Ana səhifə

Direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill


Yüklə 4.63 Mb.
səhifə3/32
tarix26.06.2016
ölçüsü4.63 Mb.
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   32
PARTI III

KAPITOLU 23

IT-TAGĦMIR TAL-BASTIMENTI FIR-RIGWARD TAL-EKWIPAĠĠ

Artikolu 23.01 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.02 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.03 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.04 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.05 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.06 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.07 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.08 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.09 — It-tagħmir tal-bastimenti

Artikolu 23.10 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.11 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.12 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.13 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.14 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 23.15 — (Jitħalla vojt)

PARTI IV

KAPITOLU 24

ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 24.01 — L-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tranżitorji għall-inġenji li diġà qegħdin fis-servizz

Artikolu 24.02 — Id-derogi għall-inġenji li diġà qegħdin fis-servizz

Artikolu 24.03 — Id-derogi għall-inġenji li tvaraw fl-1 ta' April 1976 jew qabel

Artikolu 24.04 — Derogi oħra

Artikolu 24.05 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 24.06 — Id-derogi għall-inġenji mhux koperti mill-Artikolu 24.01

Artikolu 24.07 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 24.08 — Id-dispożizzjoni tranżitorja applikabbli għall-Artikolu 2.18



KAPITOLU 24a

ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI GĦALL-INĠENJI LI MHUMIEX JINNAVIGAW FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA TAŻ-ŻONA R

Artikolu 24a.01 — L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji għall-inġenji li diġà qegħdin fis-servizz u l-validità taċ-ċertifikati ta' qabel tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Artikolu 24a.02 — Id-derogi għall-inġenji li diġà qegħdin fis-servizz

Artikolu 24a.03 — Id-derogi għall-inġenji li tvaraw qabel l-1 ta' Jannar 1985

Artikolu 24a.04 — (Jitħalla vojt)

Artikolu 24a.05 — Id-dispożizzjoni tranżitorji applikabbli għall-Artikolu 2.18

APPENDIĊI I — IS-SINJALI TAS-SIKUREZZA

APPENDIĊI II — L-ISTRUZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

APPENDIĊI III — IL-MUDELL TAN-NUMRU UNIKU TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENTI EWROPEJ

APPENDIĊI IV — Id-Dejta għall-Identifikazzjoni ta' Bastiment

APPENDIĊI V — IL-PROTOKOLL DWAR IL-PARAMETRI TAL-MAGNA

APPENDIĊI VI — L-IMPJANTI TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ ABBORD — DISPOŻIZZJONIJIET SUPPLIMENTARI U MUDELLI TAĊ-ĊERTIFIKATI

APPENDIĊI VII - L-IMPJANTI TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ ABBORD — IL-PROĊEDURA TAT-TEST

APPENDIĊI VIII — Ir-rekwiżiti applikabbli għas-sinjali tad-dwal, l-installazzjonijiet tar-radar u l-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar

PARTI I

KAPITOLU 1

ĠENERALI

Artikolu 1.01
Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:



Tipi ta' inġenji

1. "inġenju": bastiment jew oġġett ta' tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma;

2. “bastiment”: bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew bastiment tat-tbaħħir;

3. "bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni": bastiment maħsub biss jew prinċipalment għan-navigazzjoni fil-passaġġi fuq l-ilma interni;

4. "bastiment tat-tbaħħir": bastiment iċċertifikat għas-servizz tat-tbaħħir;

5. "bastiment bil-magna": bastiment tal-merkanzija bil-magna jew tanker bil-magna;

6. "tanker bil-magna": bastiment maħsub għall-ġarr ta' merkanzija f'tankijiet fissi u mibni biex jinnaviga b'mod indipendenti bil-qawwa motriċi tiegħu stess;

7. "bastiment tal-merkanzija bil-magna": bastiment, għajr tanker bil-magna, maħsub għall-ġarr ta' merkanzija u mibni biex jinnaviga b'mod indipendenti bil-qawwa motriċi tiegħu stess;

8. "barkun tal-kanali": bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni li ma jkunx itwal minn 38,5 m u mhux iktar wiesa' minn 5,05 m u li normalment jopera fil-Kanal Rhine-Rhône;

9. “rimonkjatur”: bastiment mibni apposta biex iwettaq ħidmiet ta' rmonk;

10. "rimonkjatur li jimbotta": bastiment mibni apposta biex jimbotta konvoj 'il quddiem;

11. "barkun": barkun ordinarju jew barkun bit-tank;

12. "barkun bit-tank": bastiment maħsub għall-ġarr ta' merkanzija f'tankijiet fissi u mibni biex ikun irmunkat, mingħajr qawwa motriċi tiegħu stess jew inkella b'qawwa motriċi biżżejjed biss biex iwettaq manuvri ristretti;

13. "barkun ordinarju": bastiment, għajr barkun bit-tank, maħsub għall-ġarr ta' merkanzija u mibni biex ikun irmunkat, mingħajr qawwa motriċi tiegħu stess jew inkella b'qawwa motriċi biżżejjed biss biex iwettaq manuvri ristretti;

14. "ċattra" ċattra bit-tank, ċattra tal-merkanzija jew ċattra li tinġarr minn bastiment;

15. "ċattra bit-tank": bastiment maħsub għall-ġarr ta' merkanzija f'tankijiet fissi u mibni biex ikun irmunkat, mingħajr qawwa motriċi tiegħu stess jew inkella b'qawwa motriċi biżżejjed biss biex iwettaq manuvri ristretti;

16. "ċattra tal-merkanzija": bastiment, għajr ċattra bit-tank, maħsub għall-ġarr ta' merkanzija u mibni jew modifikat b'mod speċifiku biex jiġi imbuttat, jew għax ma għandux qawwa motriċi proprja jew għax għandu qawwa motriċi biżżejjed biss biex jagħmel manuvri ristretti meta ma jkunx parti minn konvoj imbuttat;

17. "ċattra li tinġarr minn bastiment": ċattra mibnija biex tinġarr abbord bastimenti tat-tbaħħir u biex tinnaviga fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni;

18. "bastiment tal-passiġġieri": bastiment ta' vjaġġi ta' ġurnata jew bil-kabini mibni u mgħammar biex iġorr iktar minn 12-il passiġġier;

19. "bastiment tal-qlugħ tal-passiġġieri": bastiment tal-passiġġieri mibni u mgħammar ukoll biex jimxi bil-qlugħ;

20. "bastiment ta' vjaġġi ta' ġurnata": bastiment tal-passiġġieri mingħajr kabini tal-passiġġieri għal bil-lejl;

21. "bastiment bil-kabini": bastiment tal-passiġġieri b'kabini tal-passiġġieri għal bil-lejl;

22. "bastiment ta' veloċità għolja": inġenju bil-magni li kapaċi jilħaq veloċità ta' iktar minn 40 km/h fuq l-ilma;

23. "tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma": installazzjoni li żżomm f'wiċċ l-ilma li ġġorr tagħmir tax-xogħol bħal krejnijiet, dragi, tagħmir li jwaħħal il-puntali jew elevaturi;

24. "inġenju ta' sit tax-xogħol": bastiment, mibni apposta u mgħammar għall-użu f'siti tax-xogħol, bħal ma hu barkun tar-reklamazzjoni, barkun hopper jew barkun-pontun, pontun jew bastiment li jarmi l-ġebel;

25. "inġenju rikreattiv": bastiment għajr bastiment tal-passiġġieri, maħsub għall-isport jew għad-divertiment;

26. "dgħajsa tal-bastiment": dgħajsa biex tintuża għat-trasport, għas-salvataġġ, u għax-xogħol;

27. "stabbiliment li jżomm f'wiċċ l-ilma": kwalunkwe installazzjoni li żżomm f'wiċċ l-ilma li normalment ma tkunx maħsuba biex tiċċaqlaq, bħalma huma vaska tal-għawm, baċir, moll jew remissa tad-dgħajjes;

28. "oġġett li jżomm f'wiċċ l-ilma": ċattra jew struttura oħra, oġġett jew sistema li kapaċi tinnaviga, li mhix bastiment jew tagħmir jew stabbiliment li jżomm f'wiċċ l-ilma.

Assemblaġġi tal-inġenji

29. "konvoj": konvoj ta' inġenji riġidu jew irmunkat;

30. "formazzjoni": il-mod li bih ikun assemblat il-konvoj;

31. "konvoj riġidu": konvoj imbuttat jew formazzjoni ġenb ma' ġenb;

32. "konvoj imbuttat": assemblaġġ riġidu ta' inġenji li tal-inqas wieħed minnhom ikun fuq quddiem tal-inġenju li jipprovdi l-forza ta' propulsjoni tal-konvoj, magħruf bħala r-"rimonkjatur(i) li jimbotta(w)”; konvoj magħmul minn rimonkjatur li jimbotta u inġenju imbuttat li jkun igganċjat sabiex jippermetti l-artikolazzjoni ggwidata wkoll jitqies bħala riġidu;

33. "formazzjoni ġenb ma' ġenb": assemblaġġ ta' inġenji gganċjati b'mod riġidu ġenb ma' ġenb, li l-ebda wieħed minnhom ma jkun fuq quddiem tal-inġenju li jipprovdi l-propulsjoni tal-assemblaġġ;

34. "konvoj irmunkat": assemblaġġ ta' inġenju, stabbiliment jew oġġett wieħed jew aktar li jżommu f'wiċċ l-ilma u rmunkati b'inġenju wieħed jew aktar li jipprovdu l-propulsjoni tagħhom stess u jiffurmaw parti mill-konvoj;

Żoni partikolari abbord

35. "kamra tal-magni ewlenija": spazju fejn ikunu installati l-magni tal-propulsjoni;

36. "kamra tal-magni": spazju fejn ikunu installati l-magni li jaħdmu bil-kombustjoni;

37. "kamra tal-bojler": spazju fejn ikun hemm installazzjoni mħaddma b'karburant imfassla biex tipproduċi l-fwar jew issaħħan fluwidu termali;

38. "sovrastruttura magħluqa": struttura mqalfta, riġida, kontinwa u b'ħitan riġidi mwaħħla mal-gverta b'mod permanenti u mqalfat;

39. "kabina tat-tmunier": il-post fejn ikun hemm l-istrumenti kollha tal-kontroll u s-sorveljanza meħtieġa għall-manuvrar tal-bastiment;

40. "akkomodazzjoni": spazju maħsub biex jintuża mill-persuni li normalment jgħixu abbord, inklużi kċejjen, spazju ta' ħażna għall-provvisti, tojlits u faċilitajiet tal-ħasil, faċilitajiet ta' ħasil tal-ħwejjeġ, antikmamar u passaġġi, iżda mhux il-kabina tat-tmunier;

41. "żona tal-passiġġieri": żoni abbord maħsuba għall-passiġġieri u żoni magħluqa bħal swali, uffiċċji, ħwienet, ħwienet tal-parrukkiera, kmamar tat-tnixxif, lavanderiji, sawni, tojlits, kmamar tal-banju, passaġġi, passaġġi ta' konnessjoni u taraġ mhux magħluq bil-ħitan;

42. "ċentru tal-kontroll": il-kabina tat-tmunier, żona li jkun fiha impjant tal-enerġija elettrika ta' emerġenza jew partijiet ta' dan, jew żona b'ċentru okkupat b'mod permanenti minn persunal abbord jew membri tal-ekwipaġġ, bħat-tagħmir għall-allarm tan-nirien, għall-kontrolli remoti tal-bibien jew l-apparati li jtaffu n-nar;

43. "tromba tat-taraġ": it-tromba ta' taraġ fuq ġewwa jew ta' lift;

44. "sala": kamra ta' akkomodazzjoni jew żona tal-passiġġieri. Abbord ta' bastimenti tal-passiġġieri, il-kċejjen ma jitqisux bħala swali;

45. "kċina": kamra b'fuklar jew b'apparat għat-tisjir simili;

46. "kamra tal-ħażna": kamra għall-ħażna ta' likwidi li jieħdu n-nar jew kamra bi spazju ta' iktar minn 4 m2 għall-ħażna tal-provvisti;

47. "stiva": parti mill-bastiment, imdawra fil-pruwa u fil-poppa b'paratiji li jinfetħu jew jingħalqu permezz ta' għatjiet tal-bokkaporti, u maħsuba għall-ġarr ta' merkanzija, kemm jekk ippakkjata jew bħala massa, jew biex jitpoġġew tankijiet li ma jiffurmawx parti mill-buq;

48. "tank fiss": tank marbut mal-bastiment, b'ħitan li jikkonsistu mill-buq stess jew minn kaxxa protettiva separata mill-buq;

49. "stazzjon tax-xogħol": żona fejn il-membri tal-ekwipaġġ iwettqu xogħolhom, inklużi l-iskaletta, il-gruwa u d-dgħajsa tal-bastiment;

50. "passaġġ": post maħsub għaċ-ċaqliq normali ta' persuni u merkanzija;

51. "żona sikura": il-post li minn barra jkun imdawwar b'wiċċ vertikali fuq distanza ta' 1/5 BWL b'mod parallel mal-kors tal-buq fil-linja tal-fundar massimu;

52. “żoni tal-miġemgħa”: żoni tal-bastiment li huma partikolarment protetti u li fihom in-nies jinġabru f’każ ta’ periklu;

53. "postijiet ta' evakwazzjoni": parti miż-żoni tal-miġemgħa tal-bastiment li minnhom tista' ssir l-evakwazzjoni ta' persuni.



Termini tal-inġinerija marittima

54. "pjan tal-fundar massimu": il-pjan tal-ilma li jikkorrispondi għall-fundar massimu li fih il-bastiment huwa awtorizzat jinnaviga;

55. "wisa' ħieles għas-sikurezza": id-distanza bejn il-pjan tal-fundar massimu u l-pjan parallel li jgħaddi mill-aktar punt baxx li 'l fuq minnu l-inġenju ma jistax jitqies aktar bħala mqalfat;

56. "wisa' ħieles għas-sikurezza residwu": il-wisa' ħieles vertikali disponibbli, fil-każ li l-bastiment li jmil fuq naħa waħda, bejn il-livell tal-ilma u l-aktar punt baxx tal-parti mgħarrqa, li lil hinn minnu l-bastiment ma jitqiesx aktar imqalfat;

57. "freeboard (f)": id-distanza bejn il-pjan tal-fundar massimu u pjan parallel li jgħaddi mill-aktar punt baxx tal-murata jew, jekk ma jkunx hemm murata, l-aktar punt baxx tat-tarf ta' fuq tal-ġenb tal-bastiment;

58. "freeboard residwu": id-distanza vertikali disponibbli, fil-każ ta' bastiment li jmil fuq naħa waħda, bejn il-livell tal-ilma u l-wiċċ ta' fuq tal-gverta fl-aktar punt baxx tal-parti mgħarrqa jew, jekk ma jkunx hemm gverta, l-aktar punt baxx tal-wiċċ ta' fuq tal-ġenb fiss tal-bastiment;

59. "linja ta' marġni": linja immaġinarja fuq il-pjanċi tal-ġenb li mhix inqas minn 10 cm 'l isfel mill-gverta tal-paratija u mhix inqas minn 10 cm 'l isfel mill-aktar punt baxx tal-pjanċi tal-ġenb tal-bastiment li jagħmel l-ilma. Jekk m'hemmx gverta tal-paratija, għandha tintuża linja mhux anqas minn 10 cm 'l isfel mill-aktar linja baxxa sa fejn il-pjanċi ta' barra ma jagħmlux ilma;

60. "spostament tal-ilma ()" : il-volum mgħarraq tal-bastiment, f'm³;

61. "spostament (Δ)": il-piż totali tal-bastiment, inkluża l-merkanzija, f't;

62. "koeffiċjent tal-blokk": il-proporzjon bejn l-ispostament tal-ilma u l-prodott tat-tul LWL, il-wisa' BWL u l-fundar T;

63. "pjan laterali 'l fuq mill-ilma (AV)": il-pjan laterali tal-bastiment 'il fuq mil-linja tal-ilma f'm2;

64. "gverta tal-paratija": il-gverta fejn jittieħdu l-paratiji mqalfta meħtieġa u li minnha jitkejjel il-freeboard.

65. "paratija": ħajt ta' għoli speċifiku, normalment vertikali, li jaqsam il-bastiment f'kompartimenti u li jkun imdawwar bil-qiegħ tal-bastiment, bil-pjanċi jew b'paratiji oħra;

66. "paratija trasversali": paratija li testendi minn ġenb wieħed għall-ieħor tal-bastiment;

67. "ħajt": wiċċ li jiddividi, ġeneralment b'mod vertikali;

68. "ħajt diviżorju": ħajt li l-ilma jista' jgħaddi minnu;

69. "tul (L)": sser it-tul massimu tal-buq f'm, minbarra t-tmun u l-pupress.

70. "tul totali (LOA)": it-tul massimu tal-bastiment f'm, inklużi l-installazzjonijiet fissi kollha bħas-sistema tat-tmun jew l-impjant tal-enerġija, it-tagħmir mekkaniku jew tagħmir simili ieħor;

71. "tul tal-linja tal-ilma (LWL)": it-tul tal-buq f'm, imkejjel fil-fundar massimu;

72. "wisa' (B)": tfisser il-wisa' massimu tal-buq f'm, imkejjel sat-tarf ta' barra tal-istruttura tal-buq (minbarra r-roti tal-palella, il-parabordi, u affarijiet simili);

73. "wisa' totali (BOA)": il-wisa' massimu tal-inġenju f'm, inkluż it-tagħmir fiss kollu bħar-roti tal-palella, il-parabordi, tagħmir mekkaniku u affarijiet simili;

74. "wisa' tal-linja tal-ilma (BWL)": il-wisa' tal-buq f'm, imkejla min-naħa ta' barra tal-pjanċi tal-ġenb fil-linja tal-fundar massimu;

75. “għoli (H)”: l-iqsar distanza vertikali f'm bejn l-aktar punt baxx tal-buq jew tal-prim u l-aktar punt baxx tal-gverta fuq il-ġenb tal-bastiment;

76. "fundar (T)" : tfisser id-distanza vertikali f’m bejn il-punt l-iktar baxx tal-buq mingħajr ma jkun ikkunsidrat il-prim jew annessi oħra fissi u l-linja ta’ fundar massima;

76a. "fundar ġenerali (TOA)" : tfisser id-distanza vertikali f’m bejn il-punt l-iktar baxx tal-buq mingħajr ma jitqies il-prim jew annessi oħra fissi u l-linja ta’ fundar massima;

77. "perpendikular ta' quddiem": il-linja vertikali fil-punt ta' quddiem tal-intersezzjoni tal-buq mal-linja tal-fundar massimu;

78. "wisa' liberu tal-gverta tal-ġenb": id-distanza bejn il-linja vertikali li tgħaddi mill-iktar parti prominenti tal-muxxillara tal-bokkaporti fuq il-gverta tal-ġenb u l-linja vertikali li tgħaddi mit-tarf ta' ġewwa tal-protezzjoni kontra r-riskju taż-żliq (ilqugħ ta' protezzjoni, inkluż dak għas-saqajn) fuq in-naħa ta' barra tal-gverta tal-ġenb.

Is-sistema tat-tmun

79. "sistema tat-tmun": it-tagħmir kollu meħtieġ għall-kontroll tal-bastiment, sabiex tiġi żgurata, per eżempju, il-manuvrabbiltà stabbilita fil-Kapitolu 5;

80. "tmun": it-tmun jew tmunijiet, bix-xaft, inkluż il-kwadrant tat-tmun u l-komponenti li jgħaqdu mal-apparat tat-tmun;

81. "apparat tat-tmun": il-parti tas-sistema tat-tmun li tipproduċi l-moviment tat-tmun;

82. "unità tat-tħaddim": il-mezz tat-tħaddim tat-tmun, bejn is-sors tal-enerġija u l-apparat tat-tmun;

83. "sors tal-enerġija": il-provvista tal-enerġija għall-unità tat-tħaddim tat-tmun u l-apparat tat-tmun prodotta min-network, batteriji jew magna ta' kombustjoni interna abbord;

84. "kontroll tat-tmun": il-partijiet komponenti u ċ-ċirkuwiti elettriċi għall-operazzjoni ta' tmun imħaddem bl-enerġija;

85. "unità tat-tħaddim tal-apparat tat-tmun": il-kontroll għall-apparat tat-tmun, l-unità tat-tħaddim tiegħu u s-sors tal-enerġija tiegħu;

86. "tħaddim manwali": sistema li biha t-tħaddim manwali tar-rota tal-idejn iċċaqlaq it-tmun permezz ta' trasmissjoni mekkanika, mingħajr sors ta' enerġija addizzjonali;

87. "tħaddim idrawliku manwali": kontroll manwali li jattiva trasmissjoni idrawlika;

88. "regolatur tar-rata tal-ikkwartjar": tagħmir li awtomatikament jipproduċi u jżomm rata speċifika tal-ikkwartjar tal-bastiment skont valuri magħżula minn qabel;

89. "kabina tat-tmunier maħsuba għan-navigazzjoni bir-radar minn persuna waħda": kabina tat-tmunier mgħammra b'tali mod li, waqt in-navigazzjoni bir-radar, il-bastiment ikun jista' jiġi mmanuvrat minn persuna waħda.



Il-karatteristiċi tal-komponenti strutturali u l-materjali

90. "imqalfat": komponent jew tagħmir strutturali installat b'tali mod li jimpedixxi kwalunkwe dħul ta' ilma;

91. "reżistenti għar-raxx u t-temp": komponent jew tagħmir strutturali installat b'tali mod li f'kundizzjonijiet normali jippermetti biss il-penetrazzjoni ta' kwantità negliġibbli ta' ilma;

92. "issiġġillat mill-gass": komponent jew tagħmir strutturali mwaħħal b'tali mod li jimpedixxi d-dħul ta' gass u fwar;

93. "ma jiħux in-nar": sustanza li la taqbad u lanqas tipproduċi fwar li jieħu n-nar fi kwantitajiet tali li jistgħu jieħdu n-nar spontanjament meta jissaħħnu għal madwar 750 °C;

94. "ritardant tal-fjamma": materjal li ma jiħux in-nar mill-ewwel, jew li l-wiċċ tiegħu għall-inqas jillimita l-firxa tal-fjammi skont il-proċedura ta' ttestjar imsemmija fl-Artikolu 15.11(1)(c);

95. "reżistenza għan-nirien": il-karatteristika ta' komponenti strutturali jew tagħmir kif iċċertifikati bil-proċedura ta' ttestjar imsemmija fl-Artikolu 15.11(1)(d);

96. "Kodiċi għall-Proċeduri tat-Test tan-Nirien": il-Kodiċi Internazzjonali għall-Applikazzjoni tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien adottat taħt ir-Riżoluzzjoni MSC.61(67) mill-Kumitat tas-Sigurtà Marittima tal-IMO.



Definizzjonijiet oħra

97 "soċjetà ta' klassifikazzjoni": soċjetà ta' klassifikazzjoni li tkun ġiet approvata skont il-kriterji u l-proċeduri tal-Anness VII;

97a "dwal ta' navigazzjoni": dawl minn lampi tas-sinjali biex jindikaw il-bastimenti;

97b "dwal tas-sinjali" : dawl użat biex jissupplimenta s-sinjali viżivi jew is-sinjali tal-ħoss;

98 "installazzjoni tar-radar": tagħmir ta' navigazzjoni elettroniku biex jinstabu u jintwerew l-inħawi tal-madwar u t-traffiku;

99. "ECDIS Intern": sistema standarizzata biex fuqha jintwerew mapep ta' navigazzjoni elettroniċi għall-passaġġi fuq l-ilma interni u informazzjoni assoċjata, li turi informazzjoni magħżula minn mapep elettroniċi esklussivi tan-navigazzjoni għall-passaġġi fuq l-ilma interni u l-possibbiltà ta' informazzjoni minn sensuri oħra tal-inġenju;

100. "installazzjoni ta' ECDIS Intern": installazzjoni biex jintwerew mapep elettroniċi tan-navigazzjoni għall-passaġġi fuq l-ilma interni li tista' titħaddem b'żewġ modi differenti: il-mod tal-informazzjoni u l-mod tan-navigazzjoni;

101. "mod ta' informazzjoni": l-użu tal-ECDIS Intern għal għanijiet ta' informazzjoni biss mingħajr sovrappożizzjoni tar-radar;

102. "mod ta' navigazzjoni": l-użu tal-ECDIS Intern b'sovrappożizzjoni tar-radar għan-navigazzjoni ta' inġenju;

103. “persunal abbord”: l-impjegati kollha abbord ta' bastiment tal-passiġġieri li mhumiex membri tal-ekwipaġġ;

104. "persuni b'mobilità mnaqqsa": persuni li qed jiffaċċjaw problemi partikolari meta jużaw it-trasport pubbliku, bħall-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà u dawk b'diżabbiltajiet sensorji, persuni f'siġġijiet tar-roti, nisa tqal u persuni li qed jakkumpanjaw tfal żgħar;

105. "ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna": ċertifikat maħruġ lil bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni mill-awtorità kompetenti, li jikkonferma l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Direttiva.

106 "espert": persuna rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew minn istituzzjoni awtorizzata, li jkollha għarfien speċjalista fil-qasam rilevanti abbażi tat-taħriġ u l-esperjenza professjonali tagħha jew tiegħu, tkun kompletament familjari mar-regoli u r-regolamenti rilevanti u mar-regoli tekniċi aċċettati b'mod ġenerali (eż. l-istandards tal-EN, il-leġiżlazzjoni rilevanti, ir-regoli tekniċi ta' Stati Membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea), u tkun kapaċi teżamina u tagħti valutazzjoni esperta tas-sistemi u t-tagħmir rilevanti;

107 "persuna kompetenti" persuna li tkun kisbet biżżejjed għarfien fil-qasam rilevanti abbażi tat-taħriġ u l-esperjenza professjonali tagħha jew tiegħu u li tkun familjari biżżejjed mar-regoli u r-regolamenti rilevanti u mar-regoli tekniċi aċċettati b'mod ġenerali (bħall-istandards tal-EN, il-leġiżlazzjoni rilevanti, ir-regoli tekniċi ta' Stati Membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea) sabiex tkun kapaċi tivvaluta s-sikurezza operattiva tas-sistemi u t-tagħmir rilevanti.



KAPITOLU 2

IL-PROĊEDURA

Artikolu 2.01
Il-korpi ta' spezzjoni

  1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi ta' spezzjoni.

  2. Il-korpi ta' spezzjoni għandhom jikkonsistu minn president u esperti.

Tal-inqas dawn li ġejjin għandhom jiffurmaw parti minn kull korp bħala esperti:

(a) uffiċjal mill-amministrazzjoni li hi responsabbli għan-navigazzjoni interna;

(b) espert fuq id-disinn tal-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u l-magni tagħhom;

(c) espert nawtiku li jkollu liċenzja ta' kaptan tal-bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li tawtorizza lid-detentur biex ibaħħar il-bastiment li jrid jiġi spezzjonat.



  1. Il-President u l-esperti f'kull korp għandhom jiġu nnominati mill-awtoritajiet fl-Istat li fih ikun stabbilit il-korp. Meta jibdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom, il-President u l-esperti għandhom jissottomettu dikjarazzjoni bil-miktub li huma se jwettqu d-dmirijiet b'mod għal kollox indipendenti. Ma tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni mill-uffiċjali.

  2. Il-korpi ta' spezzjoni jistgħu jkunu megħjuna minn esperti speċjalisti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li japplikaw.

Artikolu 2.02
It-talba għall-ispezzjoni

  1. Il-proċedura biex issir talba għal spezzjoni u biex jiġu stabbiliti l-post u l-ħin ta' dik l-ispezzjoni, jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet li joħorġu ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina liema dokumenti għandhom jiġu sottomessi. Il-proċedura għandha sseħħ b'tali mod li jkun żgurat li l-ispezzjoni tkun tista' titwettaq fi żmien raġonevoli minn wara li tkun tressqet it-talba.

  2. Is-sid tal-inġenju li ma jkunx suġġett għal din id-Direttiva, jew ir-rappreżentant tiegħu, jista' jagħmel talba għal ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. It-talba tiegħu għandha tintlaqa' jekk il-bastiment jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2.03
Il-preżentazzjoni tal-inġenju għall-ispezzjoni

  1. Is-sid, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jippreżenta l-inġenju fi stat mhux mgħobbi, imnaddaf u mgħammar. Huwa għandu jipprovdi kull għajnuna meħtieġa għall-ispezzjoni, billi per eżempju jipprovdi dingi adatt u l-persunal, u billi jikxef il-partijiet tal-buq jew it-tagħmir li ma jidhirx jew mhux aċċessibbli direttament.

  2. Fl-ewwel okkażjoni, il-korp ta' spezzjoni għandu jitlob għal spezzjoni fix-xott. Dik l-ispezzjoni fix-xott tista' tiġi eżentata jekk jiġi ppreżentat ċertifikat tal-klassifikazzjoni jew ċertifikat minn soċjetà ta' klassifikazzjoni approvata li juri li l-kostruzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa, jew jekk jiġi ppreżentat ċertifikat li juri li diġà twettqet spezzjoni fix-xott għal għanijiet oħra minn awtorità kompetenti. Fejn issir spezzjoni perjodika jew spezzjoni, kif previst fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva, il-korp ta' spezzjoni jista' jeżiġi spezzjoni barra mill-ilma.

Il-korp ta' spezzjoni għandu jwettaq provi tan-navigazzjoni waqt spezzjoni tal-bidu fuq bastimenti bil-magna jew konvojs jew fejn isiru modifiki kbar fit-tagħmir tal-propulsjoni jew tal-kontroll tad-direzzjoni.

  1. Il-korp ta' spezzjoni jista' jeżiġi aktar testijiet operattivi u dokumenti oħra ta' sostenn. Dik id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll matul il-bini tal-inġenju.

Artikolu 2.04
(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.05
Iċ-ċertifikati provviżorji tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

  1. L-awtorità kompetenti tista' toħroġ ċertifikat provviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna:

(a) lil inġenju maħsub biex jivvjaġġa lejn ċertu post bil-permess tal-awtorità kompetenti sabiex jikseb ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjni interna;

(b) lil inġenju li ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tiegħu jkun ġie rtirat temporanjament f'wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2.07 jew fl-Artikoli 11 u 15 ta' din id-Direttiva;

(c) lil inġenju li ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tiegħu ikun qed jitħejja wara spezzjoni li tkun twettqet b'suċċess;

(d) lil inġenju fejn ma jkunux intlaħqu l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa biex jinkiseb ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna kif stabbilit fil-Parti I tal-Anness V;

(e) lil inġenju li jkollu ħsara b'mod li l-istat tiegħu ma jkunx aktar konformi maċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna;

(f) lil stallazzjonijiet jew tagħmir li jżommu f'wiċċ l-ilma fejn l-awtoritajiet responsabbli għal operazzjonijiet ta' trasport speċjali jagħtu l-awtorizzazzjoni biex titwettaq operazzjoni ta' trasport speċjali, kif previst mir-regolamenti applikabbli tal-awtoritajiet tan-navigazzjoni tal-Istati Membri, soġġett għall-kisba ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna bħal dan.

(g) lil inġenju li jiddevja mid-dispożizzjonijiet tal-Parti II tal-Anness II, kif previst mill-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva.


  1. Iċ-ċertifikat provviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jitfassal skont il-mudell stabbilit fil-Parti III tal-Anness V fejn in-navigabbiltà tal-inġenju, tal-istabbiliment li jżomm f'wiċċ l-ilma jew tal-oġġett li jżomm f'wiċċ l-ilma tkun tidher li ġiet żgurata b'mod adegwat.

Dan għandu jinkludi l-kundizzjonijiet meqjusa bħala meħtieġa mill-awtorità kompetenti u għandu jkun validu:

(a) fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (d) sa (f), għal vjaġġ speċifiku wieħed li għandu jsir fi żmien perjodu xieraq li ma għandux ikun iktar minn xahar;

(b) fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) u (c), għal tul ta' żmien xieraq;

(c) fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(g), għal sitt xhur. Iċ-ċertifikat provviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jista' jiġi estiż b'sitt xhur kull darba sakemm il-Kumitat ikun ħa deċiżjoni.



Artikolu 2.06
(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.07
Id-dettalji fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u l-emendi għalih

  1. Is-sid ta’ inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jiġbed l-attenzjoni tal-awtorità kompetenti rigward kwalunkwe bidla fl-isem jew is-sjieda ta’ inġenju, kwalunkwe teħid ta’ kejl mill-ġdid, u kwalunkwe bidla fir-reġistrazzjoni jew port ta’ domiċilju, u għandu jibgħat iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna lil dik l-awtorità għal emenda.

  2. Kull awtorità kompetenti tista' żżid kwalunkwe informazzjoni jew tibdil fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

  3. Fejn awtorità kompetenti żżid kwalunkwe tibdil jew informazzjoni f'ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, hija għandha tinforma dwar dan lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 2.08
(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.09
L-ispezzjoni perjodika

  1. Inġenju għandu jiġi soġġett għal spezzjoni perjodika qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tiegħu.

  2. Wara li tkun saret talba motivata mis-sid jew mir-rappreżentant tiegħu, l-awtorità kompetenti tista', b'eċċezzjoni, u mingħajr aktar spezzjonijiet, tagħti estensjoni lill-validità taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal mhux iżjed minn sitt xhur. Dik l-estensjoni għandha tingħata bil-miktub u għandha tinżamm abbord l-inġenju.

  3. L-awtorità kompetenti għandha terġa' tistabbilixxi l-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont ir-riżultati ta' dik l-ispezzjoni.

Il-perjodu tal-validità għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u jinġieb għall-attenzjoni tal-awtorità li tkun ħarġet dak iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

  1. Jekk, minflok ma jiġi estiż il-perjodu tal-validità tiegħu, ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jiġi sostitwit b'verżjoni ġdida, iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ta' qabel għandu jingħata lura lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġitu.

Artikolu 2.10
L-ispezzjoni volontarja

Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, jista' volontarjament jitlob li ssir spezzjoni fi kwalunkwe mument.

Għandha tittieħed azzjoni għal dik it-talba għal spezzjoni.

Artikolu 2.11
(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.12
(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.13
(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.14
(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.15
L-ispejjeż

Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jħallas l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-ispezzjoni tal-bastiment u l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont lista speċjali ta' tariffi mfassla minn kull wieħed mill-Istati Membri.



Artikolu 2.16
L-informazzjoni

L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li persuni li juru interess ġustifikat jiġu mgħarrfa dwar il-kontenut ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u tista' tgħaddi lil dawk il-persuni estratti jew kopji taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ċċertifikati bħala awtentiċi u ddefiniti bħala tali.



Artikolu 2.17
Ir-reġistru taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

  1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu numru tal-ordni liċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna maħruġa minnhom. Huma għandhom iżommu reġistru skont il-mudell ipprovdut fl-Anness VI għaċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna maħruġa minnhom.

  2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu l-oriġinal, jew kopja taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna maħruġa minnhom, u fuq dawn għandhom idaħħlu kull informazzjoni jew modifika, flimkien ma kull kanċellazzjoni jew sostituzzjoni ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Huma għandhom jaġġornaw ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 skont dan.

  3. Sabiex jitwettqu miżuri amministrattivi għaż-żamma tas-sikurezza u tan-navigazzjoni mingħajr xkiel u għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 2.02 sa 2.15 kif ukoll l-Artikoli 7, 9, 10, 11, 14, 15 u 16 ta' din id-Direttiva se jingħata biss aċċess għall-qari (read only) għar-reġistru skont il-mudell stabbilit fl-Anness VI lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-Istati Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Mannheim u, sa fejn jiġi garantit livell ekwivalenti ta' privatezza, lil pajjiżi terzi abbażi ta' ftehimiet amministrattivi.

Artikolu 2.18
In-numru Uniku ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej

  1. In-Numru Uniku ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej (ENI), f'dan li ġej imsejjaħ in-Numru ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej, jikkonsisti fi tmien figuri numeriċi Għarab skont l-Appendiċi III.

  2. L-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandhom iniżżlu n-Numru ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej fuqu. Sakemm l-inġenju ma jkollux Numru ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej meta jinħariġlu ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, dan għandu jingħata lill-inġenju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju jkun ġie rreġistrat jew ikollu l-port ta' domiċilju tiegħu.

Fir-rigward ta' inġenji minn pajjiżi li ma jkunux jistgħu jingħataw Numru ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej, in-Numru ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej li għandu jitniżżel fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

  1. Jista' jingħata Numru ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej wieħed biss għal kull inġenju. In-Numru ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej jinħareġ darba biss u ma jinbidilx għal kemm idum ibaħħar l-inġenju.

  2. Sid l-inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu japplika għand l-awtoritajiet kompetenti biex jiġi assenjat in-Numru ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej. Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom ikunu responsabbli wkoll li jkollhom in-Numru ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej li jitniżżel fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna mwaħħal mal-bastiment.

  3. Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-ħruġ tan-Numri ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti u tal-awtoritajiet kompetenti notifikati minn pajjiżi terzi, u għandha tagħmel ir-reġistru disponibbli lill-Istati Membri. Meta mitlub, dan ir-reġistru għandu jkun ukoll magħmul disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi.

  4. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 5 għandhom idaħħlu bla dewmien kull Numru ta’ Identifikazzjoni Uniku għall-Bastimenti Ewopej assenjat, id-dejta għall-identifikazzjoni tal-bastiment stabbilita fl-Appendiċi IV kif ukoll kwalunkwe bidliet fir-reġistru elettroniku miżmum mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-kunfidenzjalità u l-affidabbiltà tat-tagħrif mibgħut lilhom skont din id-Direttiva u għandhom jużaw dan it-tagħrif skont din id-Direttiva. Din id-dejta tista' tintuża mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u l-Istati Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Mannheim, għall-iskop uniku li jitwettqu miżuri amministrattivi għaż-żamma tas-sikurezza u l-iffaċilitar tan-navigazzjoni u għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 2.02 sa 2.15 kif ukoll l-Artikoli 7, 9, 10, 11, 14, 15 u 16 ta’ din id-Direttiva.

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali sakemm jintlaħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari l-Artikoli 25 jew 26, u abbażi ta’ każ każ. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiżgura li t-trasferiment ikun neċessarju għall-finijiet imsemmija fis-subparagrafu 1. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma jittrasferixxux id-dejta lil pajjiż terz ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra sakemm ma jingħatawx l-awtorizzazzjoni espressa bil-miktub u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

It-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali mill-Kummissjoni għandu jitwettaq sakemm ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tar-Regolament 45/2001 jiġu ssodisfati u abbażi ta’ każ każ biss. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-trasferiment ikun neċessarju għall-finijiet msemmija fis-subparagrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma jittrasferixxux id-dejta lil pajjiż terz ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra sakemm ma jingħatawx l-awtorizzazzjoni espressa bil-miktub u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.



Artikolu 2.19
(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.20
In-notifiki

  1. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jew lil xulxin:

(a) rigward l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li, flimkien mal-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom huma responsabbli għall-applikazzjonijiet tal-Kapitolu 8 ta' dan l-Anness;

(b) rigward il-folja tad-dejta murija fil-Parti VII tal-Appendiċi VI dwar it-tipi ta' impjanti għat-trattament tad-dranaġġ abbord li tkun ħarġet l-approvazzjoni tagħha mill-aħħar notifika;

(c) rigward l-approvazzjonijiet tat-tip rikonoxxuti għas-sistemi tat-trattament tad-dranaġġ abbord abbażi ta' standards differenti minn dawk stipulati fil-Kapitolu 14, għall-użu tal-passaġġi fuq l-ilma interni nazzjonali tagħhom;

(d) rigward kull irtirar ta' approvazzjoni tat-tip fi żmien xahar kif ukoll rigward ir-raġunijiet għal dan l-irtirar għas-sistemi tat-trattament tad-dranaġġ abbord;

(e) rigward l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti u s-servizzi tekniċi responsabbli sabiex iwettqu l-funzjonijiet deskritti fil-Kapitolu 14;

(f) rigward kull ankra speċjali awtorizzata wara l-applikazzjoni biex titnaqqas il-massa tal-ankra, b'qies tad-deżinjazzjoni tat-tip u t-tnaqqis awtorizzat tal-massa tal-ankra. L-awtorità kompetenti ma toħroġx awtorizzazzjoni lill-applikant qabel 3 xhur wara li tkun avżat lill-Kummissjoni sakemm din tal-aħħar ma ssib l-ebda oġġezzjoni;

(g) rigward it-tagħmir għan-navigazzjoni bir-radar u l-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar li għalihom ikunu ħarġu l-approvazzjoni tat-tip. L-avviż rilevanti għandu jinkludi n-numru tal-approvazzjoni tat-tip assenjat, kif ukoll id-denominazzjoni tat-tip, l-isem tal-manifattur, l-isem tad-detentur tal-approvazzjoni tat-tip u d-data tal-approvazzjoni tat-tip;

(h) rigward l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-approvazzjoni ta' kumpaniji speċjalizzati li jistgħu jwettqu l-installazzjoni, is-sostituzzjoni, it-tiswija jew il-manutenzjoni tat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar u tal-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar.



  1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika reġistru tat-tagħmir ta' navigazzjoni bir-radar u tal-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar approvati kif stabbilit fl-Appendiċi VIII, jew abbażi tal-approvazzjonijiet tat-tip rikonoxxuti bħala ekwivalenti.

1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   32


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət