Ana səhifə

Alla l-ħaj waqt li jissikka l-allejanza mal-bnedmin, iġedded kontinwament ir-realtà nfisha tal-ħajja


Yüklə 43 Kb.
tarix24.06.2016
ölçüsü43 Kb.
ĠWANNI PAWLU II

UDJENZA ĠENERALI

L-Erbgħa, 18 ta’ Novembru 1981

 

Alla l-ħaj waqt li jissikka l-allejanza mal-bnedmin, iġedded kontinwament ir-realtà nfisha tal-ħajja

1. “Intom qegħdin tqarrqu bikom infuskom, minħabba li la tafu l-Iskritturi u linqas il-qawwa ta’ Alla” (Mt 22,29), hekk qal Kristu lis-Saduċej, li - waqt li ċaħdu l-fidi fil-futur qawmien mill-imwiet tal-iġsma - kienu esponewlu l-każ li ġej. “Kien hemm fostna sebat aħwa: l-ewwel wieħed hekk kif iżżewweġ miet u, billi ma kienx ħalla dixxendenza, ħalla l-mara lil ħuh” (skont il-liġi możajka tal-“levirat”); “hekk ukoll it-tieni, it-tielet, sas-sebà wieħed. Fl-aħħar, wara kollha, mietet ukoll il-mara. Fil-qawmien mill-imwiet, ta’ liema mis-sebgħa tkun il-mara?” (Mt 22,25-28).

Kristu wieġeb lis-Saduċej waqt li saħaq, fil-bidu u fl-aħħar tat-tweġiba, li huma kellhom żball kbir, billi la kienu jafu l-Iskritturi u linqas il-qawwa ta’ Alla (cf. Mk 12,24; Mt 22,29). Minħabba li dan id-djalogu mas-Saduċej huwa rrappurtat mit-tliet Vanġeli Sinottiċi kollha, inqabblu fil-qosor it-tliet testi relattivi.

2. Il-versjoni ta’ Mattew (Mt 22,24-30), minkejja li ma tagħmel ebda riferenza għas-siġra taqbad, taqbel kważi għal kollox ma’ dik ta’ Marku (Mk 12,18-25). Iż-żewġ versjonijiet fihom żewġ elementi essenzjali: 1) l-espressjoni dwar il-qawmien mill-imwiet futur tal-iġsma, 2) l-espressjoni dwar l-istat tal-iġsma tal-bnedmin irxuxtati (1). L-ewwel element, rigwardanti l-futur qawmien mill-imwiet tal-iġsma huwa marbut, speċjalment f’Mattew u Marku, mal-kliem indirizzat lis-Saduċej, skont liema huma “la jafu l-Iskritturi u linqas il-qawwa ta’ Alla”. Tali affermazzjoni jixirqilha attenzjoni partikulari, għaliex propju fiha Kristu jippuntwalizza s-sisien infushom tal-fidi fil-qawmien mill-imwiet, għal-liema huwa kien għamel riferenza fit-tweġiba dwar il-kwestjoni mressqa mis-Saduċej bl-eżempju konkret tal-liġi możajka tal-levirat.

3. Bla dubju, is-Saduċej jittrattaw il-kwestjoni tal-qawmien minn l-imwiet bħala tip ta’ tejorija jew ipotesi, suxxettibli ta’ superament (2). Ġesù jurihom l-ewwel żball ta’ metodu: ma jafux il-qawwa ta’ Alla - ma jemmnux f’Dak li rrivela ruħu lil Mosè fis-siġra tħeġġeġ.

Hija tweġiba tassew sinifikattiva u tassew preċiża. Kristu hawn jiltaqà ma’ bnedmin, li jqisu lilhom infushom esperti u interpreti kompetenti tal-Iskritturi. Lil dawn il-bnedmin - jiġifieri lis-Saduċej - Ġesù jwieġeb li l-għarfien letterali tal-Iskrittura mhuwiex biżżejjed. Infatti l-Iskrittura hija fuq kollox mezz biex tingħaraf il-qawwa ta’ Alla ħaj, li fiha jirrivela lilu nnifsu, hekk kif irrivela lilu nnifsu lil Mosè fis-siġra taqbad. F’din ir-rivelazzjoni Huwa sejjaħ lilu nniufsu “l-Alla ta’ Abraham, l-Alla ta’ Iżakk u l-Alla ta’ Ġakobb”(3) – ta’ dawk mela li kienu l-proġenituri ta’ Mosè fil-fidi li tirriżulta mir-rivelazzjoni tal-Alla l-ħaj. Issa lkoll ilhom ħafna mejtin; madankollu Kristu jkompli r-referenza għalihom bl-affermazzjoni li Alla “mhuwiex alla tal-mejtin, imma tal-ħajjin!” Din l-affermazzjoni-ewlenija, li fiha Kristu jinterpreta il-kliem indirizzat lil Mosè mis-siġra taqbad, jistà biss jinftiehem jekk wieħed jammetti r-realtà ta’ ħajja, għal-liema l-mewt ma tinponix tmiem. Il-missirijiet ta’ Mosè fil-fidi, Abraham, Iżakk u Ġakobb, huma għal Alla persuni ħajjin (cf. Lq 20,38: “għaliex għalih kollha jgħixu”) għalkemm, skont il-kriterji umani, jridu jkunu nklużi fost il-mejtin. Li naqraw mill-ġdid b’mod korrett l-Iskrittura, u b’mod partikulari l-kliem imsemmi ta’ Alla, ifisser nagħrfu u niġbru bil-fidi l-qawwa tat-Tabib tal-ħajja, li mhuwiex marbut mil-liġi tal-mewt, dominatriċi fl-istorja terrena tal-bniedem.

4. Donnu li b’tali mod wieħed għandu jinterpreta t-tweġiba ta’ Kristu dwar il-possibiltà tal-qawmien mill-imwiet (4), mogħtiha lis-Saduċej, skont il-versjoni tat-tliet Sinottiċi. Jasal il-mument li fih Kristu jagħti t-tweġiba, f’din il-materja, bil-qawmien mill-imwiet tiegħu; għalissa, madankollu, Hu jirreferi għax-xhieda tat-Testment il-Qadim, waqt li juri kif tiskopri l-verità fuq l-immortalità u fuq il-qawmien mill-imwiet. Hemm bżonn li nagħmluh mhux billi nieqfu biss fuq il-ħoss tal-kliem, imma billi nitilgħu wkoll għall-qawwa ta’ Alla, li minn dak il-kliem tiġi rivelata. Ir-riferenza għal Abraham, Iżakk u Ġakobb f’dik it-tejofanija permessa lil Mosè, li dwarha naqraw fil-Ktieb tal-Esodu (Es 3,2-6), tikkostitwixxi xhieda li l-Alla l-ħaj jagħti lil dawk li jgħixu “għalih”: għal dawk li grazzi għall-qawwa tiegħu għandhom il-ħajja, ukoll jekk, skont id-dimensjonijiet tal-istorja, ilhom żmien jinħtieġu li jkunu nnumerati fost il-mejtin.

5. Is-sinifikat sħiħ ta’ din ix-xhieda, li għaliha Ġesù rrifera fid-djalogu tiegħu mas-Saduċej, tistà tinġabar (dejjem biss fid-dawl tat-Testment il-Qadim) fil-mod li ġej: “Dak li hu - Dak li jgħix u li huwa l-ħajja - jikkostitwixxi is-sors infinit tal-eżistenza u tal-ħajja, hekk kif kien irrivelat fil-“bidu” fil- Ġenesi (cf. Ġen 1-3). Għalkemm, minħabba d-dnub il-mewt korporali saret ix-xorti tal-bniedem(5), u għalkemm l-aċċess għas-siġra tal-Ħajja (simbolu kbir tal-Ktieb tal-Ġenesi) ġie lilu pprojbit (cf. Ġen 3,22), madankollu l-Alla l-ħaj, waqt li ssikka l-allejanza tiegħu mal-bnedmin (Abraham-patrijarki, Mosè - Iżrael), iġedded kontinwament, f’din l-allejanza, ir-realtà stess tal-Ħajja,jiżvela mill-ġdid il-prospettiva u f’ċertu sens jiftaħ mill-ġdid l-aċċess għas-siġra tal-Ħajja. Flimkien mal-allejanza, din il-ħajja, li s-sors tagħha huwa Alla nnifsu, tiġi pparteċipata minn dawk l-istess bnedmin li, minħabba l-ksur tal-ewwel Allejanza, kiernu tilfu l-aċċess għas-siġra tal-Ħajja u fid-dimensjonijiet tal-istorja tagħhom terrena kienu ġew sottoposti għall-mewt.

6. Kristu huwa l-aħħar kelma ta’ Alla dwar dan l-argument; infatti l-Allejanza li miegħu u għalih tiġi stabbilita bejn Alla u l-umanità, tiftaħ prospettiva nfinita ta’ Ħajja: u l-aċċess għas-siġra tal-Ħajja - skont il-pjan oriġinali tal-Alla tal-Allejanza - jiġi rrivelat lil kull bniedem fil-milja definittiva tiegħu. Ikun dan is-sinifikat tal-mewt u tal-qawmien mill-imwiet tal-Kristu, tkun din ix-xhieda tal-misteru paskwali. Madankollu d-djalogu mas-Saduċej jiżvolġi ruħu fil-fażi prepaskwali tal-missjoni messjanika ta’ Kristu. Il-kors tad-djalogu skont Mattew (Mt 22,24-30), Marku (Mk 12,27-28), u Luqa (Lq 20,27-36) jimmanifesta li Kristu - li bosta drabi, b’mod partikulari fid-djalogi mad-dixxipli tiegħu, kien tkellem dwar il-futur qawmien mill-imwiet ta’ Bin il-bniedem (cf. Mt 17,9.23; 20,19) – fid-djalogu mas-Saduċej mill-banda l-oħra ma jalludix għal dan l-argument. Ir-raġunijiet huma ovvji u ċari. Id-djalogu jiżvolġi ruħu mas-Saduċej, “li jenfasizzaw li mhemmx qawmien mill-imwiet” (Kif jenfasizza l-evanġelista), jiġifieri jaħħlu d-dubju dwar l-istess possibiltà tiegħu, u fl-istess ħin iqisu ruħhom esperti tal-Iskrittura tat-Testment il-Qadim, u interpreti kwalifikati tagħha. U huwa minħabba f’hekk li Ġesù jirreferi għat-Testment il-Qadim u a bażi tiegħu jurihom li “ma jagħrfux il-qawwa ta’ Alla” (6).



7. Rigward il-possibiltà tal-qawmien mill-imwiet, Kristu appuntu jiġbed l-attenzjoni għal dik il-qawwa, li tmur bl-istess pass max-xhieda tal-Alla l-ħaj, li huwa l-Alla ta’ Abraham, ta’ Iżakk, ta’ Ġakobb, u l-Alla ta’ Mosè. L-Alla, li s-Saduċej “iċaħħdu” minn din il-qawwa, mhuwiex aktar l-Alla veru ta’ Missirijiethom, imma l-Alla tal-ipotesi u tal-interpretazzjoni tagħhom. Kristu imma ġie biex jagħti xhieda lill-Alla tal-Ħajja fil-verità kollha tal-qawwa tiegħu li tinfirex fuq il-ħajja tal-bniedem.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan>


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©atelim.com 2016
rəhbərliyinə müraciət