizz tal-laboratorju li wettaq l-analiżi tal-kampjuni tad-drenaġġ;

(i) il-metodi ta’ analiżi li ġew applikati.

Eżempji tas-sekwenzi tat-test

Eżempju 1



Eżempju 2



DE

EN

Normallast

Tagħbija normali

Überlast

Tagħbija żejda

Unterlast

Tagħbija nieqsa

Modalità 'stand-by'

Modalità “stand-by”

Hydraulische Belastung Qd

Tagħbija idrawlika Qd

Tag

Jum

Noti dwar id-determinazzjoni tad-domanda bijokimika għall-ossiġenu wara

ħamest ijiem (BOD5) f'kampjuni komposti ta' 24 siegħa

L-Istandards Internazzjonali ISO 5815 u 5815-2: 2003 jistipulaw li sabiex titwettaq l-analiżi biex tiġi stabbilita d-domanda bijokimika għall-ossiġnu wara ħamest ijiem, il-kampjuni tal-ilma għandhom jinħażnu immedjatament wara t-teħid tal-kampjuni u sal-mument tal-analiżi fi flixkun mimli sax-xifer, issiġillat tajjeb, f’temperatura ta’ 0–4 °C. Il-proċess sabiex tiġi determinata l-BOD5 għandu jinbeda kemm jista’ jkun malajr jew tal-anqas fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mit-tlestija tat-teħid tal-kampjuni.

Sabiex jiġi evitat li jibdew proċessi ta’ degradazzjoni bijokimika fil-kampjun kompost ta’ 24 siegħa, fil-prattika il-kampjun tal-ilma jitkessaħ sa massimu ta’ 4 °C filwaqt li jitkompla t-teħid tal-kampjuni, u jinħażen f’din it-temperatua ladarba jintemm il-proċess tat-teħid tal-kampjuni.

Tagħmir xieraq għat-teħid tal-kampjuni huwa disponibbli b’mod kummerċjali.



Appendiċi VIII

It-tagħmir tar-radar u indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar użati
abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni


Kontenut

Id-definizzjonijiet



1   ...   24   25   26   27   28   29   30   31   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət